1.12.17

SKEJJEL PRIMARJA TAL-FGURA – ĦALIB GĦAT-TFAL


 
2521. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-iskejjel Primarji tal-Fgura mhux qed jirċievu ħalib għat-tfal?

20/11/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li bħalissa mhux qiegħed jingħata ħalib fl-iskejjel msemmija. Bħal ħafna skejjel oħra f’Malta, l-iskola qed issegwi d-direzzjoni mogħtija skont l-iskema l-ġdida ta’ frott, ħaxix u ħalib.  Skont l-Agriculture and Rural Payments Agency, l-iskema ser tidħol fis-seħħ lejn l-aħħar ta’ Novembru bidu ta’ Diċembru.

Seduta  57
27/11/2017

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...