14406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin
2013 u 2014?
16/02/2015
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab
infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward
tal-lokalita tal-Mosta matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija, sitta u ħamsin
(156) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija, disa u għoxrin (129) każ. Ir-rapporti
setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa
l-Mosta.
Seduta 241
23/02/2015
No comments:
Post a Comment