15.3.19

RAĦAL IL-ĠDID - DELITTI RAPPURTATI




9172. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa
lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal  ħames mija u tmienja u tletin (538). Minn dawn mija u tmienja u tletin (138) kienu każijiet ta’ serq.

Seduta  206
12/03/2019

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...