1.5.22

FGURA – TRIQ SAN PIETRU - XOGĦLIJIET

 

 

 

22121. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?

 

27/08/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajji¿na u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. 

Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.

It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li għadhom kemm tlestew u x-xogħljiet li saru fiha biex inbniet mill-ġdid kienu jinkludu bdil u żieda tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunkazzjoni, bini ta’ bankini ġodda, tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

 

Seduta  491

04/10/2021

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...