6.3.21

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – LEZZJONIJIET GĦAR-RESIDENTI

 18119. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’lezzjonijiet saru għar-residenti li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’liema suġġetti tul is-sena li għaddiet?  Kif ukoll jista’ jgħid kemm-il resident attenda?

 

12/01/2021

 

 ONOR.BYRON CAMILLERI: Ninforma l-Onor Interpellant li matul is-sena skolastika li bdiet Ottubru 2020, CSA bdiet toffri 15-il kors fejn l-attendenza tal-priġunieri tlaħħaq il-153. Dawn il-korsijiet qed jiġu offruti b’ kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali, eżempju Life Long Learning. Il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar sabiex il-priġunieri jingħataw attenzjoni inividwali. Is-suġġetti offruti huma varjati u jinkludu l-Ingliż, l-Ispanjol, il-matematika, l-ICT, cookery and nutrition, crafts u life skills.

 

Matul is-sena 2020, numru ta’ priġunieri resqu għal eżamijiet tal-Matsec fil-Livell Ordinarju, u kisbu riżultati tajba ferm.

 

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ħames priġunieri attendew korsijiet f’istituzzjonijiet edukattivi barra l-ħabs. Bħala studenti priġunieri ma kienx hemm drop-outs. L-oqsma ta’ studju jinkludu sport, marketing, social care u business administration. Il-livelli jvarjaw minn Level 2 sa Level 6.

 

Bħala parti mis-sistema edukattiva tal-Faċiltia Korrettiva ta’ Kordin, fis-sena 2020, fil-qasam ta’ l-isport ġew implementati diversi inizjattivi. Inizjattivi marbuta mal-isports jiġu mplimentati b’mod struttarat bħala parti mill-pjan ta’ kura tal-priġuniera tal-Faċilita u jservu biex minbarra l-benefiċċju tal-attivita fiżika, jitgħallmu jikkomunikaw, jaħdmu f’team eċċ. Kien hemm ukoll l-opportunità li priġunieri joħorġu barra l-ħabs, jilagħbu logħba futbol kontra klabb lokali. Dan kollu bħala parti mill-programm ta’ edukazzjoni u reintegrazzjoni tal-priġunieri.

Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif wieħed jagħmel CV u jġibruħu f’interview. Ma’ bank lokali saru wkoll korsijiet dwar kif wieħed jiftaħ kont.

 

Seduta  418

20/01/2021

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – KOTBA GĦAL-LIBRERIJA.

 

 

18118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew donati u mixtrija għal-librerija li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena li għaddiet u kemm ġew mislufa kotba?

 

12/01/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 13779.

 

Seduta  418

20/01/2021

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - RESIDENTI

  

 

18117. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika s-sess u kemm huma jiskuntaw piena u kemm qed jistennew il-proċess tagħhom jiġi konkluż?

 

12/01/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 kienu jlaħħqu t-864, li minnhom 808 huma rġiel u 56 nisa. Inżid li kien hemm 260 resident jistenna l-proċess tiegħu jiġi konkluż, waqt li 604 qed jiskuntaw piena.

 

Seduta  417

19/01/2021

TALBIET GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-PAROLE

  

 

 

18116. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-benefiċċju tal-Parole s-sena li għaddiet u kemm talbiet ġew milqugħa? Jista’ jindika wkoll kemm kien l-ammont komplessiv ta’ applikazzjonijiet sena b’sena, minn meta bdiet topera din il-liġi u kemm ġew effettivament milqugħa?

 

12/01/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2020 saru tnejn u sebgħin (72) talbiet għal beneficcju tal-Parole. Uħud minn dawk għadhom qed jiġu proċessati. Waqt li s’issa minn dawn it-talbiet li saru fl-2020, ħdax (11) minnhom ġew milqugħa.

 

Fl-2013 kien hemm ħamsa u disgħin (95) applikazzjoni għall-parole.

Fl-2014 kien hemm mija u tnejn (102) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2015 kien hemm mija u disgħa (109) applikazzjoni għall-Parole.

Fl-2016 kien hemm tmienja u disgħin (98) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2017 kien hemm tlieta u sebgħin (73) applikazzjoni għall-Parole. Dawn jinkludu każ li kien ġie referrit lil Bord tal-Parole mill-Qorti Kostituzzjonali

Fl-2018 kien hemm sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2019 kien hemm disgha u sebgħin (79) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2020 kien hemm tnejn u sebgħin (72) applikazzjoni għall-Parole.

 

Mill-2013 sal-2020 kien hemm total ta’ mija u erbgħa u erbgħin (144) li ġew milqugħa.

 

 

Seduta  417

19/01/2021

IMMIGRANTI RREGOLARI LI ĠEW RILOKATI

 

 

18115. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie rilokat is-sena li għaddiet u lejn liema pajjiżi?

 

12/01/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020 Membri Stati oħra kkommettew ruħhom li jirrilokaw 497 immigrant minn Malta li daħlu rregolarment bid-dgħajsa. Minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, sal-aħħar tas-sena ġew rilokati 273 immigrant. Dawn l-immigranti ġew rilokati lejn Franza (106), Ġermanja (125), Portugal (6), Lussemburgu (7), Finlandja (25) u Rumanija (4). It-trasferimenti ta’ dawn il-persuni ser jitkomplew fl-2021.

 

Seduta  417

19/01/2021

IMMIGRANTI RREGOLARI RIPATRIJATI

 

 

18114. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie ripatrijat tul is-sena li għaddiet?

 

12/01/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020, minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, kien hemm total ta’ 381 persuna li ġew ripatrijati bi proċeduri stabbiliti.

 

Seduta  417

19/01/2021

WIED IL-GĦAJN – TRIQ IŻ-ŻONQOR – TLESTIJA TAX-XOGĦOL

 

 


 

17993. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ser iddum biex tkun lesta Triq iż-Żonqor Wied il-Għajn u kemm ser tiswa?

 

11/01/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  417

19/01/2021

 

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...