18.9.21

RAĦAL ĠDID – INĊIDENTI U DELITTI MARBUTA MA’ ĦRUQ

 

 

 

19550. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq f’Raħal Ġdid fl-Għassa tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin u jistax jindika jekk fosthom kienx hemm proprjetà tal-Gvern jew korporazzjonijiet? 

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Dicembru 2020, in-numru ta’ kazijiet dwar incidenti u/jew delitti (arson) marbuta ma’ ħruq f’Rahal Gdid, irrapportati lill-Pulizija, kien ta’ disgħa u tmenin (89). Seba’ (7) kazi kienu jinvolvu propjeta tal-gvern li erba’ (4) minnhom kienu nirien imqabbda apposta (arson) .

 

 

Sena

Delitti ta’ ħruq

(arson)

Incidenti ta’ ħruq (fire)

Total

2015

6

14

20

2016

3

14

17

2017

5

16

21

2018

1

7

8

2019

1

11

12

2020

4

7

11

Total

20

69

89

 

 

 

Seduta 435

03/03/2021

PROTEZZJONI ĊIVILI – RAPPORT TA’ KAŻIJIET TA’ ĦRUQ TA’ PROPRJETÀ U TA’ SIĠAR

 

 

19549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti mal-Protezzjoni Ċivili ta’ każijiet ta’ ħruq ta’ proprjetà u ta’ siġar?

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant , li fis-sena’ 2020 kellna 303 nirien ġewwa propretajiet, li jvarjaw fit-tip ta’ ħruq tagħhom kif ukoll il-post, jinkludi bini abbandunat u sub station.

Rigward is-siġar kellna 31 sejħa speċifikata fuq siġar jaqbdu, imma tajjeb li wieħed ikun jaf li kellna 888 każ ta’ grass fires li jista’ jkun fihom xi siġar ukoll.

 

Seduta 435

03/03/2021

ATT DWAR IL-KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – PETIZZJONIJIET REĠISTRATI

 

 

19548. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati petizzjonijiet taħt l-Att Dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 tul 2020 kemm intlaqu u kemm ġew rifjutati u kemm hemm pendenti?

 

25/02/2021

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta 435

03/03/2021

BEJGĦ TA’ PUBBLIKAZZJONIJIET MINN MUŻEWIJIET

 

 

19547. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul is-sena li għaddiet kemm ġew mibjugħa pubblikazzjonijiet mill-mużewijiet, u kemm inxtraw online?

 

25/02/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat minn Heritage Malta illi l-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet fl-2020 kien jammonta għal tmienja u sebgħin elf, ħames mija u sebgħin ewro u erbgħin ċenteżmu (€78,570.40) mill-mużewijiet.

Il-bejgħ online kien jammonta għal sitt elef, mija u wieħed u disgħin ewro u ħamsa u ħamsin ċenteżmu (€6,191.55).

 

Dan jammonta għal total ta’ sebgħa u tmenin elf, erbgħa mija u sittin ewro u erbgħin ċenteżmu (€87,460.40).

 

Seduta  434

02/03/2021

AMBAXXATI U KUMMISSJONIJIET GĦOLA ĠODDA

 

 

19546. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena u dik li ġejja hemmx il-pjan li jinfetħu ambaxxati, kummissjonijiet għolja jew konsolati ġenerali?

 

25/02/2021

 

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija l-intenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej li jaħdem biex ikollu Ambaxxata ġewwa Brasilia fil-Brażil, f’Doha l-Qatar u Addis Ababa ġewwa l-Etjopja. Barra minn hekk il-Ministeru qed jaħdem sabiex jiftaħ Konsulat Ġenerali ġewwa Casablanca fil-Marokk. . Il-Ministeru qed jaħdem ukoll biex Malta jerġa’ jkollha Ambaxxata tiffunzjona ġewwa Tripli fil-Libja.

 

Seduta  434

02/03/2021

RAPPREŻENTANZI DIPLOMATIĊI – INSTALLAZZJONI TA’ IT EQUIPMENT

 

 

 

19545. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm numru ta’ rappreżentanzi diplomatiċi tagħna li baqgħu ma nstallawx l-IT equipment li ġie indikat u mibgħut lilhom mill-Ministeru? Jista’ jindika liema huma dawn? Għal-liema raġuni dan l-proċess baqa’ ma sarx?

 

25/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar sena il-Ministeru bagħat erbgħin vjeġġ ta’ tagħmir elettroniku jew relatat mat-teknoloġija tal-informatikalejn il rappreżentanzi diplomatiċi ta Malta. Il-maġġoranza ta’ dan it-tagħmir huwa nstallat diġà.

 

Hemm numru ta’ tagħmir li għadu jrid jiġi installat f’rappreżentanzi bħal Moska, Toronto, Washington u New Delhi. Għalkemm f’ċertu sitwazzjonijiet il-Ministeru jista’ jinstalla b’mod remot, dan mhux dejjem possibbli minħabba ċertu kontrolli. Minħabba l-pandemija u s-saħħa u s-sigurtà tal-uffiċjali, il-Ministeru baqa’ lura milli jibgħat l-uffiċjali tiegħu barra mill-pajjiż, fejn mhux assolutament neċessarju. Dan ma jfissirx, illi dawn ir-rappreżentanzi ma jistgħux jiffunzjonaw bħalissa.

 

Seduta  434

02/03/2021

VETTURI MIXTRIJA GĦALL-UŻU TAL-MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI TA’ MALTA

 

 

 

19530. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vettura nxtrat għall-użu tal-missjonijiet diplomatiċi ta’ pajjiżna tul is-snin 2019 u 2020? Jista’ jgħid jekk hemmx talbiet reġistrati għal tul din is-sena?

 

24/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li matul is-snin 2019 u 2020 inxtraw 10 karozzi għal użu ġewwa l-missjonijiet diplomatiċi ta’ Malta. S’issa saru talbiet sabiex jinbidlu l-karozzi uffiċjali ġewwa 3 missjonijiet oħra.

Seduta  434

02/03/2021

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...