2.7.25

FIL-KUNVENTI HEMM ID-DAWL

1. Iktar ma tersaq lejhom iktar tagħraf. Tifhem id-dinamika interna ta’ bnedmin li jgħixu flimkien b’ħajja dedikata għall-missjoni u vokazzjoni unika. Kif jgħixu, kif jitolbu, kif jaħdmu lkoll flimkien. X’jiddiskutu bejniethom u ma’ dawk li jmorru jitolbu parir jew jiftħu qalbhom magħhom. Fil-qalb miftuħa u l-ferħ kontinwu waqt li jaħdmu għall-oħrajn. Dawk li għandhom motto ċar ħafna li huwa marbut mal-messaġġ li San Pawl jagħti: “U intom, ħuti, agħmlu l-ġid bla qatt ma tegħjew.” Diversi, fil-fatt jagħrfu dan, u minkejja dak li jingħad għadhom ifittxu l-opinjonijiet ta’ dawn il-bnedmin, patrijiet u sorijiet. Gwida sabiex jifhmu dak li għaddejjin huma personalment minnu. Wens fil-kumplikazzjonijiet tal-ħajja, fit-traġedji li jaħbtu ħabta u sabta. Diversi drabi f’sitwazzjonijiet li fihom wieħed ma jifhimx għala sab ruħu f’pożizzjoni fejn qiegħed isofri inġustizzji. Imma jifhem li għandu jibda proċess ta’ fejqan lura.

Hemm direzzjoni

2. Fir-realtà, iktar ma jgħaddi żmien iktar wieħed jifhem li hemm dawl ta’ għerf uman mibni sija fuq snin ta’ esperjenzi umani, kif ukoll ta’ tagħlim. Hemm formazzjoni personali unika li tingħata lill-oħrajn bl-iktar mod miftuħ u attent. Tmur meta tmur f’kunvent issib għaddejja kontinwament attività għas-sewwa. Hemm direzzjonijiet li tista’ taqbad għalik innifsek bil-pariri tagħhom. Dawk indikati sabiex tagħmel ħajtek aħjar. Waħda iktar rilevanti u li tagħtik iktar dożi tajba fl-iskop u s-sens tal-ħajja. Ħafna bnedmin isibu ruħhom jgħaddu minn ħafna fil-ħajja mingħajr ma jifhmu dak li qed iġarrbu u li fil-fatt, minkejja dan, jistgħu jgħixu aħjar. Proċess xejn faċli, iktar u iktar fis-soċjetà tagħna li qegħda tnessi u twarrab dan l-għerf li ġie għalina fis-sekli ta’ esperjenza.

Anselm Grum (1945)

3. Ġie aktar dan f’kitbet dan il-bniedem. Dan il-patri Benedittin Ġermaniż, li din is-sena għalaq tmenin sena. Persuna mimlija għerf, esperjenza umana u reliġjuża. Wieħed li kiteb diversi kotba mill-isbaħ u mimlija b’riflessjonijiet sbieħ. Ilkoll fil-lingwa Tedeska fl-oriġinali biss, li jien irnexxieli nsib u naqra fit-traduzzjoni bl-Ingliż. Għalkemm huwa magħruf tant li l-kotba tiegħu nqalbu f’ħamsa u sittin lingwa oħra. Bniedem li minn meta kellu dsatax-il sena għex ħajtu fl-Abbazija ta’ Munstershwarzah, ħdejn Wurzburg, apparentement maqtugħ mid-dinja, imma fil-fatt kitbietu juru l-kontra. Kellu l-kariga ta’ ‘cellarer’, il-bniedem li naħseb li bħall-gwardjan tagħna jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-abbazija. Li jara l-bżonnijiet tal-bnedmin u dak kollu li jinsab hemm biex jiġi kkurat u meħud fl-attenzjoni umana li jixraq. Ospitalità li dawk li jgħixu hemm u dawk li jmorru jinvistaw u jqattgħu ftit jiem miġbura fit-talb fis-sejħa sabiex ħajjithom tkun aħjar.

Ktieb interessanti

4. Fl-aħjar tiegħu kellu taħtu madwar tlett mitt impjegat u persuni li kien responsabbli għalihom. F’dan proprju sibt li kiteb ktieb speċjali flimkien ma’ Jochen Zeitz (1963), li għalkemm illum huwa s-CEO tal-Harley Davidson, dak iż-żmien kien manager mad-ditta PUMA. It-titolu, li jgħid ħafna dwaru, huwa: The Manager and the Monk (A discourse on Prayer, Profit and Principles (2010). Fih hemm riflessjonijiet mill-isbaħ dwar ħidmiethom it-tnejn fl-amministrazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet li kull organizzazzjoni kbira titlob biex tibqa’ għaddejja. Id-diversi bnedmin li jinsabu fin-negozju jew segwaċi tal-management ma jagħmlux ħażin li jixtruh u jaqrawh, u jien ċert li minnu jitgħallmu ħafna. Direzzjonijiet u riflessjonijiet sbieħ li jqegħdu f’perspettivi differenti dak li bnedmin bħal Peter Drucker (1909-2025) qalu u kitbu.

X’jgħidu

5. Flimkien, huma jgħidu ħafna, imma fost oħrajn u indikattiv hekk fil-bidu: “We were aware that the missions and goals of our organizations and our lifestyles were worlds apart; this is exactly what drew us together. As people – and as authors – we were initially surprised and intrigued to find that there is more that unites us that divides us. We both wish to protect the environment, improve society, and employ sustainable methods, both within our ‘companies’ and beyond. As managers, we must learn to conduct business without harming people or the environment. As spiritual beings, we look for ways to find ourselves and create more unity without losing sight of the need for efficient management.” (Għarafna li l-missjonijiet u l-għanijiet tal-organizzazzjonijiet u l-istil ta’ kif ngħixu kienu differenti ħafna minn xulxin; u kien proprju dan li ġiebna flimkien. Bħala bnedmin, u kittieba, fil-bidu konna sorpriżi u nteressati meta sibna li kien hemm ferm iktar x’jgħaqqadna milli jifridna. It-tnejn nixtiequ nipproteġu l-ambjent, naħdmu għal soċjetà aħjar u nużaw metodi sostenibbli, kemm fil-‘kumpanniji’ tagħna u iktar. Bħala managers għandna nitgħallmu mmexxu l-ħidma tagħna mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-bnedmin u lill-ambjent. Bħala bnedmin spiritwali nfittxu toroq li permezz tagħhom insibu lilna nfusna u noħolqu iktar unità mingħajr ma nneħħu l-ħarsa tagħna minn fuq il-bżonn li jkollna immaniġġjar effiċjenti).

Inqalbu

6. It-tnejn imxew iktar ’il quddiem għaliex Zeitz mar jgħix għal xi żmien fl-Abbazija: “... where he was able to find peace and see his world from a different point of view and where many things fell into perspective.” (... fejn seta’ jsib il-paċi u jara d-dinja minn lenti differenti u fejn diversi ħwejjeġ ġew fil-perspettiva korretta tagħhom.) Mentri Grum mar fil-kumpannija PUMA jifhem kif taħdem, espost għad-dinja tal-kummerċ fil-kumplessità tagħha. Il-ktieb fil-fatt jiftaħ orizzonti ġodda, u fl-istess waqt jipprova l-argument li bdejt bih. Il-bnedmin fil-kunventi huma mimlija b’abbiltajiet li mhumiex evidenti, salv għal dawk li jiltaqgħu magħhom. Hemm minn jikkundanna, jiddisprezza u ma jikkunsidrahomx, mentri fil-fatt, hemm dawl mill-isbaħ.

Finali

7. Wara ħafna diskussjonijiet mill-isbaħ, fi kliem Grun, il-ktieb jagħlaq hekk: “Mr Zeitz, you and I are stamped by this hope in the same way. We see the world realistically, but we refuse to look at it with dark glasses. We see it through the glasses of confidence and hope.” (Sur Zeitz, int u jien ninsabu magħġuna l-istess f’din it-tama. Naraw id-dinja b’mod realistiku imma nirrifjutaw li nħarsu lejha minn wara lenti skura u sewda. Narawha mil-lenti ta’ kunfidenza u tama.) Id-dinja ta’ madwarna għandha bżonn tikber fit-tama u tagħmel kuraġġ. Hemm triq ’il quddiem li għandna nieħdu sabiex ikollna dinja aħjar. Waħda li dawk fil-kunventi kapaċi jagħtuna ferm iktar milli naħsbu. Dan għax fil-kunventi hemm id-dawl.

ĦAL TARXIEN - TRIQ L-ISQAJJAQ

29441. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29298 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26886 dwar kemm ilha ma tiġi miżbugħa ż-Zebra Crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ġiex esegwit?

 

26/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-marki imsemmija ġew miżbugħa tliet xhur ilu.

 

Seduta  361

30/06/2025

BORMLA - PJAZZA GAVINO GULIA - TISWIJA TA’ ĊANGATURA

29440. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29297 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26963 dwar jekk huwiex possibbli li ċ-ċangatura fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla tissewwa qabel il-purċissjoni tal-Irxoxt, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit programm tax-xogħol billi l-istess sejra iktar lura?

 

26/06/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-bidu ta’ Ġunju saret żjara fuq il-post flimkien mad-Direttur Ġenerali u l-perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn ġew diskussi l-problemi relatati mal-ħsarat fiċ-ċangatura. Se jsiru xi testijiet sabiex tiġi determinata l-firxa tal-problema u jiġu identifikati s-soluzzjonijiet possibbli.

 

Seduta  361

30/06/2025

ĦAL GĦAXAQ - SERVIZZI OFFRUTI FIL-BERĠA

29306. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28921 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?

 

20/06/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Ħal Għaxaq qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija u tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma.

 

Seduta  361

30/06/2025

MARSAXLOKK - SERVIZZI OFFRUTI FIL-BERĠA

29305. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28920 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?

 

20/06/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Marsaxlokk qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tad-Dijetetista, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma, il-Psikoloġija u servizz ta’ tneħħid tad-demm. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja joffri ukoll klinika speċjalizzata Ġenito-Urinarja kif ukoll klinika għall-Mard Kroniku tal-Kliewi.

Barra min hekk, din il-Klinika fil-Komunità tagħti spazju għal-servizzi sekondarji ta’ Newroloġija u klinika għat-Tfal u l-Adoloxxenti (mid-Dipartiment għas-Saħħa Mentali).

 

Seduta  361

30/06/2025

IŻ-ŻEJTUN - SERVIZZI OFFRUTI FIL-BERĠA

29304. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28919 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?

 

20/06/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) fiż-Żejtun qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma, in-Nutrizzjonista u il-Psikoloġija.

 

Seduta  361

30/06/2025

WIED IL-GĦAJN - BERĠA - SERVIZZI OFFRUTI

29303. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 28918 fl-intier tagħha u jgħid x’servizzi huma offruti fil-Klinika fil-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn u jekk dawn humiex ser jiżdiedu?

 

20/06/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Klinika tal-Komunità (Berġa) f’Wied il-Għajn qed jiġu offruti diversi servizzi primarji importanti, fosthom dawk ta’ Tabib tal-Familja, tal-Infermiera, tal-Fiżjoterapija, Podjatrija, Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma u servizz ta’ tneħħid tad-demm.

 

Seduta  361

30/06/2025

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...