14267. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet
tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari
13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li
qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA) fl-aħħar tas-sena
2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul
dik is-sena?
04/05/2020
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’
persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA),
sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 146
(Irġiel 121 u Nisa 25).
Matul is-sena 2019 ġew
rifjutati 45 -il applikazzjoni ġdida
Seduta 332
19/05/2020
No comments:
Post a Comment