Tħajjar ‘il-poplu għas-sewwa.

Ma jarahiex bħala mezz għas-servizz
tal-poplu. Anqas ma jara li jrid joqgħod
attent fil-mod li bih jaġixxi. M’għandux
fih il-bżonn li jkun ġust u li jaġixxi hekk, sija fil-metodu kif ukoll fil-għan
tiegħu. L-ingann, id-doppja faċċja,
id-duwalità, in-nuqqas ta’ konsiderazzjoni għad-dinjità tal-bniedem huma
aċċettabbli għalih. Aċċettabbli għax
fil-materjaliżmu tiegħu, l-għan jiġġustifika kull mezz.
Id-demokratiku nisrani mhux talli
m’għandux jagħmel dan, anzi huwa msejjaħ biex ikun politiku ta’ kwalità
aqwa. Irid iġib ruħu skont dawn
il-valuri, u fl-istess ħin jara li mhux biss qiegħed jaħdem sew, b’onestà,
b’integrità, b’serjetà imma li jwettaq passi, miżuri u liġijiet li jħajru
‘l-poplu għas-sewwa. Pass diffiċli, ma
hemmx dubju. Iżda jrid isir. Għax soċjetà timxi ‘l quddiem meta mhux biss
tara s-sewwa jsir, imma meta tħajjarha li jaqblilha twettaq is-sewwa.
No comments:
Post a Comment