20/04/2020
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li f’Settembru tal-2019, ġew
ippubblikati r-Regolamenti dwar l-Equity Release Financial Products, f’Ottubru
tal-2019, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, li hija l- Awtorità
kompetenti biex tissorvelja dawk l-entitajiet li qed joffru dan il-prodott
lill-pensjonanti, ppublikat regoli dwar l-applikazzjoni li trid tiġi sottomessa
mingħand il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jixtiequ jibdew joffru
dan il-prodott.
Dan ifisser li l-ebda istituzzjoni
finanzjarja ma tista’ tibda toffri dan il-prodott jekk ma tkunx reġistrata
mal-Awtorità. Apparti minn hekk, f’
Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorità ħarġet ukoll sett ta’ regoli li jridu jkunu
segwiti minn dawn l-istituzzjonijiet li qed joffru dan il-prodott fuq bażi
kontinwa.
Fil-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità rċeviet applikazzjoni minn bank
partikolari biex toffri dan il-prodott.
Seduta 321
27/04/2020
No comments:
Post a Comment