18.2.14

KAŻIJIET TA' DIVORZJU.



7777. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il każ ta' divorzju ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi? Jista' jindika  dan skont il-proċeduri partikolari li jistgħu jiġu segwiti? Jista' jindika kemm minnhom ġew deċiżi?
07/02/2014

ONOR. JOSEPH MUSCAT: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7777:

Qorti ta’ Malta

Rikorsi ppreżentati wara li kien hemm ġja separazzjoni legali

Data tal-Preżentata
Rikorsi
Deċiżi
Pendenti
2011
222
217
5
2012
442
427
15
2013
339
224
115
2014*
23
NIL
23


Rikorsi ippreżentati meta l-partijiet ma kienu legalment separati u għalhekk ikunu jridu jgħaddu għall-Medjazzjoni





Data tal-Preżentata
Stadju ta’ Medjazzjoni
Deċiżi
Pendenti
2011
7
7
NIL
2012
16
16
NIL
2013
13
9
4
2014*
2
1
1


Rikorsi Ġuramentati ppreżentati wara li l-medjazzjoni tkun falliet:

Data tal-Preżentata
Kawżi wara Medjazzjoni
Deċiżi
Pendenti
2011
NIL
NIL
NIL
2012
NIL
NIL
NIL
2013
4
NIL
4
2014*
NIL
NIL
NIL


* sal-31/01/2014


Qorti ta’ Għawdex

Minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi, kien hemm 37 każ ta’ divorzju preżentat fil-Qorti ta’ Għawdex. Dawn jinkludu rikors wieħed fejn intalab id-divorzju fejn il-koppja kienet għadha miżżewġa u l-bqija huma ka¿ijiet fejn il-partijiet kienu ġia separati legalment jew inkella huma/kienu għaddejjin minn kawża ta’ separazzjoni personali u fil-mori tal-istess intalab, u l-Qorti laqgħet it-talba, li l-każ ikompli għall-otteniment ta’ divorzju.

Fl-istess perijodu ġew deċiżi 31 każ ta’ divorzju.



Seduta 120

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...