1. F’din is-soċjetà tagħna għamilna passi ‘l quddiem. Numru ta’ drabi fil-kultura tagħna, li diffiċli tbiddel, naħsbu li f’postijiet oħra l-ħajja hija aqwa milli għandna aħna. Min ikun ġej minn barra xtutna jaf li dawn il-gżejjer għandhom huma wkoll x’juru li għandhom sistemi avvanzati. M’aħniex, u ta’ bnedmin ma nistgħux inkunu xempju tal-perfezzjoni, però xorta waħda dak li huwa tagħna m’għandniex narmuh.
2. Settur partikolari li ħadna ħsieb nindirizzaw biex ngħollu ‘l fuq huwa proprju kif tipproteġi aħjar lil uliedna mid-diffikultajiet ta’ din s-soċjetà preżenti. M’hemmx dubju li fl-edukazzjoni dak li qegħdha toffri s-soċjetà tagħna m’għandhiex oħrajn li jistgħu jikkompetulha. Ħafna drabi d-diskussjoni ssir fuq nuqqas ta’ attenzjoni għad-dettall. Nitqabblu u jqabbluna biex ikejluna mal-oħrajn meta m’hemmx il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha fuq il-mejda. Ngħidu x’ngħidu, il-verità hija li għandna sistema mill-aqwa.
3. Dan hu tajjeb għall-maġġoranza ta’ wliedna, però hemm ċirkostanzi li jimmeritaw, u fil-fatt ingħataw, attenzjoni sabiex it-tfal jiġu protetti aħjar. Il-Ministeru li mexxejt żamm bħala prijorità lill-minuri sabiex f’setturi differenti jżid fid-difiża legali li hemm bżonn. Irrid ngħid li diġà għandna Qorti li hija iktar sensittiva billi hemm żewġ Maġistrati konċentrati fuq aspetti differenti. Hemm Maġistrat fil-Qorti tal-Familja li jara li l-pagamenti tal-manteniment lil minuri b’digrieti tal-Qorti, sija għal dawk imwielda fiż-żwieġ kif ukoll barra miż-żwieġ, isiru. Hemm ukoll Maġistrat ieħor li huwa nkarigat b’kawżi fejn it-tfal huma l-vittmi diretti ta’ reat. Passi, għalija, determinanti li jippermettu attenzjoni u speċjalizzazzjoni.
4. Mhux biss, imma nfakkar ukoll li b’deċiżjoni politika oħra għandna llum is-sistema ta’ xhieda mogħtija mill-minuri bil-videoconferencing. Il-Qorti hija armata b’dan u għalhekk it-tfal f’kawża, meta huwa strettament neċessarju li wieħed itellagħhom jixhdu, ma jkunux fiżikament fl-Awla fejn ikun qiegħed jinstema’ l-każ. Ma jkollhomx bżonn jgħaddu mid-diffikultà li jerġgħu jaraw lil min għamlilhom jew jista’ jkompli jagħmlilhom il-ħsara. Ma’ dan żidna wkoll artikolu fil-Kodiċi Kriminali fejn il-minuri jixhdu fin-normalità tal-proċeduri darba waħda biss. Jiġu reġistrati fix-xhieda tagħhom sabiex ikun hemm dokument ċar ta’ dak li għaddew minnu fiż-żmien li jkun seħħ ir-reat. Passi oħra importanti.
5. Ma’ dan reċentement żidna passi oħra. Dan sar permezz ta’ żewġ liġijiet li ġew magħmula speċifikament biex jindirizzaw aħjar kif nistgħu nagħtu iktar protezzjoni effettiva. Protezzjoni minn min irid jabbuża minn uliedna fis-settur tal-pornografija; mill-abbuż tal-internet, mill-abbuż tal-hekk imsejjaħ “sexual tourism” kif ukoll mill-perikolu ta’ persuni li diġà nstabu ħatja ta’ reati fejn it-tfal huma vittmi, li jerġgħu jsib impieg mat-tfal. Dan sar prinċipalment bl-Att VII tal-2010 u dak tar-Reġistru biex jipproteġi l-minuri, l-Att XXIII tal-2011. F’dawn il-liġijiet żidna mal-qafas ta’ protezzjoni li kellna qabel.
6. Illum fil-liġi tagħna daħħalna dawn l-mekkaniżmi li jipproteġu aħjar. L-Artikoli 208 sa 208B tal-Kodiċi Kriminali huma ferm aħjar u b’saħħithom. Fost l-emendi għandna li l-Qorti tista’, meta ssib ħtija fuq reati f’dan it-Titolu, tordna li persuna tiġi, għal xi żmien jew għal kull żmien, miżmuma milli taħdem f’xogħol li jkollha x’taqsam mas-superviżjoni tat-tfal. Il-Qorti tista’ tordna wkoll li din tiġi reġistrata fil-fedina penali. Ma’ dan għandna wkoll b’ferm iktar saħħa l-preżenza ta’ Reġistru għall-protezzjoni tal-minuri. Dan ir-Reġistru jidħlu fih persuni li wettqu delitti kontra t-tfal li huma gravi, sija fuq dawk ta’ linja sesswali, kif ukoll le.
7. Jidħlu sabiex jiġu miżmuma bil-liġi li jiġu mpjegati f’postijiet tax-xogħol fejn hemm il-kura u l-kustodja tat-tfal. Min għandu istituzzjonijiet fejn ser ikun hemm it-tfal, sija jekk jimpjega, kif ukoll jekk ikun ser idaħħal xi voluntiera, irid l-ewwel jara li dik il-persuna mhix imniżżla fir-Reġistru. Mhux biss, imma hemm ukoll obbligu li min jara li sar, jew jissuspetta raġonevolment li kien hemm ksur ta’ liġi f’post fejn hemm it-tfal, għandu huwa stess imur għand il-Pulizija sabiex jirrapporta. Il-liġi tagħna mxiet ‘il quddiem u għandha fiha metodi ġodda ta’ kif nipproteġu lil dawk li huma l-iktar vulnerabbli. Passi li jagħtuna kredtu għall-attenzjoni li aħna nżommu fil-prijorità tagħna favur protezzjoni aqwa lit-tfal tagħna.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label protezzjoni tat-tfal. Show all posts
Showing posts with label protezzjoni tat-tfal. Show all posts
24.5.12
25.1.12
Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri
2. Għalhekk dak li ġie żviluppat f’pajjiżi oħra jrid jitqiegħed fil-kuntest ta’ x’sistema legali hemm taħdem. Skont il-liġijiet, skont il-prattiċi legali u l-kultura soċjali nħadmu mekkaniżmi differenti ta’ kif tibni protezzjoni legali aqwa għall-minuri. Protezzjoni aqwa fis-sens li tibni mhux biss iktar reati kriminali, jew pwieni aqwa li jservu ta’ deterrent, iżda li nkabbru iktar l-effetti tal-piena. Il-konsegwenzI direttI ta’ sentenza eżekuttiva mogħtija mill-qrati penali jistgħu jmorru f’toroq varji, minn sentenza sospiża sa dik karċerarja, ġewwa l-ħabs. Però din tista’ legalment tiġi estiża għal konsegwenzi oħra.
3. Diġà fil-liġijiet tagħna għandna ċerti konsegwenzi, bħal meta persuna misjuba ħatja ma tkunx tista’ tottjeni ċertu liċenzji, bħal dawk fil-kummerċ jew ta’ gwardjan lokali. Għalhekk ħassejna li għandna nestendu dan il-kunċett sabiex persuni li jinstabu ħatja ta’ numru ta’ reati varji, bħal dawk ta’ natura sesswali fuq il-minuri jew dawk marbuta mat-traffikar ta’ droga, ma’għandhomx jiġu mpjegati jew imqabbda fi dmirijiet fejn hemm il-kura tat-tfal. Il-mekkaniżmu legali li minn nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar ġie fis-seħħ huwa wieħed dirett, sempliċi, bilanċjat u ndirizzat sabiex jipproteġi lill-minuri.
4. Issa l-Qorti Kriminali tista’ f’sentenza tagħha, fejn issib ħtija ta’ reati li l-liġi tqis li l-minuri huma l-vittmi diretti tordna li isem dik il-persuna jitqiegħed f’reġistru separat. Dan ir-reġistru ser ikun miżmum fis-Sezzjoni Volontarja tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u m’huwiex aċċessibbli għall-publiku liberament. Jistgħu jingħataw informazzjoni minnu dawk li, bil-liġi, jissodisfaw lill-Imħallef li jippresjedi dik l-Awla li għandhom interess proprju għax ser jimpjegaw lil xi ħadd magħhom li f’idejh ser ikollu l-kura tat-tfal bħal fi skola jew f’xi organizzazjoni oħra.
5. Dan ifisser li min jinsab b’ismu fuq dan ir-reġistru ma jistax isib impjieg f’dawk il-postijiet u għalhekk jaf li, jekk japplika, mhux ser jiġi impjegat u anzi ser jikxef lilu nnifsu. Dan għax il-liġi stess qegħdha tobbliga lil min imexxi, per eżempju skola, li qabel ma jimpjega jmur jistaqsi fir-reġistru. Jekk ma jagħmilx dan, allura jkun qiegħed jikkommetti reat, apparti mill-fatt li jkun qed jixħed dell ikrah fuq l-istituzzjoni li jkun huwa stess qiegħed imexxi. Aparti dan il-mekkaniżmu ġdid, il-liġi ħadet ħsieb timxi pass ieħor ‘l quddiem.
6. Il-liġi qegħda, għall-ewwel darba, timponi obbligu legali sabiex fejn ikun hemm każ li seħħ delitt fil-post fejn qed issir l-edukazzjoni tal-minuri, min qiegħed imur huwa obbligat li jirrapporta dan il-fatt lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan ir-reat qiegħed jingħaqad ma’ diversi oħra li ressaqna s-sena li għaddiet u ġew diġà fis-seħħ sabiex il-minuri jiġu protetti aħjar. Dan għalija huwa pass ‘il quddiem u tajjeb. Iktar u iktar meta wieħed jikkunsidra li diġà, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li l-leġislazzjoni tagħna hija fost l-aqwa. Fortunatament, pajjiżna għamel passi kbar ‘il quddiem f’diversi materji u partikolarment sabiex jiddefendi aħjar lil uliedna lkoll.
13.1.12
Il-Konvenzjoni ta’ Budapest
1. Tul sena ħidma tispiċċa twettaq diversi passi li mhux dejjem ikollok l-opportunità li titkellem dwarhom. Numru ta’ drabi nagħmel użu minn dawn l-artikoli però mhux dejjem jirnexxili. Fil-fatt, is-sena li għaddiet ġibna madwar 38 avviżi legali fis-seħħ u kellna 5 abbozzi ta’ liġijiet li tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għad-diskussjoni. Fost din il-ħidma leġislattiva kellna wkoll tlett mozzjonijiet f’daqqa li permezz tagħhom ġew ratifikati numru ta’ konvenzjonijiet.
2. Konvenzjoni partikolarment importanti li ġiet hekk ratifikata kienet dik tas-Cybercrime. Konvenzjoni li nbdiet fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u li irnexxielha tasal sabiex tistabbilixxi regoli legali li qabel ma kienux jeżistu f’settur mill-iktar delikat u diffiċli. Dan għax is-settur tal-internet li ġie ġenerat u żviluppat b’daqshekk qawwa, ġieb miegħu wkoll inkwiet u illegalitajiet li qabel ma kienx hemm. Bħalma oġġett jista’ jiġi użat għat-tajjeb, daqshekk ieħor jista’ għall-ħażin. Il-kompjuter huwa għodda importanti fid-dinja teknoloġikament avvanzata li għandna llum.
3. Fit-23 ta’ Novembru 2011 ġiet konkluża din il-konvenzjoni li permezz tagħha beda proċess li beda jimmarka kontroll f’punti determinanti li kellna. Il-bażi tad-dokument huwa mibni fuq il-prinċipju lijekk kull Stat li ffirma u rratifikaha jdaħħal fil-liġijiet tiegħu numru ta’ reati, allura jkun hemm front magħqud internazzjonalment li jassigura li min jabbuża jiġi mressaq quddiem il-qorti mixli b’reati kriminali. Dan huwa parti mid-Dritt Pubbliku Internazzjonali fis-settur penali li qiegħed biċċa biċċa jikber u jiżviluppa ruħu.
4. L-attakk prinċipali fl-artikolu 9 tal-konvenzjoni huwa mmirat kontra l-pornografija tal-minuri. Il-produzzjoni għall-iskop ta’ distribuzzjoni, li toffri jew tagħmel għad-disposizzjoni (dejjem permezz tal-kompjuter) pornografija, huma punibbli. Fuq dan fis-sena 2010 għaddejna mill-Parlament numru ta’ artikoli ġodda li daħħalna fil-Kodiċi Kriminali, li ġibna fis-seħħ u terġa’, morna oltre. Għalhekk hemm issa artikoli iktar b’saħħithom li mhux biss jassiguraw li jkollna linja ċara u diretta kontra l-pornografija, imma wkoll kontra l-issolleċitar fuq l-internet għall-prostituzzjoni immorali, kif ukoll għall-hekk imsejjaħ “turiżmu sesswali”.
5. Fil-fatt, fl-Att VII tal-2010 rnexxielna ngħollu l-livell tad-difiża kontra l-użu żbaljat tal-mezzi tal-komunikazzjoni biex nipproteġu l-minuri. Fuq dan, l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet dan il-pass is-sena li għaddiet u faħħret lil pajjiżna li qiegħed ferm iktar ‘il quddiem minn diversi Stati Ewropej oħra. Id-difiża tal-minuri kienet u tibqa’ prijorità għalina, jiġi minn fejn jiġi l-attakk lejhom, speċjalment fis-settur tal-pedofelija u l-pornografija. Ġew meħuda deċiżjonijiet tajba fis-snin li għaddew, ma hemmx dubju, u pajjiżna qiegħed igawdi minnhom.
6. Il-Konvenzjoni ta’ Budapest għalhekk irnexxielha timmarka passi determinanti ‘l quddiem. L-Ewropa, li fortunatament għandha f’idejha strumenti politiċi li ebda kontinent ieħor ma għandu, irnexxielha tmexxi u tistabbilixxi livelli legali li qegħdin fuq quddiem. Dan ġieb ukoll Stati oħra bħall-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti biex jipparteċipaw u jmorru lejn l-istess direzzjonijiet. Pajjiżna fortunatament qiegħed hemm, ma’ dawn l-Istati, parteċipant attiv u kapaċi jagħti sehmu. Il-Konvenzjoni ta’ Budapest hija l-ewwel pass ‘il quddiem. Nittamaw li dan il-proċess ma jieqafx hawn, imma jkompli għaddej għax hemm żoni oħra tat-teknoloġija moderna li jimmeritaw attenzjoni u leġislazzjoni.

Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...