1. Id-dinjità tal-bniedem tfisser u tittraduċi ruħha fil-bżonn li nipproteġuh fi drittijietu. Inkabbruh fl-eżistenza, fil-potenzjal li jista’ jikseb permezz ta’ strutturi u mekkaniżmi li bihom nassiguraw li jikber iktar. Japprezza dak li qiegħed fih u jifhem li jista’ jimxi ’l quddiem. Dan il-Partit Nazzjonalista żamm ruħu ankrat mal-ħsieb li huwa dmir ta’ l-Istat li jgħin lil min qiegħed minn taħt. Anzi, forsi l-kelma t-tajba hija li jagħti dik l-“imbuttatura” lil min l-aktar għandu bżonn sabiex jonqsu l-inugwaljanzi.
2. Il-ħsieb tagħna kien u għadu li aħna għandna nikkonċentraw il-ħidma politika tagħna sabiex mhux biss nirregolaw is-soċjetà, iżda li ngħollu ’l fuq lil min huwa minn taħt. Ma nħalux is-soċjetà statika, però anqas ma nniżżlu lil ħaddieħor ’l isfel. Din hija sistema li ħadmet. Kunċett li bih wieħed jassigura l-ġustizzja soċjali bi prinċipji ispirati mill-kunċett politiku demokratiku nisrani. Għalhekk irnexxielna nneħħu ħafna barrieri u niftħu orizzonti li qabel il-poplu Malti ma kellux.
3. Fil-politika hemm min iħares fil-qosor u hemm min fit-tul. Fortunatament ħaddimna l-iktar it-tieni. Dan għax ħassejna li hemm bżonn li nagħtu lill-komunità tagħna pedamenti, ideat u miżuri li jibnu. Kunċetti ta’ Stat li sa ftit tas-snin ilu stajna ngħidu li kienu ħolma, mentri llum huma realtà. Għax il-politiku t-tajjeb jagħraf li huwa strument f’żewġ direzzjonijiet: waħda li jwettaq hu direttament u l-oħra li jwitti t-triq għal min jiġi warajh u jifhem l-opportunitajiet li ħaddieħor tah.
4. Illum il-ġurnata għandna demokrazija ħajja u mhux mejta. Għandna d-drittijiet fundamentali rispettati. Għandna struttura soċjali statali b’saħħitha li l-ħin kollu tespandi. Għandna ekonomija ħajja li l-ħin kollu tiddiversifika. Għandna leġislatura b’saħħitha, Ġudikatura dejjem iktar indipendenti. Għandna l-paċi u l-istabilità li qatt qabel ma kellna. Dawn huma passi kbar ’il quddiem. Bħal ma huma wkoll l-effetti ta’ dan. Għax il-membri tas-soċjetà kibru fil-ġid soċjali u ekonomiku. Hawn iktar nies li qed jaħdmu fis-settur privat milli qatt kellna, iktar persuni li huma sidien ta’ djarhom, iktar bnedmin dedikati għall-ħidma sabiex nimxu ’l quddiem bħala bnedmin, iktar persuni li edukaw ruħhom u ggradwaw fl-istituzzjonijiet tagħna.
5. Il-bżonn tal-progress soċjali ġej mill-għarfien li ma għandniex nibqgħu lura u nassiguraw li min qiegħed minn taħt jingħata kemm jista’ jkun attenzjoni. F’dinja fejn il-ħin kollu għandna kurrenti ġejjin li jibdlu x-xenarju ekonomiku rridu nassiguraw li, filwaqt li nipproteġu, ma nġibux lin-nies dipendenti. Il-libertà tal-persuna fil-ħidma tagħha ta’ kuljum trid tiġi assigurata bi proċess kontinwu ta’ ġustizzja soċjali. Proċess li jiffaċċja l-verità u li jneħħi dak li flok li jassigura l-ġid, irendi ruħu f’deni lis-soċjetà. Din il-linja politika ser tibqa’ tiġi sostnuta. Sostnuta fil-ħidma ta’ kuljum. Inkella ma nibqgħux fit-triq it-tajba.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label progress socjali. Show all posts
Showing posts with label progress socjali. Show all posts
29.6.08
Nibqgħu Mpenjati Fuq Triqitna
Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
1. Hemm bnedmin li f’dawn iż-żminijiet qed jieħdu sehem iktar sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Dawk li qabel ma setgħux jidħlu jagħml...