20.10.26

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avviżi, iżda l-ewwel hija storja ħelwa li, tkun xi tkun, trid bilfors tammetti li hija mill-isbaħ.

2. U, proprju mill-inċidenti kollha tal-ħajja, Kristu jagħżel li titfakkar fil-memorja l-preżenza tiegħu fi żwieġ. Attività umana mill-isbaħ.

3. Waqt li jiddikjara li s-siegħa tiegħu ma wasletx, xorta jibdel l-ilma f’inbid. Inbid veru. Inbid bnin tassew. Ħasibha u l-kelma tiegĦu minn ħoss fl-arja saret realtà. L-istess li aktar tard kellu jinbidel f’demm tal-Passjoni.

4. Iżda l-preżenza kostanti ta’ Marija Ommu u Ommna hija indikattiva. Hija simbolu ta’ għerf miftuħ għalina. Xejn ma jiġri ta’ xejn; kollox għandu skop.

5. Nifhmu li meta Kristu ma ċaħadx talbet Ommu, avolja s-siegħa tiegħu ma wasletx, qatt ma jiċħadha dak li titolbu għalina.

IEQAF GĦANDI, MULEJ

1. Ir-rakkont ta’ Emmaus jibqa’ dejjem punt ta’ bidu għall-metodu ta’ kif wieħed jgħix ħajja ta’ Nisrani.

2. Il-qari, it-tagħlim u l-meditazzjoni tat-Testment l-Antik u t-Testment il-Ġdid, flimkien mal-qsim tal-ħobż, huma t-triq li permezz tagħha jaqgħu l-maskri tal-egoiżmu u nsibu s-sewwa.

3. U hemm parti f’dak ir-rakkont li bqajt naħseb fih għax żgur li ma huwiex ta’ xejn. Qed nirreferi għal meta Sidna dar fuq il-pellegrini u għamel qisu ser jibqa’ sejjer, iżda ma ħallewhx.

4. Insistew li jibqa’ magħhom. Ma għarfuhx, anzi kważi kienu qegħdin jiddubitaw minnu; biss ma ħamlux jarawh sejjer. Fid-dlam tal-aħħar tal-ġurnata.

5. Aħna wkoll għandna nagħrfu li l-qari tal-Kotba Mqaddsa huwa importanti, iżda mhux biżżejjed li naqrawhom biss. Hemm bżonn is-sagrament. Hemm bżonn il-qsim tal-ħobż. Hemm niftħu għajnejna.

RIVOLUZZJONI

1. Waqt li qiegħed nerġa’ naqra l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, bqajt naħseb fuq kif il-poplu xxewwex. Kienu lesti għaliH, iżda l-poplu f’qalbu kien jaf li dak il-Bniedem kien twajjeb.

2. Is-sentiment kien maqsum, iżda ħadu ħsieb li jsaħħnu sew il-qiegħa. Bdew iduru n-nies, “jikkanvassjaw”, biex lil dan il-Mexxej jaqtgħuh mill-elettorat tiegħu.

3. Iżda Ġesù b’dan kollu kien jaf. Meta kien il-mument tat-trijonf kien jaf. Kien jaf li jekk kellu jitlob it-tneħħija ta’ dawk li kkundannawh, seta’ jwettqu faċilment. Għażel li jibqa’ pass lura.

4. Minflok, ħareġ mis-saqajn. Ta n-nifs lill-avversarji jinġabru. U għażel li jitla’ lura meta kienu reġgħu ġew f’sensihom u kienu qablu li jeqirduh. Akkost ta’ kollox.

5. Ir-rivoluzzjoni kienet proprju dik li tmur kontra dik tal-bnedmin. Taħrab ir-rebħa tad-dinja biex, permezz tagħha, tirbaħ oħra. Ferm aqwa.

19.10.26

IS-SENS TAT-TMIEM

1. Mhix l-ewwel darba li ssib lil ħabib jitkellem fuq il-mewt. Ftit huma dawk li jitkellmu fuq l-aspett filosofiku. Iżda ħafna huma dawk li jintilfu jitħassru lilhom infushom.

2. Naraw il-mewt bħala traġedja. It-tmiem tal-ħajja mhix aċċettata mill-bniedem. Minkejja snin ta’ eżistenza, nibqgħu marbuta b’rabta materjali mal-ħajja.

3. Qisna naċċettaw biss il-mewt ta’ xi ħadd li qabeż ħafna numri. Hemm biss qisna ma ngħidux “jaħasra”. Hemm biss forsi nagħlqu għajnejna, anzi rriduha, għax hemm il-probabbiltà tal-agunija.

4. Quddiem dan, il-bniedem jieqaf u jirrifletti. Quddiem il-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-bniedem jidher li anqas biss beda. Ir-rivoluzzjoni ta’ ħsieb ma tistax tiġi kkalkulata. Ma tistax għax il-moħħ tal-bniedem irid jintelaq aktar u aktar fuq Triqtu biex jibda jidħol.

5. Kristu ġie biex imut. Ġie biex jgħaddi mill-passjoni. Il-ħruxija li bata ma kenitx aċċidentali; kienet intenzjonata. U, aktar u aktar, mhux biss, kien ħerqan li jmut kif miet.

6. Ħajja dedikata għall-proxxmu. Ħajja li l-kelma ‘altruwiżmu’ ma tfissirx biżżejjed is-sagrifiċċju u ċ-ċaħda ta’ kollox. U, ngħid jien, kif nista’ jirnexxili nimitak, Sidi, jekk moħħi biex nara kif se ngħix fit-tul u ma nbatix? Nitolbok, għallimni u ibdilni kif trid Int, u Int biss.

MA RRIDX NISTĦI NIMXI MIEGĦEK

1. Il-kejl tal-proxxmu minn ħutu jsir fuq irbit ta’ raġunijiet li huma għal kollox barra validi. Id-domanda ta’ dejjem hija waħda. Kif se tqis bniedem bħala wieħed li ħaqqu unur u l-kumpanija tiegħek.

2. Aktar ma jkollhom ilbies sabiħ, aktar ma jkollhom fwieħa, aktar ma jkollhom l-immaġini ta’ eroj ... iktar tara lil min irid jimxi magħhom. Jidher fil-pubbliku jħokk spalla ma’ spalla magħhom.

3. Aktar ma jkunu importanti, aktar ma jkollhom poter ... iktar tara nies jiġru warajhom. Nies jistennewhom, lesti li jservuhom.

4. Iżda min ma għandux, min mhux sinjur, min mhux meqjus tajjeb mill-oħrajn ... tarahom jinsewh. Tarahom jiskartawh. Tarahom jistmerruh. Jisħtuh. Qisu għandu l-pesta!

5. Id-dinja daret aktar minn darbtejn, iżda bqajna nqisu kollox minn barra. Il-Lhud kienu staqsew lil Sidna Ġesù Kristu kif kienet dik li s-sinjuri u l-puliti qegħdin fil-possibilità akbar mill-oħrajn li ma jmorrux il-ġenna. Kienu qalu: allura ħadd ma jista’ jidħol.

6. Bqajna l-istess. Bqajna naħsbu bħal-Lhud. Iżda l-verità hija oħra u hemm bżonn li ninbidlu. Aktar ma tkun ma’ min ma għandux u ma’ min ma huwa xejn quddiem għajnejn id-dinja, aktar tiskopri l-verità. Għax min m’għandux, jagħtik; u min għandu jiġi mgħallem li għandu jżommu għalih.

IMĦABBAR

1. Wasalna fi tmiem ir-Randan. Forsi wkoll, ma nagħrfux biżżejjed is-sens u l-għerf ta’ missirijietna li rabtuna ma’ tradizzjoni tant mimlija sustanza.

2. Sustanza li tidħol fiha u titpaxxa. Titpaxxa f’sens li tieħu pjaċir tiskopri dak li ma tafx. Qisek tħossok qed tinfirex fejn ġismek irid jinfirex.

3. Il-bniedem irid jitgħallem. Il-bniedem jitpaxxa meta jiltaqa’, jew aħjar, meta jħossu qiegħed jersaq lejn l-għerf. Iżda din ma hix illużjoni; hija verità.

4. Hemm min jifred il-verità mir-reliġjon. Min jaħseb li waħda m’għandhiex x’taqsam mal-oħra. Ifittex, iżda ma jafx jinterpreta tajjeb dak li moħħu jrid. Itih l-iżball. Itih il-firda ineżistenti tat-twemmin mill-verità.

5. Sidna Ġesù Kristu kien imħabbar li se jiġi. Imħabbar mhux biss fid-dettall kbir u ċar lil-Lhud, iżda wkoll lil diversi razez oħra. Iċ-Ċiniżi, il-Griegi, ir-Rumani kollha kitbu fuq Dak li għad jiġi. Kien imħabbar mhux biss lil-Lhud iżda wkoll lil oħrajn. Din hija l-verità miktuba.

6. Hija bluha li ma naċċettawx li dak li qegħdin infakkru seħħ fil-verità. Seħħ bi pjan Divin, u għalhekk il-mewt u l-qawmien Tiegħu mhumiex immaġinazzjoni, iżda verità.

15.10.26

ID-DIFENSUR PAWLIN

1. Wara l-aħħar artiklu, diversi kienu dawk li sabuni u wrewni li ma tantx kien għoġobhom. Fil-maġġoranza kienu ċittadini tal-Belt u r-Rabat, u persuni bl-isem ta’ Pawlu.

2. Quddiem tant protesti, fejn saħansitra qaluli li qed nipprova ngħolli lil San Stiefnu fuq dahar San Pawl, wieħed avukat qalli li kont legalment żbaljat għax ma tajtx smigħ xieraq lil San Pawl billi d-difiża tiegħu ma kontx smajtha.

3. U dan l-aħħar argument kien tassew validu. Lil San Pawl ma kontx tajt vuċi għad-difiża tiegħu. Dlonk ftakart li l-editur jismu Pawlu, u aktar u aktar fhimt kemm is-sitwazzjoni tiegħek kienet gravi.

4. L-illuminatur tiegħu San Franġisk de Sales (li kien daħħalni fil-basla tal-artiklu l-ieħor) bħad-dawl ta’ Damasku wasal għalija u f’ħakka t’għajn kont fhimt id-difiża ta’ Pawlu.

5. U nistqarr li San Pawl kundanna ma setax kellu għax il-liġi ta’ Kristu kien għadu ma jafx. Kien biss qiegħed jobdi l-ordnijiet, konvint b’ruħu u b’ġismu li kien strument tas-sewwa. Kif stajt jien nikkundannah? Il-liġi tagħna, quddiem dawn ir-raġunijiet, tinsisti fuq liberazzjoni. Nerġa’ ngħid, kif stajt nikkundannah?

6. San Pawl, fil-festa tiegħek nitolbok tipproteġina mis-segwaċi tiegħek u taħfirli jekk b’xi dawl ikrah oskurajtek, iżda nistqarr miegħek li jien ma naħti xejn. Kien biss San Franġisk li wżani. U dan ma nafx għalfejn.

KOMPLIĊI FID-DELITT

1. Mhux kull dnub huwa l-istess. Ta’ bnedmin li aħna, għarafna nagħżlu. Għarafna nagħmlu taraġ. Taraġ ibbażat fuq il-gravità tan-nuqqas.

2. Il-liġijiet tal-bnedmin ma jimxux id f’id ma’ dan it-taraġ. Anzi għandhom taraġ tagħhom. Il-piena tad-delitt hija l-metru tal-kejl ta’ dan.

3. L-omiċidju, il-qtil volontarju, intenzjonat, ta’ persuna umana huwa dnub tassew oħxon. Daqshekk ieħor huwa wkoll l-ogħla fost id-delitti fil-liġijiet tal-pajjiż.

4. Anzi l-liġi tagħna hija iktar iebsa fuq dawk li b’xi mod jgħinu biex iseħħ id-delitt. Jgħinu sija b’għajnuna fiżika, sija b’għajnuna morali. Tant hu għoli l-grad li dan jista’ jseħħ ukoll b’omissjoni. Billi ma twaqqafx lil dak li stajt twaqqaf.

5. U San Stiefnu, wara li xerred il-verità, sab ruħu mħaġġar. Dan ma kienx qatel, anqas ma kien dineb. Għażlu li joqtluh għax widnejhom ma felħux jisimgħu kliem is-sewwa.

6. Ħdejn id-delitt, il-kompliċi Pawlu nxteħet iserraħ moħħ il-ħaġġara li ħadd ma kien se jisirqilhom ħwejjiġhom. U dan sabiex jimmiraw tajjeb u bil-qalb.

7. Bil-qalb u lejn il-qalb. Iżda minn dik il-qalb imġarrfa ma ħariġx imrar. Ħarġet biss ix-xmara kbira ta’ mħabba. Ta’ tant qawwa li t-talba tal-martri, sabiex dak id-dnub ma jitniżżilx fuq il-kont tal-kompliċi fid-delitt, seħħet. Mhux biss, iżda dik il-qawwa kienet tali biex biddlet il-kompliċi fl-akbar qaddis.


IL-WERRIET JIBQA' WERRIET

1. Waħda mill-isbaħ parabboli hija żgur dik tal-iben prodigu. Diversi drabi aħna l-bnedmin niġu ttentati. Ix-xitan iħawwad fina s-sentiment tal-għira.

2. Ir-Rumani għallmu dejjem li min ikun werriet, jibqa’ werriet. Min ma huwiex, jibqa’ barra. L-istess min ikun talab sehmu qabel.

3. Il-kliem li l-missier jgħid lil ibnu hekk kif jaslu mill-għalqa huma kollha rifless ta’ dan kollu. Dak l-iben jgħidlu li huwa dejjem kien serv fidil iżda qatt ma ġie ppremjat, mentri ħuh, li minn dan ma kienx, kien qed jiġi onorat.

4. Il-missier iwieġeb li dak kollu li hemm huwa tal-iben. U dawk il-kliem diversi drabi jżommuni naħseb. Dan għax fil-ħajja tagħna mhux l-ewwel darba li nisma’ minjgħid li aħjar jekk tkun ħażin u tagħmel kemm tiflaħ ħmerijiet għax ser tkun rebbieħ. U dan is-sentiment ta’ għira li tipprova tiġi mkebbsa hija biss ħolma żbaljata.

5. Dan għax ulied is-sewwa jibqgħu dejjem werrieta tal-ġid tal-Missier. U, għalkemm ma jiħdux it-tgawdija tiegħu qabel ma jirtu, jibqgħu dejjem il-werrieta tiegĦu. Dawk li se jgawdu mis-sewwa tiegĦu se jgawdu sal-aħħar taż-żminijiet u għandhom aktar mertu minn dawk li jberbqu.

AVUKAT, IŻDA DEJJEM NISRANI

1. Illum il-ġurnata għandna għal qalbna d-demokrazija. U magħha għandna wkoll l-opinjoni pubblika, li hija l-essenzjal fid-demokrazija.

2. Iżda dan waħdu ma jfissirx li l-opinjoni tal-pubbliku hija dejjem tajba. Hemm min jaħseb li din hija r-regola, li fuq din għandek timxi u lil din għandek togħġob.

3. U, għalhekk, diversi drabi wieħed ma jkunx jista’ jifhem li bejn x’jgħidu n-nies fuqu u x’għandu jagħmel huwa hemm baħar. Baħar imqalleb ta’ ħsieb li wieħed irid jaqsam biex iwassal lilu nnifsu għat-tajjeb.

4. Mhux l-ewwel darba li wieħed jimmaġina li, għax huwa professjonista ta’ ħaġa jew oħra, dik il-professjoni waħedha tippermettilu jagħmel ħwejjeġ li huma fihom infushom ħżiena. Li jista’ jagħti pariri kontra s-sewwa jew li huwa jagħmel kontra dan għax ixidd xi ġilda oħra. U li għandu jagħti widen lil x’taħseb l-opinjoni pubblika.

5. Il-baħar tal-qasma huwa tassew imqalleb, u bejn il-prattika u d-deċiżjoni meħuda fil-mument il-possibilità tal-għarqa hija kbira. Inżomm biss mad-dawl tal-fanal li ma’ kull dawra jfakkarni lijien l-ewwel Nisrani u wara avukat.





 


28.4.26

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?


16/04/2026


ONOR. OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35816.


Seduta Numru 457

22/04/2026


ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35816. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?


16/04/2026


ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol jinkludi tibdil ta’ partijiet tal-main tal-ilma fejn instab fi stat deterjorat, tibdil tas-servizzi tal-ilma, tibdil tal-bankini u resurfacing ta’ dawn it-toroq.


Seduta Numru 457

22/04/2026


PUNTI XEJN QOSRA

1. Hemm mumenti meta wieħed jifhem li m’għandux jaqta’ qalbu li hemm dawl, hemm futur, hemm tama. Jista’ jiltaqa’ ma’ bnedmin varji f’ħajtu. Jista’ wkoll jisma’ diskorsi ta’ direzzjoni. Dawk li huma mimlija b’sens u sustanza fl-għerf li jkun hemm ġewwa fihom. Taqrahom biċċa biċċa u tifhem kemm dak li kull kelma, kull sentenza fihom għalik x’tgħarbel. Hekk rajt u ħassejt dan nhar il-25 ta’ April li għadda, meta fil-Vatikan, waqt li l-Papa Ljun XIV kien qiegħed jindirizza ġabra kbira u sabiħa ta’ deputati u rappreżentanti tal-Partit Popolari Ewropew. Minn dak li stajt nara ntlaqa’ tajjeb, ċertament minn dawk li kienu preżenti. Il-kelma t-tajba għandha fil-fatt tqanqal. Imma kemm għadha tmexxi ’l quddiem lill-bniedem fl-azzjoni, dik trid proċess iktar fond, iktar elaborat.

Ktieb

2. Dan il-mument sabni waqt li kont qiegħed naqra l-ktieb ta’ Domenico Agasso (1979), ġurnalist mal-gazzetta Taljana La Stampa. Wieħed ippubblikat f’Mejju tas-sena li għaddiet. Iddedikat u bit-titlu Leone XIV. Il Papa Venuto Per La Pace. Mimli b’informazzjoni u li jfehemna aħjar min huwa dan il-papa l-ġdid. Dan il-membru tal-Ordni Agostinjan, Robert Francis Prevost. Imwieled fl-Istati Uniti tal-Amerika imma li għamel snin twal bħala missjunarju u li wara sar ukoll ċittadin tal-Perù. Dalwaqt, fit-8 ta’ Mejju, jum il-festa tal-Madonna ta’ Pompei, ikun diġà ilu sena fil-kariga. Imexxi, kif qed naraw, b’intelliġenza kbira. Nafu li kliemu tant qed jolqot il-kuxjenza li saħansitra hemm mexxejja li jħossu li huwa fl-interess tagħhom li jattakkawh personalment. Proprju f’dan il-kuntest attwali li dan id-diskors ħaqqu attenzjoni.

Djalogu

3. Ngħid dan iktar fil-kuntesst tal-fatt li tul dawn is-snin inħoss li fortunatament kellna preżenza politika ta’ bnedmin iffurmati fid-Demokrazija Kristjana. Il-Papa jindirizzana llum, lilna li aħna, u li għadna nemmnu fil-benefiċċju ta’ din il-linja politika għall-ġid komuni tal-bnedmin fis-soċjetà. Fl-apprezzament li l-PPE jirrikonoxxi l-għeruq tal-għeruq Insara tagħna. Ifakkarna li aħna wlied dawk li bnew l-Unjoni Ewropea: Adenauer, De Gasperi u Schumann. F’dak li fil-valuri etiċi Nsara bnew proġett prattiku sabiex wieħed jaħrab mill-ġdid il-kunflitt li t-Tieni Gwerra Mondjali ġiebet. Fakkarna mill-ġdid li b’dan l-ideal nistgħu nibnu koperazzjoni u niskopru mill-ġdid u fis-sħiħ dak li rċevejna mingħand ta’ qabilna fid-dimensjonijiet umani, kulturali u reliġjużi fis-sekli. F’dawk li nikkunsidraw dawn bħala l-prinċipji, il-pedamenti komuni ta’ għaqda fil-fidi personali tagħhom lilna.

Unità

4. Il-Papa ċċita mill-ġdid il-kliem ta’ Papa Franġisku: “Unity is greater than conflict” (L-unità hija akbar mill-kunflitt). Fi proċess ta’ direzzjoni sabiex iqawwi qalb politiċi Nsara u fl-istess ħin sabiex jagħtihom skop u direzzjoni mġedda. Fih hemm siltiet twal li jimmeritaw attenzjoni u li jiġu ċċitati. Waqt li jfakkarna li l-politika hija “... the highest form of charity” jikteb sabiex inkunu iktar lesti naħdmu b’kuraġġ, determinazzjoni u perseveranza lejn il-ġid komuni. Huwa qal hekk: “The primary task of any political action is to offer the ideal vision, for politics require a broad view of the future, without fearing to make differenti and even unpopular choices when necessary for the common good.” (L-ogħla ħidma ta’ kull azzjoni politika hija li toffri viżjoni bażata fuq ideal, għax il-politika titlob ħarsa fit-tul lejn il-futur, mingħajr ma tibża’ twettaq għażliet differenti li jistgħu wkoll ma jkunux popolari iżda neċessarji għall-ġid komuni.)

Il-Bniedem fiċ-Ċentru

5. Ifakkarna aktar fil-bżonn li niftakru li fil-verità u l-ġustizzja, il-persuna uman għandha tkun fiċ-ċentru ta’ ħidmietna. Fejn irridu nifhmu li l-politika t-tajba tirnexxi fid-direzzjoni tagħha meta din tinvolvi lil dawk li nirrappreżentaw. F’politika parteċipattiva, fl-għarfien li kull ċittadin huwa bniedem u mhux biss numru, individwu. Ifakkarna tant tajjeb hekk, u aħfruli jekk ser niċċitah fit-tul, imma jimmerita: “They are not merely passive recipients of political proposals and decisions; they are, above all called to be active participants sharing responsibility for every political decision. Being present among people and involving them in the political proċess is the best antidote to populism, which seeks only easy approval, and to elitism which tends to act without consensus.” (Il-bnedmin mhumiex sempliċement oġġetti passivi tal-proposti jew deċiżjonijiet politiċi; huma fuq kollox imsejħa sabiex ikunu parteċipanti attivi li jaqsu r-responsabbiltà għal kull deċiżjoni politika. Li wieħed ikun preżenti man-nies u li jara li jinvolvihom fil-proċess politiku huwa l-aqwa rimedju kontra l-populiżmu, dak li jfittex biss l-approvazzjoni faċli u kontra l-elitiżmu li jtendi jaħdem mingħajr il-kunsens tal-bnedmin.)

Direzzjonijiet

6. Il-linja tal-ħsieb ċar tal-Papa hija dik bażata fuq il-politika t-tajba. Hija dik li tinsisti sabiex ikun hemm lura dak il-kuntatt personali bejn iċ-ċittadin u r-rappreżentant tiegħu. Dan fil-bżonn li fid-demokraziji tagħna, id-deputati jwieġbu b’mod effettiv għall-problemi konkreti tal-bnedmin fid-dawl ta’ dan l-ideal. Fil-linja li ġġib lura lill-persuni umani billi wieħed jersaq lejhom b’mod konkret u f’dan li tinbena xibka ta’ relazzjonijiet mibnija mill-ġdid għall-ġid. Waħda li trid il-ħin, l-impenn, proġetti fejn l-imħabba lejn il-verità hija ċentrali. Huwa jimbuttana, bħala politiċi u l-iktar bħala politiċi Demokristjani, li niskopru mill-ġdid il-wirt Nisrani. Fejn insiru xiehda Nsara fi proposti u għażliet politiċi konkreti, fejn inħallu l-Vanġelu jmexxina fid-deċiżjonijiet li jkunu jridu jsiru.

Ninvestu fil-Libertà

7. Lejn l-aħħar tad-diskors, il-Papa jittratta l-kwistjoni tal-libertà. Dik li spiss tiġi invokata, użata, u l-iktar, abbużata. Fejn il-kunċett veru tagħha qiegħed jitwarrab fl-linji ta’ materjaliżmu. Fejn taħt dan wieħed jipprova jiġġustifika l-abort jew l-ewtanasja. Fil-libertà toħnoq il-ħajja u għalhekk il-libertà ta’ oħrajn. Ljun XIV immarka dan il-punt waqt li kien qiegħed jindirizzana, aħna li niffurmaw parti mill-Partit Popolari Ewropew proprju għax aħna Demokristjani. Huwa jiddikjara tant tajjeb hekk: “... not a trivialised freedom reduced to mere personal preferences, but one rested in the truth, which safeguards religious freedom, as well as freedom of thought and conscience in every place and circumstance. At the same time, fostering a “short-circuit of human rights” must be avoided, for it ends up giving way to force and to oppression.” (Mhux libertà trivjalizzata, mċekkna biss għall-preferenzi personali, imma waħda bbażata fuq il-verità, li tipproteġi u tiggarantixxi l-libertà reliġjuża kif ukoll il-libertà tal-ħsieb u kuxjenza f’kull post u ċirkostanza. Fl-istess ħin, li tħajjar “ċirkuwitu qasir ta’ drittijiet umani” li għandu jiġi evitat, għax dan fl-aħħar jagħti lok għall-forza u l-oppressjoni.)

Brief Points

8. Dan id-diskors sar bil-lingwa Ingliża lill-udjenza li setgħet tifhmu sew. Imma għal min jinteressah, it-traduzzjoni tiegħu bit-Taljan hija daqstant ieħor stupenda. Ovvjament, il-portata ta’ dan id-diskors hija qawwija ħafna għal min jidħol sewwa fih, anki jekk skont hu jirrappreżenta biss punti qosra; punti ta’ tluq għar-riflessjoni lil dawk li jaħdmu fid-dinja diffiċli tal-politika. M’hemmx dubju li l-bniedem jaf sewwa x’inhuwa jgħid u kliemu jolqtok sabiex tissoda u tkabbar dak li tkun qed twettaq. Inħarsu ’l quddiem fis-snin li ġejjin. Inħarsu, anzi, lejn dak li għad irid jgħidilna, speċjalment fil-Parlament Ewropew innifsu, fejn ser ikun qiegħed jindirizza lill-membri ta’ partiti politiċi differenti. Ċert li ser ikun daqshekk ieħor determinanti u interessanti. F’dan kollu napprezzaw li dawn huma punti qawwija li huma kollox barra qosra.

BELT, VALLETTA – KNISJA TA’ SANTA BARBARA

35823. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092 dwar ir-restawr tal-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid xi programm ta’ restawr ġie mressaq?


16/04/2026


ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34092.


Seduta Numru 458

23/04/2026


IL-GUDJA – PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

35822. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità tal-Gudja?


16/04/2026


ONOR. JO ETIENNE ABELA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35819.


Seduta Numru 458

23/04/2026


RAĦAL ĠDID – PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

35821. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?


16/04/2026


ONOR. JO ETIENNE ABELA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35819.


Seduta Numru 458

23/04/2026


IŻ-ŻEJTUN – PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

35820. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità taż-Żejtun?


16/04/2026


ONOR. JO ETIENNE ABELA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35819.


Seduta Numru 458

23/04/2026


ĦAL TARXIEN – PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

35819. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34084, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tal-problema tal-ħamiem fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien?


16/04/2026


ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji jitħabbru fil-ħin propizju.


Seduta Numru 458

23/04/2026


ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35818. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq Nazzarenu, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid u kemm ser jiġu jiswew?


16/04/2026


ONOR. MIRIAM DALLI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.


Seduta Numru 458

23/04/2026


IL-KALKARA - BIGHI - XOGĦLIJIET

35789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31333, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru sabiex tiġi ffinalizzata l-parti ta’ Bighi msemmija fl-istess tweġiba u xi żviluppi kien hemm biex terġa’ tiġi lura f’postha?


15/04/2026


ONOR. OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.


Seduta Numru 457

22/04/2026


KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...