Il-Prim Ministru Joseph Muscat, għal
darb’oħra, nqabad jigdeb. Sfortunatament, din mhux l-ewwel darba li Joseph
Muscat inqabad jigdeb, u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar il-poplu Malti u
Għawdxi mhuwiex jemmnu.
Ilbieraħ fil-Parlament, u llum fi
stqarrija, Joseph Muscat gideb meta qal li l-membri tal-Kabinett preċedenti ma
tawx lura ż-żieda fuq l-onorarja li kienu ngħataw bejn l-2008 u l-2011.
Fis-6 ta’ Jannar 2012, il-Prim Ministru ta’
dak iż-żmien kien ħabbar li l-membri tal-Kabinett ma kienux se jibqgħu
jingħataw l-onorarja tal-Parlament u kienu se jagħtu lura ż-żieda fl-onorarja
tas-snin ta’ qabel.
Din iż-żieda fuq l-onorarja kienet ingħatat
kollha lura.
Il-Prim Ministru, qabel jagħmel
dikjarazzjonijiet għall-gallarija, għandu jiftakar xi jkun qal hu stess qabel
fuq l-istess suġġett. Fil-video mehmuż, Joseph Muscat, wara li nħatar Prim
Ministru, kien ammetta hu stess li l-membri tal-Kabinett preċedenti kienu
ħallsu dak li kellhom jagħtu lura lill-Gvern skont dak imwiegħed fis-6 ta’
Jannar 2012.
Din id-darba, Joseph Muscat spiċċa jgiddeb
lil Joseph Muscat.
26.11.14
No comments:
Post a Comment