18.3.20

QRATI TA’ MALTA U GĦAWDEX – SENTENZI SOSPIŻI





13383. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex fejn il-piena kienet sentenza sospiża, tul is-sena li għaddiet?

09/03/2020

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ingħataw 258 sentenza sospiza fil-Qorti ta’ Malta. Filwaqt li fil-Qorti Maġistrati ta Għawdex kien hemm 8 sentenzi sospizi fis-sena 2019.

Seduta  311
17/03/2020

PALAZZ TAL-INKWIŻITUR - ŻJARAT




13382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur tul is-sena 2019 kien jammonta għal 38,626.

Id-dħul finanzjarju ammonta għal €178,019.67 Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees.

L-Ispejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €127,257.06. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.

Seduta  311
17/03/2020

16.3.20

QRATI TA’ MALTA U GĦAWDEX – SENTENZI TA’ PROBATION ORDER





13381. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex tul is-sena li għaddiet?

09/03/2020

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 kien hemm 178 sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Malta u 6 sentenzi ta’ probation order fil-Qrati ta’ Ghawdex.

Seduta  310
16/03/2020


ĊENTRU TA' DETENZJONI - PERSUNI





13380. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13105 jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni?

09/03/2020

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Seduta  310
16/03/2020

CHILDREN’S ALLOWANCE – TFAL REĠISTRATI





13379. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s Allowance?

09/03/2020

 ONOR. MICHAEL FALZON: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Seduta  310
16/03/2020

ĦAL TARXIEN – TRIQ ANNUNZJATA U TRIQ IS-SORIJIET - TIBDIL FIT-TABELLI

 13378. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li se jittieħdu passi f’dan ir-rigward u se tkun qed titwaħħal tabella biex ma jkunx jista’ jsir tidwir fuq il-lemin (no turning right).

Seduta  310
16/03/2020

ĦAL TARXIEN - TRIQ L-ISQAJJAQ - DAWL U SLEEPING POLICEMAN




13377. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing tiġi mixgħula filgħaxija billi l-istess triq tara użu minn diversi tfal, kif ukoll jiġi introdott sleeping policeman biex jikkalma t-traffiku?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li jikkonferma li fi Triq l-Isqajjaq hemm zebra crossing u għadha ma ġietx mixgħula u għadha ma saritx sleeping policeman peress li ser tinqala’ t-triq.

Wara li jsir ix-xogħol meħtieġ,ż-zebra crossing se tiġi mixgħula kif ukoll issir is-sleeping policemen.

Seduta  310
16/03/2020

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...