28.4.20

REĠISTRU TA’ MALTIN PROMINENTI LI JGĦIXU BARRA




13774. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fir-reġistru ta’ Maltin prominenti li jgħixu barra minn Malta hekk kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) skont il-pajjiż li huma stabbiliti fih u l-qasam li huma prominenti fih? Kemm minn dawn huma ċittadini ta' Malta?

20/04/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li r-reġistru ta’ Maltin Prominenti li Jgħixu Barra minn Malta beda jopera b’deċi¿joni tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta fl-2017, bl-uniku sitt (6) applikazzjonijiet mibgħuta sal-2018 jiġu approvati kollha.

Tajjeb wieħed jgħid li filwaqt li l-Ministeru baqa’ jirċievi numru ta’ applikazzjonijiet, dawn għadhom ma ġewx ikkunsidrati minħabba li bħalissa qed issir revi¿joni ta’ x’jagħmel persuna prominenti f’termini ta’ definizzjoni, u l-metru ta’ ġudizzju li bih persuna titqies prominenti għall-finijiet tar-reġistru kkonċernat.

Il-Ministeru jittama li fix-xhur li ġejjin il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta jkun f’po¿izzjoni li joħroġ b’linji gwida ċari bil-għan li t-terminu ‘persuna prominenti’ tkun definita kif meħtieġ u l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet issir f’konsultazzjoni mal-istess linji gwida rispettivament.

Seduta  321
27/04/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...