22122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru
għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma
l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?
04/10/2021
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
22122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru
għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma
l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?
04/10/2021
22121. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura
u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru
f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?
27/08/2021
ONOR. IAN
BORG: Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta
bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser
li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet
il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti
ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajji¿na u filwaqt li baqgħet
għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq
oħrajn.
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.
It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li għadhom kemm tlestew u x-xogħljiet li saru fiha biex inbniet mill-ġdid kienu jinkludu bdil u żieda tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunkazzjoni, bini ta’ bankini ġodda, tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.
Seduta 491
04/10/2021
22118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’
l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-titjiriet li kienu skedati li jibdew mis-16
ta’ Awwissu għal Lourdes mill-Air Malta humiex ser isiru u jekk fin-negattiv,
jista’ jindika x’wassal għall-kanċellazzjoni tagħhom?
26/08/2021
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma
kkanċellat l-ebda titjira pjanata għall-Lourdes mid-data ta’ 16 ta’ Awwissu
2021.
L-Air Malta kellha offerta
mingħand aġent tal-ivjaggar /operator Malti ta’ ġiti sabiex jikri ajruplan tal-Air Malta f’każ li dan
aġent/operatur ikollu bżonn iwassal il-klijenti tiegħu lejn Lourdes, u lura.
L-istess operatur avża
lill-Air Malta fit-30 ta’ Lulju li ma kellux biżżejjed domanda u konkorrenza
għal dak il-pakkett ta’ ġita li kien qed joffri lill-pubbliku. Għaldaqstant talab lill-Air Malta biex ikun
rilaxxat minn dak il-pjan u programm ta’ titjiriet li kien talab.
F’dan il każ l-Air Malta ma
kellha l-ebda interess ta’ bejgħ, peress li din ir-rikjesta ġiet diretta
mingħand l-aġent/operatur.
L-Air Malta m'ghandha l-ebda
ħsieb li tinkludi titjiriet lejn Lourdes fl-iskeda tagħha.
Seduta 491
04/10/2021
22100. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: In
vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early
Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa
ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età
tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u
l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol
ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet
relattivi u jittieħdu l-miżuri finanzjarji relattivi biex persuni f'din
is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
03/08/2021
ONOR. CLYDE
CARUANA: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi
l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 491
04/10/2021
22099. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early
Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa
ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età
tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u
l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol
ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet
tax-xogħol, biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu
xorta b'xogħol iddikjarat?
03/08/2021
ONOR. CARMELO
ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel
il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 491
04/10/2021
22098. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja
Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: In vista tal-fatt li persuni li
joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu
l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew
jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk
persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta'
61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’
l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex
persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol
iddikjarat?
03/08/2021
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn
fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel
l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-
irtirar.
Jista’ jagħti l-każ li dak li
qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi
ta’ Early Retirement, liema
kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.
Seduta 491
04/10/2021
22144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ġie approvat krematorju f’Raħal Ġdid?
07/09/2021
ONOR. CHRIS
FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġiet
approvata l-ebda talba għal krematorju sa issa.
Seduta 492
05/10/2021
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...