13.4.21

SANTA LUĊIJA - SKOLA SEKONDARJA - XOGĦLIJIET

 

 

17555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta'  natura ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija (Malta)?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet sportivi fuq ġewwa. 

 

Sadanittant, infurmata li tul din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet:

 

·              Żebgħa f’partijiet minn kurituri

·              Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma

·              Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ

·              Tibjid ta' klassijiet

·              Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola

·              Kamra b'faċilità sanitarja ġdida

·              Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola

·              Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri differenti

·              Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda   

·              Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti

·              Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos mill-ġdid

·              Installazzjoni ta’ lift ġdid

 

 

·              Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d-designated areas, twaħħil ta' stickers skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta' staff rooms.

 

Seduta  408

07/12/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...