1. F’soċjetà li taħdem biex tkun demokratika hemm bilanċ importanti bejn il-verità u l-informazzjoni. Hemm min iqabbel lit-tnejn u jaħseb jew iqiegħed kollox fuq l-istess xkaffa. Jipprova jurihom bħala ugwali mentri, kif nafu, mhumiex. Jistgħu jidħku bina, verament, imma mhumiex tal-istess piż. Għax il-verità hija unika, u teżisti. Biss nafu li dan mhux faċli għax qed ngħixu f’soċjetà ġdida. Waħda mimlija b’vuċijiet varji, diversi wkoll frott iċ-ċaċċaruni, dawk li jridu jitkellmu l-ħin kollu u l-eżistenza tagħhom hija mimlija ħsejjes. Dawk li jridu jipperswaduna fil-kontra ta’ dik li hija r-realtà. Membri wkoll fost dawk li jridu jgħidulna li qed ngħixu fl-istabilità u fi Stat ġust.
Informazzjoni mhux dejjem veritiera
2. Għax l-informazzjoni fiha minn kollox. Fiha ġewwa ħdanha anki dak li mhuwiex veru. Issir taf u anzi għandek mezzi ta’ komunikazzjoni li jinfurmawk bil-gideb li jingħad. Dak kollu li mhuwiex minnu li jingħad dwar dak li għaddej. Dak kollu li jinqala’ minn żnied ħaddieħor dwar il-proxxmu biex fuq naħa ssirlu l-ħsara, u fuq l-oħra jirbaħ xi forma tinten ta’ popolarità. Ma’ dan kollu hemm ukoll dawk li jridu jaħbu s-sewwa, il-fatti u jispiċċaw iħarrfu fuq naħa jew jibdlu fuq l-oħra dak li huwa verament. Imma l-isfida llum hija proprju li kollox jinsab ħiereġ mill-istess vitien. M’hemmx, fuq naħa l-gideb u fuq in-naħa l-oħra l-verità. Hemm biss triq waħda tal-informazzjoni. Taħlit li huwa dejjem ikbar proprju għax il-livelli tad-dixxerniment naqsu. Bħal ma kien inevitabbli li jseħħ dan għax dak li qabel kien ikkunsidrat fonti ta’ fatti llum m’għadux, imma baqa’ hekk ikkunsidrat mill-poplu.
Infetaħ bieb perikoluż
3. F’dan, iktar minn qatt qabel infetaħ beraħ il-bieb ta’ barra, mhux tal-ġenb, biex iseħħ dan il-proċess b’mod uffiċjali. Dan huwa l-periklu ċar u manifest tas-soċjetà tagħna. Għax hija tista’ tikber u tieħu deċiżjonijiet tajba jekk tkun qed tibbaża ruħha fuq il-verità, mhux il-kontra. Iktar u iktar għax f’dan, flok nidentifikaw il-problemi ta’ ġustizzja soċjali li għandna, qed naħbuhom u naħarbu minnhom. Mhux biss, imma hija gravi proprju għax hemm min jaħseb li bin-nuqqas ta’ verità jista’ javvanza, jew almenu, jibqa’ wieqaf fejn huwa. Anzi, fil-bumbardament kontinwu ta’ kemm għadna suppost “Soċjetà Ġusta” (li lkoll nafu li mhix, u fil-verità trid ħafna iktar ħidma biex tasal biex tkun hekk) huwa ovvju li l-Gvern issa qiegħed huwa stess isir parti integrali mill-magna ta’ dak li mhuwiex minnu. Tradiment profond tad-dmir tiegħu li jgħid lill-poplu dik li hija l-verità.
Mhux biss
4. Mhux biss dan, imma hemm ukoll il-periklu ulterjuri li huwa dak li qiegħed iħajjar persuni li jikkritikaw lill-Gvern, sija mill-Oppożizzjoni kif ukoll li le, li jimbarkaw fuq din it-triq. Il-falz jiġi kumbattut b’iktar falz. F’dak li qiegħed jidher li qiegħed isir forma ta’ konvenjenza. Fejn f’dan, iktar nies qed jiġu protetti u l-istatus quo jibqa’ f’postu. Dawk li huma minn fuq jibqgħu hemm u dawk li jridu javvanzaw jibqgħu miżmuma ’l isfel. L-alleanzi ta’ konvenjenzi varji, ċertament mhux politiċi, wassluna f’dan. L-affluwenza ekonomika ta’ wħud li qed jiddominaw, jew fil-miftuħ jew minn taħt, wassluna f’dan. Issagrifikajna d-demokrazija soċjali tagħna għal dik ekonomika. Fejn il-manuvri tal-Gvern huma indirizzati biex jiggarantixxu dan l-istat tal-affarijiet. Jidhru li qed jaqsmu u jagħtu, mentri fil-fatt qed iżommu fis-sod il-pożizzjonijiet ta’ dawk li verament għandhom saħħa politika ekonomika.
Nibqgħu nisimgħu
5. F’dan, dejjem jekk ma niċċaqilqux, ser nibgħu nisimgħu dak li nafu li mhuwiex minnu. Nisimgħu kemm kollox sejjer tajjeb, meta mhuwiex. Nisimgħu fuq kemm l-ekonomija ser tikber, imma ma jgħidulniex kemm l-inflazzjoni ser tibqa’, u magħha, l-għoli tal-ħajja. Nisimgħu kemm kulħadd qiegħed jaħdem, imma mhux kemm mhumiex jaqilgħu, jew kemm hemm minn dawk li huma moħbija fin-NEET. Nisimgħu b’infiq fl-edukazzjoni, imma mhux fuq ir-riżultati li qed tagħti. Nisimgħu fuq kemm hemm benefiċċji soċjali, imma mhux kemm dawn huma verament effettivi għall-bżonnijiet ta’ dak li jkun. Nisimgħu kemm qed nimxu fil-kamp tar-riforma fuq il-kannabis, imma mhux fuq kemm pajjiżna huwa mimli, fl-irkejjen tiegħu, b’aktar droga minn qatt qabel. Nisimgħu kemm għandna pjan tajjeb fit-trasport, imma nqattgħu l-ġimgħa mwaħħlin fit-traffiku. Nisimgħu ħafna minn dan kollu, imma x’inhuwa veru minnu, dik ħaġ’oħra.
Alleati
6. F’dan, jidher ċar u ovvju li jekk wieħed ma jiċċaqlaqx fil-kritika u fl-organizzazzjoni neċessarja biex jibdel dak li qiegħed jikkristallizza ruħu jum wara jum, kollox ser jibqa’ l-istess. Forsi ftit iridu jindunaw kemm f’dan kollu sejrin, għallinqas skont is-surveys kontinwi li qed joħorġu, għall-istess pożizzjoni tallum, jew aħjar, tal-bieraħ. Aktar minn dak li għandna u mhux minn dak li għandu jkollu l-poplu. Forsi ftit aktar f’dan li jista’ jkun (għalkemm ma nemminx) li ninsab waħdi fid-deżert intern politiku li ninsisti sabiex idur ir-riħ. Forsi ftit aktar fil-bżonnijiet u miżuri li nara li jridu jsiru sabiex jingħadu l-fatti u naffrontawhom. Dawk li ċertament m’għandniex naħarbu minnhom, għall-ġid tal-poplu kollu. Jekk qabel kienet kwistjoni ta’ partit, illum din saret kwistjoni nazzjonali.
Passi pożittivi
7. F’dan, jekk ma niċċaqilqux, dawk li jlabilbu, il-gerwiela, iċ-ċaċċaruni ser jibqgħu jirrenjaw. Jibqgħu ma jħarsux il-verità u anzi jibqgħu jżidu ma’ dak li huwa fil-kamp kbir tal-gideb. Punt li wieħed għandu jieħu ħsieb jagħmel, għax soċjetà li m’għandhiex id-demokrazija f’idejha tispiċċa tafda lil min m’għandhiex. Tispiċċa fejn ma tridx tkun. Soċjetà li tippermetti dan kollu tkompli għaddejja tkun fit-triq li biha qed tkompli żżid fil-lista tal-inġustizzji soċjali li qed ngħixu fihom kontinwament. Fil-preżent pajjiżna mhuwiex ġust, però jista’ jsir. Għalhekk, pajjiżna għandu bżonn iktar verità, fatti u informazzjoni korretta. Dak huwa d-dmir tagħna li naħdmu għalih. Inbiddlu sabiex jispiċċa dan ir-renju fejn jikber u joktor il-gerwiel giddieb.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label soċjetà ġusta. Show all posts
Showing posts with label soċjetà ġusta. Show all posts
23.11.23
29.5.23
X’daqqa tajba u tal-għaġeb ħadna!
1. Għal min irid ifittex u jipprova jifhem, qiegħed jagħraf li pajjiżna niżel ʼl isfel. Jixraqlu mod ieħor, ċertament, u anzi determinat li naħdem sabiex dan iseħħ. Imma hemm ċirkostanzi li jimmeritaw attenzjoni. Jekk, kif qegħdin naraw, niżlin iktar ʼl isfel fil-livell tas-sewwa u fl-importanza tal-valuri fundamentali li jagħmlu soċjetà, dan mhuwiex ġej mix-xejn. Anqas, bir-rispett kollu, m’huwa sejjer lejn xi bidliet. Minflok qed nibdlu l-ilma li tħammeġ u qiegħed jinten sew bil-ġdid u l-frisk qed nassiguraw li nżidulu fid-doża sabiex isir iktar tossiku. Meta f’dan ma tagħrafx fejn int mod, imma meta minflok tkun taf u tibqa’ għaddej tagħraf li jekk ma taggravax tiġi ferm agħar.
Soċjetà ġusta
2. Jekk qegħdin inmermru, minn kull naħa, il-pilastri tas-soċjetà ma nistgħux nistennew li l-affarijiet ser ikunu aħjar. Pajjiżna tilef l-istima li kellu qabel. Anki jekk għandna d-daqs ġeografiku tagħna, xorta konna kapaċi nsarrfu f’aktar. Konna kapaċi nuru li aħna aħjar milli jagħmluna. Kapaċi nuru ferm aħjar milli ħaddieħor kien jistenna. Dan sija fil-livell tal-għaqal u l-intelliġenza, kif ukoll fil-valuri u l-kultura li nirrappreżentaw. Għal ħafna konna vuċi ta’ kuxjenza li ħaddieħor xtaq li jkollu, imma li fil-fatt kien qiegħed jagħlaq. Pajjiżna kien strument għal bidliet fl-Unjoni Ewropea u fil-Ġnus Magħquda. Il-vuċi tiegħu kienet rispettata, proprju fl-għarfien li dak li kien qiegħed jingħad kien fih sens u sustanza.
Inżilna fl-iskaluni
3. F’dan irridu naċċettaw li f’dawn is-snin morna lura. L-iktar għax ma bqajniex nagħtu importanza lill-valuri tas-sewwa, li qabel ħaddanna. Fil-biża’ li xi ħadd jakkużana li aħna “antikwati”, wasalna biex niċħdu l-valuri tal-ħajja. Wasalna fil-punt fejn il-bniedem qed inneħħulu kull forma ta’ dinjità u nġibuh biss oġġett. Ileqq jew le, bħal kull ħaġa oħra li għandna ġewwa l-kexxun jew fil-gradenza tagħna. Biex ma nidhrux koroh f’għajnejn dawk li m’għandhomx sens qegħdin nitilfu mill-melħ li aħna għandna. L-istazzjon nazzjonali, li f’ħafna jirrappreżenta dak li aħna, tilef kull missjoni vera li bis-sħiħ jeduka, jinforma u jibni kultura demokratika. Wasalna fl-istadju fejn flok nirrikonoxxu l-avvanz uman, iddeċidejna li rridu nibdew lura mill-passi li s-soċjetà primittiva kellha. F’daqqa waħda, ikkanċellajna eluf ta’ snin.
Popolarità
4. Jekk hemm min qiegħed jaħseb li din hija t-triq it-tajba għall-popolarità politika tiegħu, qiegħed jiżbalja. Jekk m’aħniex kapaċi nagħrfu dak kollu li l-bniedem għadda minnu f’sekli ta’ storja, allura qegħdin iktar ʼl isfel. Fejn il-klassi politika tagħmel ħilitha biex tieħu l-linja li turi lilha nfisha li hija nieqsa mill-kwalità. Fejn il-qari mhuwiex prijorità, u anqas id-diskussjoni jew id-djalogu, fejn min ma jaf xejn jidher li jaf. Fejn il-“ħsejjes” fil-medja jsiru minn dawk li m’għandhomx kultura politika jew li, konvenjentement, iridu jidhru hekk. Fejn dawk li huma serji u li jistinkaw għas-sewwa jingħataw il-ġenb. Jitqegħdu fis-silenzju, biex il-vuċi tar-raġuni u tal-kuxjenza tagħhom ma tinstemgħax, għax skomda.
Infittxu aħjar
5. Pajjiżna għandu jkollu aħjar, u għandu jfittex li jibni dan billi jassigura iktar li l-partiti politiċi jkollhom bnedmin li jmissu mar-realtà u jippruvaw jifhmuha. Jekk hemm terz tal-poplu li ma jridx jivvota, dan ifisser li mhuwiex jiġi ispirat mill-klassi politika. Ifisser li qiegħed jippretendi bnedmin ta’ valuri li mhuwiex isib. Anki għal min huwa xettiku ħafna fuq dak li s-surveys jgħidu, xorta jagħraf li m’għandux jinjorahom. Jista’ jwebbes rasu u jbaxxiha biex ma jismax, imma l-pożizzjoni ma tinbidilx. Għandna, f’dan, id-dmir li nfittxu li nkunu aħjar, u nifhmu li għandna dmir li nirrappreżentaw u fl-istess ħin li nġibu lis-soċjetà kollha tieħu sehem fis-sistema demokratika. Dan iseħħ bil-bdil li jrid isir, u li bih nitilgħu ʼl fuq u mhux inkomplu ninżlu aktar ʼl isfel.
Iktar żbaljat
6. Huwa, f’dan, iktar żbaljat li hemm min jaħseb li ser isolvi l-iżbalji tiegħu billi l-Ġudikatura tiġi attakkata kontinwament. Ħadd m’huwa qiegħed jgħid li għandha tgħix fid-dinja tagħha qisu s-soċjetà u l-esiġenzi tagħha ma jeżistux, imma ċertament mhux dak li hu għaddej bħalissa. F’din l-esperjenza qarsa ta’ dawn l-aħħar snin, il-Ġudikatura baqgħet taħdem u sservi. Baqgħet kostanti, tara dak li għaddej u tassigura li ma titlifx ir-reputazzjoni tagħha. Hija dak l-organu tal-Istat li baqgħet għaddejja tamministra l-ġustizzja u tibqa’ sejra, minkejja l-atti ta’ bluha li saru minn dawk li mexxew lil pajjiżna. Hi li taħdem fil-ġustizzja qegħda ssib lilha nfisha attakkata inġustament.
Kostanti
7. Anzi, kif rajna sew, żied wisq il-piż tax-xogħol fuqha, sija minħabba liġijiet varji li għaddew mill-Parlament. Mhux biss, imma iktar ukoll minħabba l-imġieba żbaljata, illegali u kriminali ta’ dawk fil-Gvern. Il-pajjiż ħallas flus kbar f’inkjesti u għadu għaddej iħallas minħabba dan kollu, imma fuq kollox għandna nagħrfu li l-ħin tal-Ġudikatura tagħna ttieħed ʼil bgħid mill-ħidma normali tagħha. Jekk irridu ninżlu iktar ʼl isfel milli qegħdin, din hija proprju t-triq li biha nattakkaw lil dawk li għandhom jikkontrollaw u li jwettqu dan b’imparzjalità li ddejjaq. Aktar u aktar għal dawk li kienu draw bil-ħsieb li l-bnedmin jistgħu jinxtraw. Anzi aktar, f’dan huwa iktar faċli tattakka lil min taf li fi dmiru ma jistax iwieġeb għall-ħmerijiet li jkunu qegħdin jingħadu.
Tikkiet
8. Hemm min jaħseb li minn dan kollu, il-poplu mhux jagħti każ. Hemm min jimmaġina li huma ċerti klassijiet li jidentifikawhom bħala ‘puliti’ li huma biss importanti. Li l-oħrajn kollox jgħaddi minn fuq rashom qisu ma ġara xejn. Mentri r-realtà politika hija differenti. Il-votant jara dak kollu li hu għaddej. Iqisu f’dak li verament hu, u jdaħħlu fil-kalatura naħa jew oħra, imma rari jirreaġixxi dak il-ħin stess. Dan kollu li qiegħed isir mhuwiex jiġi injorat, u f’dan wisq anqas l-elettorat mhuwa xi annimal irrazzjonali. Dak li jimxi biss bl-istint u jagħma malajr bil-flus. Il-poplu huwa attent, u jagħraf dan. Jagħraf li b’dak kollu li seħħ u li qiegħed iseħħ ħadna daqqa tajba u tal-għaġeb.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...