15.4.21

RIFUŻJONI FUQ L-INCOME TAX

17571. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjoni fuq l-Income Tax, lokalment dovut, li kellu jiġi mħallas sa l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ Ewro 85,851,724.65, li minnhom tħallsu Ewro 81,005,789.06 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020.

Dan fid-dawl tal-ambjent diffiċli għat-taxpayers u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

 

Seduta  411

15/12/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...