1. F’dawn is-snin, sfortunatament sirna nisimgħu spiss bi bnedmin li tilfu ħajjithom fil-ħidma favur is-sewwa. Ċerti drabi f’dan, wieħed, mingħajr ma jrid, josserva memorja selettiva. Inkella aħjar, memorja mhux sħiħa, fis-sens li ma tafx. Nieqsa mill-għarfien ta’ dak li seħħ fil-passat aktar ’il bgħid. Għax huwa sewwa li nsemmgħuhom, imma kemm jista’ jkun m’għandniex ninsew oħrajn. Aktar u aktar meta kienu bnedmin li kellhom effett f’pajjiżhom u f’tagħna direttament jew indirettament. Huwa sewwa li nfakkru lil dawk li kienu persuni ta’ prinċipju. Dawk li nqatlu minn dawk li riedu jikkontrollawhom. Riedu jagħlqulhom ħalqhom sabiex huma ma jiġux skrutinati jew ikkritikati. U iktar, li ma riduhomx jinfurmaw lill-poplu b’dawk l-atti kriminali u illegali li l-korruzzjoni, fil-qies tagħha, issarraf.
Korruzzjoni varja
2. Hemm dik l-iktar ovvja: ta’ bnedmin li jinxtraw u oħrajn li jixtruhom. Dawk li jħarsu lejn il-but tagħhom iktar minn dak li huwa ta’ ġid komuni li suppost għandhom għal qalbhom. Dan narawh kontinwament u nsibuh ma’ kull kantuniera. Imma ma’ dawn hemm ukoll dawk li huma ‘newtrali’: li jaqblilhom ma jgħidu xejn, li jħallu kollox għaddej, anke jekk jafu li huwa żbaljat. Kif qrajt politiku Ingliż jgħid: “There were many times in my political life when it would have been simpler for me either to keep my head down, or to change sides at an opportune moment.” (Kien hemm ħafna okkażjonijiet fil-ħajja politika tiegħi li kien ikun iktar sempliċi għalija li nżomm rasi baxxuta, jew li nibdel il-pożizzjoni politika fil-mument opportun.) X’eżempju qed jingħataw il-politiċi attwali u futuri quddiem demokrazija li qed issir aktar u aktar għas-servizz tal-ftit li għandhom il-kuntatti ekonomiċi milli tas-soċjetà kollha?
Jispikka
3. F’dan wieħed irid idur u jifhem aktar kemm kien hemm bnedmin li mhux neċessarjament naqblu politikament magħhom, li però servew id-demokrazija vera. Ġudikanti, ġurnalisti huma preżenti fil-memorja kollettiva issa, imma hemm diversi politiċi oħra li jitwarrbu. F’dan wieħed għandu jfakkar lill-politiku Taljan Giacomo Matteotti (1885-1924). Jiftakar ħidmietu favur is-sewwa u favur is-sistema demokratika kontra d-dittatorjat Faxxista. Il-bniedem li mitt sena ilu, preċiżament fl-10 ta’ Ġunju 1924, ġie maqtul minn ġabra ta’ Faxxisti li serquh, u wara li tawh xebgħa tajba, neħħewlu ħajtu. Riedu jsikktuh, u hekk għamlu, wara diskors mill-iktar qawwi li għamel fil-Parlament. Mhux biss, imma l-istess Mussolini, wara xhur ta’ indeċiżjoni aċċetta r-responsabbiltà politika, morali u storika ta’ dan id-delitt. Kien il-mument li ġieb il-forzi demokratiċi biex jabbandunaw il-Parlament fil-magħruf Aventino. Kien dak li mmarka l-uffiċjalità dittatorjali tal-Faxxiżmu.
Dedikat
4. Hemm kotba varji dwaru, u hemm ukoll riċerka mill-iktar interessanti. Forsi iktar riċenti bħal dak ta’ Mario Canali, Il Delitto Matteotti, li ħareġ din is-sena. Smajtu jitkellem u minn kliemu tifhem kemm il-bniedem kien deċiż f’ħidmietu. Forsi ftit aktar, f’dan sibtni naqra l-ktieb ta’ Antonio G. Casanova (1919-2015), studjuż u awtur ta’ diversi kotba oħra. It-titolu tiegħu huwa Matteotti. Una vita per il socialismo (1974). Fih hemm faċċata ferm differenti u iktar dettaljata u attenta ta’ dan il-politiku. Dan iktar u iktar fil-fatt li Matteotti, sfortunatament, fuq naħa ġie minsi mid-demokrazija Taljana, u fuq in-naħa l-oħra ġie mċekken ukoll f’direzzjoni oħra. Kien bniedem li kkumbatta għal dak li kien jaħseb. Deċiż li jgħid il-verità kif kien jaraha u li kellu l-kuraġġ jaffronta klassi politika li bdiet sejra lejn id-dittatorjat. F’dan għandu valur proprju aktar mhux biss għad-diskorsi tiegħu, imma wkoll għall-ħsibijietu.
Pożizzjonijiet
5. F’dan hemm żewġ punti partikolari li joħorġu proprju f’dan il-kuntest. Casanova jgħid hekk dwaru: “Fra le tesi esposte una era destinata a dare frutti in avvenire ed era quella in cui si affermava l’assunzione da parte del socialismo della difesa incondizionata del sistema democratico, ripudiato invece dalla borgesia per la logica progressista e riformatrice che vi era implicata.” (Fost it-teżijiet dikjarati, kien hemm waħda partikolari li kienet destinata li trendi suċċess fil-futur, li kienet proprju dik li affermat min-naħa Soċjalista d-difiża mingħajr kundizzjoni tad-demokrazija, miċħuda minflok mill-borgeżija minħabba l-loġika progressista u riformatriċi li hemm fid-demokrazija stess.) Punt li jimmerita attenzjoni proprju f’dawk iż-żminijiet, fejn mhux kull min kien jidentifika ruħu mas-Soċjaliżmu kien jaqbel.
Mhux biss
6. Imma f’dan sibt ukoll dak li Carlo Rosselli (1899-1937), kittieb u ħassieb magħruf li tah l-appoġġ fi ħdan il-Moviment Soċjalista. Huwa jgħid hekk dwaru: “Matteotti non voleva e non cercava la morte. Volle e cercò la lotta; volle e cercò i posti di responsabilità nelle ore più dure, seppe vincere tutti i giorni, e perdere tutti i giorni la sua piccola battaglia. Io ammiro in lui la fede di tutte le ore, la tenacia, la costanza, l’ottimismo contagioso, il volontarismo.” (Matteotti ma riedx u ma fittixx il-mewt. Ried u fittex il-ġlieda politika, ried u fittex il-karigi ta’ responsabbiltà fil-mumenti l-iktar iebsa, tgħallem jirbaħ il-jiem kollha, u jitlef il-jiem kollha l-ġlieda tiegħu. Nammira fih il-fidi li kellu kull siegħa, f’dak li kien jemmen, fid-determinazzjoni kostanti u l-ottimiżmu li jittieħed.) Bniedem verament mimli kwalitajiet u mhux nieqes mill-onestà u l-integrità.
Theddida
7. F’dan kien ċertament theddida għall-awtoritajiet Faxxisti. Kienu jafu xi jsarraf u kienu jafu li kien stmat proprju fl-integrità u d-determinazzjoni tiegħu. Biss kien, u jibqa’ żball politiku kbir dak li ippermetta u istiga li jiġi maqtul. Fid-dinja demokratika hemm bżonn li jkollok bnedmin bħalu, li ma jaqblux miegħek u jitkellmu kontra tiegħek. Trid tgħix magħha, anke jekk tista’ tweġġgħek. Huwa f’dan, l-ewwel, li bħala Demokristjani nagħrfu li d-demokrazija hija valur; u t-tieni, li huwa valur li jkun hemm min huwa kontra tagħna. Id-dittatorjati la għandhom valur u wisq anqas iħarsu lejn il-bnedmin bħala tali. M’aħniex Soċjalisti. Aħna Demokratiċi, imma f’dan illum, wara mitt sena mill-mewt tiegħu, dmirna huwa li nfakkruh fost dawk li taw ħajjithom għad-Demokrazija.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Carlo Rosselli. Show all posts
Showing posts with label Carlo Rosselli. Show all posts
30.10.24
28.12.12
Il-ħidma umana ssarraf sena tajba*
1. Il-bidu ta’ sena ġdida oħra
huwa magħna. Ħafna drabi numru ta’
bnedmin tikber fihom it-tama li sena ser tkun differenti jew aqwa minn ta’
qabilha. Hemm min, sfortunatament jemmen
fin-numri jew f’xi indikazzjoni superstizzjuża oħra u jaħseb li ż-żewġ huwa
aħjar mill-fard. Però d-dinja m’hix
illużjoni jew ħaġa moħġaġa, iżda realtà.
Reċentement iltqajt ma’ ministru ta’ pajjiż barrani u d-diskors ġie fuq
kif ċerti persuni fil-politika jispiċċaw jaħsbu li hija biss ix-xorti jew xi
stilla partikolari li tmexxi ‘l-karriera’ ‘l fuq jew l-isfel. Persuni li jispiċċaw jaqtgħu ruħhom tant
mid-dinja li jispiċċaw jemmnu li xejn ma jiddependi minn ħidmet il-bniedem u
kollox huwa jew prestabbilit jew determinat u allura kollox barra l-kontroll
tagħhom.
2. Ma naqbilx. Il-politiku huwa dak li hu minn dak li għandu
f’qalbu u minn dak li jipprova jwettaq. ‘Il-karriera’
ma hija xejn ħlief apprezzament finali ta’ snin f’din l-attività. Il-bqija kollox jiddependi minn kif u b’liema
mod wieħed jaffronta l-problemi tal-ħajja.
Il-politiku għandu f’idejh is-saħħa tal-poter ta’ l-Istat mhux għalih
innifsu iżda għall-oħrajn. Irid iħares
lejn il-futur billi jaħseb, jirrifletti u jġib in-nies li jipparteċipaw fi
strateġija u fi triq lejn dak li jkun qed jikkalkula li ġej għalina bħala
poplu. Ovvjament ir-riżultat jikber
iktar ma kemm hemm preparazzjoni, formazzjoni, kultura u determinazzjoni
fil-politiku nnifsu.
3. Forsi l-iżball li wieħed
jaqa’ fih ġej mill-ħsieb li hemm xi abbiltà f’xi ħadd li tippermettilu
jipprevedi r-riżultat ta’ dak li jkun qeigħed iwettaq dak il-ħin. L-iktar li jinqabdu huma proprju dawk li
moħħhom sempliċement biex jidhru għax jibdew jilludu rwieħhom f’livelli ogħla. Mentri l-verità hija li l-bniedem irid
jistinka u jaħdem billi jiżra’ t-tajjeb kull jum u jagħraf li mhux
neċessarjament jaħsad huwa iżda li japprezza li xorta waħda ser ikun hemm
il-frott fil-futur. Il-ħidma ta’ kull
persuna tikber fid-dimensjoni tagħha kull darba li ssir b’altruwiżmu. Il-proxxmu jitlob mingħandna attività anki
fejn ma narawx li ser nieħdu xi ħaġa materjali lura, dan huwa l-fattur
determinanti.
4. Riċentement ġiet f’idejja
introduzzjoni ta’ Gaetano Salvemini għal-librett ta’ Carlo Rosselli “Oggi in
Spagna, Domani in Italia”. Fiha sibt
dawn il-kelmiet miktuba proprju fl-eqqel tal-Gwerra Ċivili Spanjola u qabel
il-bidu tat-Tieni Gwerra Mondjali. Żmien
ta’ inċertezza fejn id-dawl tal-futur demokratiku ma tantx kien fl-aqwa tiegħu. “Nessuno
puo dire fin dove arriverà e quando fruttifichera un seme abbandonato al
vento. Le idee sono come i semi : dopo
essere rimaste sterili per anni e secoli, si diffondono con rapidità
fulminea. Noi esuli non speriamo niente
se guardiamo ai fatti compiuti, ma speriamo tutto se pensiamo ai fatti che si
possono compiere. Ma i fatti che noi
speriamo si compirano solo se noi non lasceremo spegnersi la luce della nostra
fede e il fuoco della nostra passione.”Ħsibijet nobbli mimlija b’ispirazzjoni
li t-tama hija neċessarja u direttament f’moħħ kull bniedem.
5. Il-bniedem f’sena ġdida jrid
ikompli jżomm lilu nnifsu għalhekk jaħdem biex iħares lejn il-futur mingħajr ma
jaqta’ qablu. Meta wieħed jidħol għal
ħaġa b’nofs qalb jew ebda, ma jistax jistenna li sejjer irendi t-tajjeb. Però meta jkun determinat u perseveranti
jasal ferm iktar. Irid jimpenja
ruħu. Jissogra fl-attività sabiex
fl-aħħar tal-ġirja jkun jista’ jdur fuqu nnifsu u jgħid li dak kollu li seta’
jagħmel wettqu bl-aħjar mod li wieħed jista’.
Kif ikompli jgħid Salvemini: “Solo
chi si arrende ai fatti compiuti non vi troverà nulla, perchè non vi avrà messo
nulla. Un fatto solo è sicuro : che fra
i fattori dell’avvenire esiste anche la nostra volontà, la nostra azione, la
nostra testardaggine. Ciascuno di noi
troverà nell’avvenire quel tanto che vi avrà messo di se stesso.”
6. Kull bniedem għandu talenti
varji għad-disposizzjoni tiegħu. Però
mhux kull persuna tużahom. Hemm min
jinxeħet jaħdem kontra kull avversità dejjem għat-telgħa u hemm min jintelaq
għall-kurrenti. Hemm din id-diviżjoni bejn
dawk li jridu jimxu ’l quddiem u jafu li jistgħu jaslu billi jistinkaw u dawk
le. Fil-fatt, iktar ma wieħed
jirrifletti, aktar jifhem li l-ħajja fiha dejjem iktar sens jekk tittieħed
mil-lenti li hija attività kontinwa.
Tagħti minnek innifsek lill-istorja u lid-dinja skond kemm timbarka
f’din il-linja azzjoni. Siegħat, jiem,
xhur ġodda qegħdin proprju għalhekk għad-disposizzjoni tagħna. Nieħdu ħsieb nużawhom tajjeb. Filwaqt li nawgura s-sena t-tajba
lill-qarrejja kollha, nagħlaq billi ngħid li s-sena t-tajba tikber fit-tjubija
tagħha aktar ma naħdmu fiha, għall-proxxmu, għall-paċi u l-ġustizzja.
*Dan l-artikolu kien deher fl-ahhar tal-2007 fl-Illum.
Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
1. Hemm bnedmin li f’dawn iż-żminijiet qed jieħdu sehem iktar sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Dawk li qabel ma setgħux jidħlu jagħml...