16.2.26

L-ISLA - DELITTI MARBUTA MA’ SERQ

33511. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Isla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ l-Isla kien ta’ disa’ u ħamsin (59), li minnhom kien hemm ħmistax (15) marbuta ma serq.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

IL-KALKARA - DELITTI MARBUTA MA’ SERQ

33510. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Kalkara u kemm kienu marbuta ma’ serq?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Kalkara kien ta’ disa’ u sittin (69), li minnhom kien hemm għoxrin (20) marbuta ma serq.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

BORMLA - DELITTI MARBUTA MA’ SERQ

33509. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Bormla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Bormla kien ta’ mitejn u erbgħin (240), li minnhom kien hemm sebgħa u disgħin (97) marbuta ma serq.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

13.2.26

PARTI MINN DAK LI AĦNA

1. F’dan il-proċess twil li ninsab fih magħkom, ta’ ideat u kitbiet dwar bnedmin, kotba u kultura politika varja u li tmiss ma’ ħafna iktar milli wieħed jaħseb. F’dan insib x’jispirani u anki jiggwidani. Forza ta’ riflessjoni u awtokritika ta’ dak li hemm bżonn fis-soċjetà attwali tagħna u f’dak li fil-fatt huwa rilevanti għal kull waħda passata u futura. Gwida għal min irid iservi fil-kamp politiku. Anki dawk li jidħlu maqsuma bejn dak li jaqbel lilhom u dak li huwa fl-interess tal-oħrajn. Il-politika fiha l-ikbar valur meta ssir għall-ġid komuni. Kif dik il-linja tintilef wieħed jara tnaqqir u tnaqqis f’dak li nsejħu t-tessut demokratiku. Xi drabi l-analoġija ma’ siġra hi forsi aħjar. Fis-sens li meta tieqaf issaqqiha jew tittraskuraha, inevitabbilment tmur lura. Trid attenzjoni kostanti u għalhekk tirnexxi bħala dik li għandu jkun il-poter f’idejn il-poplu.

F’dawn iż-żminijiet

2. F’dinja li fiha qed naraw kif bnedmin varji ġew ittantati f’toroq li ma kellhomx. Dawk li fil-poter ekonomiku jew politiku ġibdu lilhom infushom f’aġir abbużiv u illegali qam ukoll punt interessanti. Dak li jistaqsi mill-ġdid għal min isiru l-liġijiet. X’wassal bnedmin qabilna, qabel is-sistema demokratika tagħna. Anzi, iktar aħjar, għal-liema skop ilkoll fil-fatt naħdmu. Jude Wanga, dan ix-xahar tikteb f’The London Review of Books artiklu bit-titlu The Centre Shrinks. Fejn tgħidilna: “Most MPs have never had to live like the people they legislate for.” (Ħafna deputati qatt ma għexu bħall-bnedmin li jilleġislaw għalihom). U tispjega hekk: “Politics isn’t something they came to after seeing how the country works. Politics is what they did instead of learning how the country works. When they talk about ‘ordinary people’ they invariably mean people they don’t know.” (Il-politika mhijiex xi ħaġa li waslu għaliha wara li raw kif jaħdem il-pajjiż. Il-politika hija dik li wettqu minflok tgħallmu kif jaħdem il-pajjiż. Meta jitkellmu dwar il-bniedem ‘ordinarju’, mingħajr dubju jitkellmu dwar dak li ma jafux.) Punt ta’ ħsieb u fl-istess ħin tluq lejn dak li għandna fil-fatt nużaw bħala regola u kejl lejn liġijiet tajba. Tajba fis-sens li huma dawk li jixirqu lill-persuni li nirrappreżentaw.

Federiku II

3. F’dan qiegħed naqra dak li kiteb l-istoriku differenti Gabriele Pepe (1899-1971) fit-trattat Lo stato ghibellino di Federico II (1951). Wara li taqra dwar Karlumanju, interessanti taqra dak li l-Imperatur tar-Rumani, dak magħruf jew deskritt bħala ‘Stupor Mundi’ wettaq. Dak l-iben li twieled minn omm li kienet fl-erbgħin sena tagħha, li wellditu f’tinda fi pjazza sabiex ma jkunx hemm dubju dwaru. Dak li fl-aħjar tiegħu, fil-qawwa politika l-iktar soda fehem li l-liġi hija strument mhux biss għalih imma sabiex ikun hemm affermazzjoni tas-sewwa u l-ġustizzja. Ħafna mexxejja huma fiż-żmien identifikati mar-regoli legali tagħhom. Mingħajr dubju, l-Imperatur Ġustinjanu (482-565 WK) b’dak li wara sar magħruf bħala l-Corpus Juris Civilis u Napuljun Bonaparte (1769-1821) bil-famuż Kodiċi Ċivili.

Liġi għall-poplu kollu

4. F’dan aktar, Pepe jfakkarna li diversi mexxejja fehmu li l-liġi hija wkoll missjoni ta’ unità. Dawk il-prinċipji morali u ta’ ordni pubbliku li jġibu f’daqqa pajjiż u renju. Federiku II dan fehmu huwa wkoll bħal dawk ta’ qablu u dawk li ġew warajh. F’dak il-mument diffiċli u progressiv li kellu quddiemu dan il-ħakkiem jikteb hekk: “Le Costituzioni non furono rese obligatorie in tutto il Regno, per il fatto che Federico avesse già nel 1231 la coscienza di un’unità politica di attuarsi per mezzo dell’unità delle leggi, ma perché aveva l’esperienza dei pericoli che costituivano per la sovranità regia gli statuti muniċipali. Ma è verissimo invece che le Costituzioni contribuirono al rafforzamento dell’unità politica del Regno.” (Il-liġijiet ma kinux saru obbligatorji fuq ir-Renju kollu, minħabba l-fatt li Federiku kellu diġà, fl-1231, l-għarfien ta’ unità politika li trid titħaddem permezz ta’ liġijiet uniformi, imma għax kellu l-esperjenza tal-perikli li l-liġijiet muniċipali kellhom fuq is-sovranità tiegħu. Imma fuq l-oħra fil-fatt huwa mill-iktar veru li l-Liġijiet assiguraw it-tisħiħ tal-unità politika tar-Renju sħiħ li rnexxielu jiġbor u jżomm.)

Awtur

5. Pepe f’dan il-ktieb iressaq diversi osservazzjonijiet dwar Federiku II. Senjatament kif qed naraw fil-ħidma leġislattiva tiegħu u dan iktar fid-domanda li tlaqna biha qabel. Huwa jikteb hekk: “Se è vero che le idee non cascono dal Cielo, tanto meno ne cascano, tranne il caso di Mosè le leggi: la loro origine è molto terrestri. La visione ancora poco Chiara dello Stato come pienezza di sovranità come razionale sorgente di pace e di giustizia, concezione che nasceva dalla tradizione romana imperialistica, attraverso la cultura romanistica dei consiglieri di Federico; il bisogno che le nuove classi borghesi sentivano di uno stato utilitario autonomo laico e non guerriero feudale. Un ordine pacifico e forte.” (Jekk huwa minnu li l-ideat ma jaqgħux mis-smewwiet, salv fil-każ tal-liġijiet ta’ Mosè, hekk ukoll dawk ta’ Federiku ma waqgħux mis-sema; l-oriġini tagħhom huma mid-dinja. Il-viżjoni f’dak il-mument mhux daqshekk ċara tal-Istat bħala saħħa sħiħa sovrana, bħal fonti loġika ta’ paċi u ġustizzja, kunċett li jitwieled mis-saħħa Rumana imperjali permezz tal-kultura Rumana tal-kunsilliera ta’ Federiku; il-bżonn ta’ klassijiet tal-borgeżija li ħassew il-bżonn ta’ stat utilitarju awtonomu, lajk u mhux gwerrier.)

Sub quadam lege

6. Il-punt huwa dak li kull persuna huwa mill-bidu tal-umanità soġġett għal-liġijiet. F’dan Federiku jfakkarna li anki Adam u Eva hekk kienu. Dawk li kisru l-liġi li ġiet indikata għas-sewwa tagħhom. Aħseb u ara llum wara tant sekli. Wieħed jibqa’ jirrifletti kif anki hawn, f’dawn il-gżejjer, nibqgħu naħsbu li hemm uħud li għax viċin, jew fil-poter, jistgħu ma jkunux marbuta mal-liġi. Jistgħu jkun ’l bgħid mis-sewwa u l-pariri li d-demokrazija kif għandha tkun, tagħti. Stat modern, attwali, veru u ġust irid jibda mill-ħsieb li l-liġijiet huma għall-bnedmin, mhux għall-oġġetti. Għal dawk kollha li twieldu bid-dinjità umana proprja tagħhom. F’dan nibqa’ iktar lura minn dawk li jridu jew jaħsbu li s-soluzzjoni għad-demokrazija tagħna hija dik li jkollna deputati “full-time”. Mhijiex proprju għax biex taħdem u tfassal liġijiet tajba trid tkun taf il-bnedmin li qed isiru għalihom. Dan Federiku II kien jafu u f’dan spjegat tajjeb Wanga meta ddikjaratilna l-periklu li rridu naħarbu, li: “Most MPs have never had to live like the people they legislate for.” Nittama li dan nifhmuh għax huwa parti minn dak li aħna.

9.2.26

PAROLIN JGĦIDILNA

1. Fid-dinja tagħna, bil-mezzi ta’ informazzjoni sħiħa u qawwija li għandna, xorta hemm bnedmin li ma jingħatawx l-attenzjoni li ħaqqhom. Jibqgħu abbandunati għad-destin tagħhom. Daqqa minħabba aġendi politiċi, ekonomiċi jew soċjali varji. Daqqa wkoll għax ma jiġbdux bnedmin oħra biex ifittxuhom u jaqraw dwarhom. Anki fis-soċjetà tagħna, l-eżempji mhumiex nieqsa. Diversi jgħixu fl-irkejjen siekta tagħhom. Fis-silenzju li jistgħu jaċċettaw bħala l-unika alternattiva fil-protezzjoni tad-dinjità umana li twieldu biha. F’dan, magħna hawn tbatija varja li ma ssibx widnejn jew għajnejn għaliha, imma xorta tinsab hemm. Forsi mhijiex parti mill-aġenda ta’ dawk li jinsabu minn fuq jew li għandhom f’idejhom il-mezzi tal-komunikazzjoni. Forsi wkoll għax irridu nżommu n-narrattiva li ninsabu “fl-aqwa żmien possibbli”, u dan wara “l-aqwa budget li seta’ kellna”. Imma nafu li dan mhuwa minnu xejn f’pajjiżna u barra minnu.

Kemm nammettu

2. F’dan wieħed jistaqsi kemm aħna lesti naċċettaw dan l-istat ta’ fatt. Jekk aħniex kapaċi mmorru kontra l-kurrent u nitkellmu anki jekk jista’ jkun li ma ningħatawx attenzjoni. Li jkollna fina jew nikkoltivaw il-kuraġġ tal-impopolarità. Ġie aktar dan quddiem il-fatt li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u fil-bidu ta’ din kellna magħna l-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. Żjara sabiħa fiha nfisha, markata mill-importanza ta’ sittin sena ta’ relazzjonijiet diplomatiċi. Kliemu ma ġiex irrappurtat kważi xejn. Ħa ngħidu biss, mill-inqas. Mhux għax ma fihx sustanza, imma forsi għax kien hemm min ma fehemx kemm laqatna direttament. Fih kien hemm xi punti sbieħ u ta’ riflessjoni u li jolqtu l-ammont ta’ kuxjenza li għad għandna ħajja.

L-Inviżibbli

3. Il-Kardinal qalilna tant tajjeb li aħna l-Maltin għandna vokazzjoni għall-paċi. Iddikjara hekk: “This vocation resonates deeply with the diplomatic ethos of the Holy See. In a world marked by fragmentation, conflict, and mistrust, both Malta and the Holy See have learned – each in its own way – that peace is built patiently through dialogue, listening, and fidelity to fundamentali values. The Maltese word ‘sliem’ (peace) expresses more than the absence of conflict; it conveys harmony, reconciliation, and goodwill. It is a word that could well serve as a guiding principle for international relations to-day.” (Din il-vokazzjoni tolqot fil-fond fil-prinċipji etiċi tal-ħidma diplomatika tas-Santa Sede. F’dinja markata bi tkissir, kunflitti u fejn ħadd ma jafda lil ħadd, sija Malta kif ukoll is-Santa Sede tgħallmu – fit-toroq tagħhom – li l-paċi tinbena bil-paċenzja permezz tad-djalogu, li wieħed jisma’ u l-lealtà lejn il-prinċipji fundamentali. Il-kelma Maltija ‘sliem’ (paċi) tfisser iktar minn sempliċi nuqqas ta’ ġlied; fiha armonija, rikonċiljazzjoni, rieda tajba. Hija kelma li tista’ sservi ta’ gwida fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-lum.)

Kemm għandu raġun

4. Għandna verament vokazzjoni, missjoni, li pajjiż bħal tagħna jista’ jwettaq b’iktar faċilità minn oħrajn. Dik li jinsisti li jitkellem dwar il-paċi fis-sliem. Missjoni unika li tista’ ssir, u anzi tista’ ssir, b’doża iktar qawwija milli hija. M’hemmx dubju li ma sirniex belliġerenti, u nkunu tlifna rasna jekk insiru. Wisq inqas m’aħna nżommu ma’ naħa kontra oħra. Irridu nkunu dawk, però, li jibqgħu jistinkaw favur dinja fejn hemm l-ordni fil-paċi. Fejn il-prinċipji tas-sewwa, dawk fundamentali, jirbħu. Mhux ser jirnexxilna, u wisq anqas nippretendu li ser ikollna xi saħħa biex inġibu l-partijiet f’kunflitt bilfors fejn għandhom ikunu. Nistgħu, u anzi għandna nsemmu aktar leħinna biex il-kuxjenza ta’ oħrajn tintmiss. Anki jekk nidhru differenti jew mhux skont kif qed jgħidu oħrajn, xorta għandna nibqgħu ninsistu.

F’dan nistgħu

5. Dan jgħidu aktar għax waqt li wħud f’pajjiżna kienu qed jaraw u jisimgħu lill-Kardinal Parolin, diversi bnedmin oħra kienu qed ibatu mill-ħruxija tal-gwerra. Dak li għaddej bħalissa fl-Ukrajna, fil-belt kapitali ta’ Kiev, qabeż kull limitu. L-attakk mhuwiex wieħed militari, imma huwa manifestament dirett fuq ħajjet il-poplu. Ix-xitwa hija partikolarment kiefra, iktar f’din is-sena, bit-temperaturi li niżlu taħt l-għoxrin. Bnedmin varji, nisa, ulied, trabi, anzjani qed jgħixu f’kundizzjonijiet mill-iktar koroh mas-silġ fil-bard. Dan ġej għax l-attenzjoni tal-attakk tal-Federazzjoni Russa mhijiex fuq il-forzi militari imma fuq is-sistema enerġetika tal-pajjiż. Dik li żżomm u tippermetti li anki fil-gwerra jgħixu f’forma ta’ dinjità umana dawk l-iktar vulnerabbli. Aġir li għandu jkun ikkundannat u fl-istess ħin isir l-appell għar-raġuni u l-loġika sabiex ma jibqax isir.

Fis-silġ

6. The Economist ftit ilu ddeskriva dan hekk: “Putin is trying even harder to freeze Kyiv into submission.” (Putin qiegħed jipprova kemm jista’ jiffriża lil Kiev filli ċċedi.) Kemm dan qed jirnexxilu jagħmlu ma nafx, imma l-impatt hemm qiegħed. Hemm lezzjonijiet varji li permezz tagħhom l-ispirtu ta’ poplu jissoda, iktar milli jċedi. Dawk diretti li huma fil-memorja kollettiva ta’ dawn iż-żewġ popli. Stalingrad mhux tant ’il bgħid mit-tnejn, kif ukoll diversi battalji li seħħew fuq u madwar dik l-art ifakkruna li kienet kemm kienet kiefra l-ħruxija Nażista, il-poplu rebaħ. Infakkru forsi wkoll fl-eventi li seħħew tlieta u tmenin sena ilu. Dawk li wasslu sabiex Friedrich Paulus, il-kmandant Tedesk, fi Frar 1943 isir priġunier.

Pajjiżna

7. Imma anki jekk hemm min irid ikompli jinfliġġi din il-linja politika, nistgħu nfakkruh biss li s-sofferenza hija kbira wisq. Hija waħda li titlob li wieħed jitkellem, kif kważi sejħilna direttament Parolin biex nagħmlu. Aktar u aktar fejn nafu kif jinsabu dawn il-bnedmin, jgħixu fis-silġ f’darhom. It-tbatija qawwija fuq il-poplu titlob mingħandna li nsemmu iktar leħinna favur il-paċi u s-sliem. Forsi f’dan nassiguraw sostenn akbar lill-vuċi tas-Santa Sede, u wkoll sabiex ma naqtgħux qalbna milli nwettqu s-sewwa. Ma naħsbux li l-kelma m’għandhiex saħħa: għandha iktar milli naħsbu. Forsi f’dan ukoll nistgħu nibgħatu aktar mill-miljun ewro li bagħtna s-sena li għaddiet f’għajnuna umanitarja. Inkunu hemm għall-bnedmin li jinsabu fil-ġenb tal-eventi tad-dinja. Għax fil-fatt dawn huma bnedmin li jixirqulhom il-vuċi u l-appoġġ umanitarju tagħna. Nittama li dak li qalilna l-Kardinal Pietro Parolin nifhmuh u nwettquh.

5.2.26

ĦAŻ-ŻABBAR - DELITTI MARBUTA MA’ SERQ

33508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar kien ta’ tlett mija u sitta u ħamsin (356), u minnhom kien hemm mija’ u tlieta 103 marbuta ma’ serq.

 

Seduta Numru 432

04/02/2026

IL-BIRGU - DELLITTI MARBUTA MA’ SERQ

33507. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Birgu kien ta’ erba’ sebgħin (74), u minnhom kien hemm seba’ u tletin (37) marbuta ma’ serq.

 

Seduta Numru 432

04/02/2026

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...