9041. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar tul is-sena li
għaddiet, kemm intnefaq s’issa u x’se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff
ġewwa Raħal Ġdid?
18/02/2019
ONOR. KONRAD
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru
sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff.
· Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-baseli jinkludi fih is-servizzi
kollha neċessarji ta’ dawl u ilma.
· Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar
minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’
fil-wied.
· Ġiet mibnija ukoll pump
roombil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija
tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru.
· Saru żewġ water
features -waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment
tat-tfal.
· Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
· Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija
ġdida, kif ukoll 75 siġra u 3000 pjanti ġodda.
· Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’
irrigazzjoni, bankijiet, bike racksu
kontenituri tar-reċiklaġġ.
· Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinaliżżata
l-installazzjoni ġdida tad-dawl, kif ukoll iż-żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal.
S’issa, in-nefqa totali hija
ta’ madwar €670,000.
Seduta 201
25/02/2019