22118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’
l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-titjiriet li kienu skedati li jibdew mis-16
ta’ Awwissu għal Lourdes mill-Air Malta humiex ser isiru u jekk fin-negattiv,
jista’ jindika x’wassal għall-kanċellazzjoni tagħhom?
26/08/2021
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma
kkanċellat l-ebda titjira pjanata għall-Lourdes mid-data ta’ 16 ta’ Awwissu
2021.
L-Air Malta kellha offerta
mingħand aġent tal-ivjaggar /operator Malti ta’ ġiti sabiex jikri ajruplan tal-Air Malta f’każ li dan
aġent/operatur ikollu bżonn iwassal il-klijenti tiegħu lejn Lourdes, u lura.
L-istess operatur avża
lill-Air Malta fit-30 ta’ Lulju li ma kellux biżżejjed domanda u konkorrenza
għal dak il-pakkett ta’ ġita li kien qed joffri lill-pubbliku. Għaldaqstant talab lill-Air Malta biex ikun
rilaxxat minn dak il-pjan u programm ta’ titjiriet li kien talab.
F’dan il każ l-Air Malta ma
kellha l-ebda interess ta’ bejgħ, peress li din ir-rikjesta ġiet diretta
mingħand l-aġent/operatur.
L-Air Malta m'ghandha l-ebda
ħsieb li tinkludi titjiriet lejn Lourdes fl-iskeda tagħha.
Seduta 491
04/10/2021
No comments:
Post a Comment