14268. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u
l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13377, jista’
l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien u jekk huwiex
possibbli li jittieħdu passi temporanji sakemm dan effettivament jsir?
04/05/2020
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat
mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li għalkemm il-Kunsill jixtieq jipproċedi
bix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien, għalissa ma tistax issir.
Seduta 332
19/05/2020
No comments:
Post a Comment