5.12.17

AMBAXXATI.


 
2650. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-raportaġ li deher fil-gazzetta ‘L-Orizzont’ tat-23 ta’ Novembru 2017 meta l-Ministru ġie rraportat li qal “Bħala Ministeru qed nikkonsidraw internament li noħolqu struttura biex nimmaniġġjaw aħjar l-Ambaxxati u r-residenzi tagħna barra”, jista’ għaldaqstant l-Ministru jgħid bil-preċiż x’passi beħsiebhom jittieħdu?

24/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jippjana li jkollu struttura li tkun responsabbli għall-proprjeta` tal-Gvern Malti barra l-pajjiż li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Il-proprjetà tkun tinkludi kemm l-Ambaxxati, il-Konsulati kif ukoll ir-Residenzi ta’ l-Ambaxxaturi. Din l-istruttura tkun responsabbli kemm għal bini tal-Gvern kif ukoll għall-proprjeta` mikrija lill-Gvern.

Il-Pjan huwa illi l-bini tal-gvern ikun miżmum fl-aħjar kundizzjoni possibbli, filwaqt li isir l-aħjar użu possibbli mill-ispazju li jkun qed isir investiment fih.

Sabiex dan kollu jsir hemm il-ħtieġa li jsiru deċizjonijiet minn żmien għal żmien ta’ natura teknika finanzjarja taħt immaniġjar professjonali u bl-aktar effiċjenza possibbli.

Seduta  58
28/11/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...