5.10.15

NISA - IMPJIEGI-2015


 
19384. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru)? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa li bdew jaħdmu fl-2015
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
5,575
2,718
8,293
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
679
675
1,354
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara 4 snin jew aktar inattivi
486
642
1,128
Nisa li bdew jaħdmu fl-2015 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
2,294
2,077
4,371
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2015
9,034
6,112
15,146

Seduta 296
05/10/2015

EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS ACT - EMENDI





19383. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14415, tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fuq l-emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta?

01/10/2015

  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li d-diskussjonijiet fil-bord għadhom għaddejjin u hekk kif il-Ministeru jirċievi l-proposti tal-bord jkun jista’ jimxi għal emendi meħtieġa fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Seduta  296
05/10/2015

NISA - IMPJIEGI- 2014.



 
19382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2014? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2014 hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa li bdew jaħdmu fl-2014
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
7,474
3,775
11,249
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
1,019
1,404
2,423
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2014 wara 4 snin jew aktar inattivi
694
1,165
1,859
Nisa li bdew jaħdmu fl-2014 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
3,673
3,562
7,235
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2014
12,860
9,906
22,766

Seduta  296
05/10/2015

FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICE - XIRI.





19381. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16835, jista’ l-Ministru jgħid x’progress sar, dejjem jekk kien hemm, dwar ix-xiri ta’ Flemish Public Employment Service?

01/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tas-sistema tal-Flemish Public Employment Service (VDAB) sar. Il-modifiki u l-iżvilupp neċessarju biex din is-sistema tiġi integrata mas-sistema eżistenti tal-ETC qegħdin fi stadju avvanzat ħafna. Li qiegħed isir bħalissa huwa t-testing neċessarju tas-sistema qabel ma tkun tista’ tintuża kemm mill-pubbliku inġenerali kif ukoll mill-imprendituri.

Seduta  296
05/10/2015

NISA - IMPJIEGI.2013




 19380. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2013? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2013 hija kif muri fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).


Nisa li bdew jaħdmu fl-2013
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
6,265
3,588
9,853
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2013 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
907
1,180
2,087
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2013 wara 4 snin jew aktar inattivi
541
1,001
1,542
Nisa li bdew jaħdmu fl-2013 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
3,282
2,764
6,046
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2013
10,995
8,533
19,528

Seduta  296
05/10/2015

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...