11.4.21

TRASFERITI TA’ PARTITI TAL-MUŻIKA LIL PAJJIŻNA

 

 

 

17194. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16308 u 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?

 

09/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura ninsab infurmat illi l-partiti tal-mużika tal-Maestro Carmelo Pace jinsabu miżmumin fl-arkivji tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

 

Ninsab infurmat ukoll illi t-Teatru Manoel u l-Orkestra qed jesploraw il-possibilitá li l-opri ġentilment mogħtija mill-Maestro Pace lill-Istat jittellgħu.

 

Seduta 401

17/11/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...