13.2.15

Fiduċja fiż-żgħażagħ



Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu fiduċja fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, tant li dejjem kien parteċipattiv fid-diskussjonijiet biex iż-żgħażagħ jingħataw il-vot ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jkun hemm aktar fiduċja fiż-żgħażagħ u dawn għandhom jivvutaw ukoll f’elezzjonijiet oħra.

Dan qalu l-Kelliem taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kunsilli Lokali David Agius waqt dibattitu fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, li kien organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ.
“Ma nistgħux nippretendu li ż-żgħażagħ jieħdu sehem fil-politika jekk inkunu aħna stess li neskluduwhom milli jieħdu sehem b’mod attiv. Bl-għotja tal-vot liż-żgħażagħ, qed inwasslu messaġġ ċar li aħna l-politiċi jimpurtana minn kif jaħsbuha ż-żgħażagħ u li rriduhom involuti fid-deċiżjonijiet kollha li jkunu qed jittieħdu,” sostna David Agius.

Hu appella wkoll għal programmi u reklami edukattivi fuq il-mezzi tax-xandir li jħajru aktar żgħażagħ jinvolvu rwieħhom fil-politika. Hu tkellem ukoll dwar l-idea li jsir taħriġ biex iż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tal-politika.

Fl-aħħarnett, David Agius qal li hu jemmen li ż-żgħażagħ mhux biss għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw, iżda għandhom id-dmir li jitkellmu u jesprimu rwieħhom dwar dak kollu li jkun qed jiġri madwarhom.

12.02.15


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...