21.9.21

FAMILJI LI JOQOGĦDU FIN-NOFSINHAR TA’ MALTA

 

 

21329. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fit-Tielet Distrett Elettorali? Possibbilment f’liema lokalitajiet joqogħdu?

 

20/05/2021

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Lokalitajiet ta 'residenza fit-Tielet Distrett Elettorali:

Numru ta’ każijiet maħduma Jan-Diċ 2020

Ghaxaq

5

Marsaskala

32

Marsaxlokk

2

Zejtun

93

Total

132

 

N.B. In-numri jeskludu persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.

 

Seduta 465

25/05/2021

20.9.21

RAĦAL ĠDID – SISTEMA TA’ DRIP IRRIGATION FIL-ĠNIEN IL-MEDITERRAN

 

 

21538. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub sabiex jassisti l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex ikun hemm sistema aqwa ta' drip irrigation f'Ġnien il-Mediterran u jista’ jiġi mfassal parir ta’ dak li huwa l-aħjar mod ta’ kif jinżamm?

 

31/05/2021

 

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  470

03/06/2021

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN IL-MEDITERRAN - GĦAJNUNA

  

 

21537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'għajnuna se tingħata mill-Ministeru sabiex Ġnien il-Mediterran Raħal Ġdid jinżamm aħjar u jingħata d-dinjità li ħaqqu?

 

31/05/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat, ngħarrfu ukoll illi l-masġar ta’ tifkira għall-vittmi tal-Covid 19 ser isir fil-ġnien imsemmi minnu.

 

Seduta  470

03/06/2021

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN LORRY SANT - MANUTENZJONI

 

 

21536. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm sabiex Ġnien Lorry Sant f'Raħal Ġdid jibda l-proċess biex jinżamm aħjar?

 

31/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li l-Kunsill kien qed jaħdem fuq pjanti għax-xogħol li hemm ħtieġa li jsir fi Ġnien Lorry Sant. Issa li dawn lesti qed isir xogħol dwar il-finanzjament ta' dan l-istess proġett sabiex ikun jista isir xogħol fuqu fix-xhur li ġejjin.

 

Seduta  470

03/06/2021

 

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN IL-MEDITERRAN - LAQGĦAT

 

 

21535. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Ġnien il-Mediterran u jista’ jgħid jekk intlaħaqx ftehim dwar kif ser ikun hemm għajnuna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

 

31/05/2021

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi żżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex tara kif tkun tista' tgħin u tassisti fosthom b’ diskussjonijiet biex l-Aġenzija tkun tista' trodd xi ħaġa lill-komunità.

 

Seduta  470

03/06/2021

RAĦAL IL-ĠDID – APPARTAMENTI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA TAL-PROGRAMM TA’ MANUTENZJONI TAL-BINJIET TAL-GVERN (2011-2015)

  

 

21390. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B'referenza għall-iskema taħt il-Programm ta' Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2025), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti f'Raħal Ġdid ibbenefikaw minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex kkonsultat?

 

24/05/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ibbenefika minn sitt blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.

Il-blokok kienu s-segwenti:

75 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA

103 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA

123 A & B, TRIQ TAL-BORG, PAOLA

UNIT 3, BLK C, TRIQ SANTA MONIKA, PAOLA

60 A & B, TRIQ SAN GUZEPP, POALA

27/28, TRIQ JOSEPH STIVALA, POALA

 

Ix-Xogħol f’Unit 3, Blk C, Triq Santa Monika beda u diġa sar l-ewwel pagament fuq ix-xogħol li sar, fil-kumplament tal-blokok l-oħra ix-xogħlijiet għadhom fi stadju inizjali.

 

Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorità tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ġie allokat 5 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema:

Blk A, Unit 3, Triq it-Tempji Neolitici, Paola

112 A & B, Triq San Guzepp, Paola

Blk H, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola

Blk I, Unit 3, Triq Santa Monika, Paola

90 A & B, Triq is-Sorijiet, Paola

 

Dawn il-blokok qegħdin fil-proċess li jiffirmaw il-kuntratti. Din is-sena 2021 ġew allokati 8 blokok oħra lill-Kunsill ta’ Raħal Ġdid liema proċess għadu fl-stadju inizjali tiegħu.

 

Seduta  470

03/06/2021

FGURA – APPARTAMENTI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA TAL-PROGRAMM TA’ MANUTENZJONI TAL-BINJIET TAL-GVERN (2011-2015)

 

 

21389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għall-iskema taħt il-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti fil-Fgura minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ jinforma wkoll liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex ikkonsultat?

 

24/05/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn żewġ blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.

Il-blokok kienu s-segwenti:

BLK B1, TRIQ MARTIN LUTHER KING, FGURA

BLK C1, TRIQ IL-GOJJIN, FGURA

Ix-xogħol fi Blk C1, Triq il-Ġojjin huwa ffinalizzat filqwaqt li ta’ Blk B1, Triq Martin Luther King wasal fi stat avvanzat.

 

 

Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorita’ tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie allokat 3 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.

 

Seduta  470

03/06/2021

 

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...