28.3.19

Ir-Raġuni Waħedha Biżżejjed



1.      Fi ftit jiem oħra ser tintemm il-ħatra tal-President tar-Repubblika, Mare Louise Coleiro Preca.  Ma kellhiex presidenza faċli, imma kienet waħda mimlija sfidi, uħud neċessarji, uħud le, maħluqa minn oħrajn, fix-xejn.  Tul il-perkors ta’ dawn il-ħames snin rajniha attiva kontinwament.  Ma tiqafx tiddiskuti u tipprova tbiddel għas-sewwa, b’enerġija qawwija.  Ċertament, ħidma pożittiva li diversi ċittadini jħarsu lejha bi gratitudni għas-servizz leali u distint tagħha.



L-aħħar viżta



2.      Għamlet iktar sew li għażlet li f’dawn l-aħħar jiem tiltaqa’ mal-Papa Franġisku.  Qegħda tagħlaq fuq l-istess nota li daħlet biha f’din il-kariga.  Hemm messaġġ ċar f’dan, bħal ma kien ukoll dak li ltaqgħet mal-President tar-Repubblika Taljan Sergio Mattarella.  Huwa wkoll magħruf għall-għaqal u l-valuri nsara li ggwidawh f’ħajtu.  Pajjiżna għandu bżonn li jsaħħaħ iktar ir-relazzjonijiet ma’ dak il-pajjiż.  Ma jistax jippermetti l-kontra, anki jekk wieħed ma jkollux l-istess ideat.



Deċiżjoni tajba



3.      F’dan wieħed għandu jgħid li aħna l-membri tal-Oppożizzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista konna ħadna deċiżjoni tajba meta għażilna li nivvutaw favur tagħha.  Presidenza għandha bżonn konsultazzjoni ċertament, però, iktar ma jkollha l-vot taż-żewġ naħat tal-politika Maltija, iktar aħjar.  Huwa sinjal ta’ maturità.  Jekk wieħed irid jagħmel punt politiku kontra l-Gvern, il-Presidenza m’għandhiex tħallas dak il-prezz.



Oppożizzjoni li tħares fit-tul



4.      Tul dawn il-jiem, il-partit irnexxielu f’dan juri kemm huwa kapaċi jħares fit-tul.  Anki jekk hemm vuċi ta’ propaganda żbaljata li trid tkerraħna, illum id-diska li smajna ftit xhur ilu tidher li, bil-fatti, qegħda tinbidel.  Hemm numru ta’ punti determinanti f’dan.  Għax huwa ċar li l-Gvern qiegħed, jum wara jum, jaċċetta l-pożizzjonijiet tal-partit u jipprova jagħmilhom tiegħu.  Jipprova jneħħi mill-kredtu li jixraq ġustament lill-Oppożizzjoni.  Imma kif nafu, ir-raġuni m’għandhiex bżonn forza.



Sistema elettorali



5.      Tul il-ġimgħa rajna, l-ewwel, il-Prim Ministru stess jaqbel mal-pożizzjoni li ħa l-partit dwar dak li qiegħed jiġi propost minn parti mill-Kummissjoni Elettorali.  Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli ressaq l-oġġezzjonijiet u l-emendi neċessarji sabiex il-vot jibqa’ wieħed liberu.  Ma jistax jiġi permess li xi ħadd ikollu xi forma ta’ sistema li biha jidentifika kif ċittadin partikolari vvota.  Dejjem emminna f’dan id-dritt u assigurajna li jaħdem kif għandu, fil-libertà assoluta li jixraqlu.  Huwa żbaljat li timxi b’xi mod li tnaqqas dan, u wieħed għandu jirreġistra li beħsiebna naraw li kollox jibqa’ kif inhuwa.



Il-Kummissjoni Venezja



6.      Ċertament, hemm dejjem lok biex tmexxi b’attenzjoni ‘l quddiem l-istituzzjonijiet demokratiċi.  Iċ-ċirkustanzi tal-ħajja jinbidlu, u magħhom il-prijoritajiet.  F’dan ukoll, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Adrian Delia, ilu issa għal dawn l-aħħar xhur jinsisti mal-Gvern li f’dak li żviluppa f’dawn l-aħħar snin hemm bżonn li jkun hemm tibdiliet.  Il-pressjoni tidher li serviet tajjeb għax issa l-Gvern qiegħed jintrabat li jwettaq numru ta’ bidliet li din il-Kummissjoni Venezja pproponiet.  Wieħed għad irid jara, għax ġie dikjarat li, wara Ġunju ta’ din is-sena, dawn l-emendi ser jaraw id-dawl.  Imma l-Gvern, fl-aħħar ċeda wkoll għal din il-pressjoni demokratika u leġittima tal-Oppożizzjoni.



Nafu triqitna



7.      Ċertament, nafu triqitna.  Nafu li hija diffiċli u nitilqu bi żvantaġġi varji.  Biss, ma’ kull ġurnata, il-ħidma tagħna qegħda takkumula u tirranka.  Il-futur, kif nemmnu, huwa wieħed miftuħ.  Ħadd ma għandu l-monopolju fuqu.  Ħadd ma jista’ jaħseb li ser jikkontrollah.  Jista’ biss, fil-ġudizzju imperfett tal-bniedem, jipprova jipprevedih.  Li huwa ċert huwa l-preżent, li minnu qed naraw it-tibdil neċessarju.  Mhux biss, imma qed naraw iktar li dan ġej fuq l-inizjattivi li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista.  Dan għax dan il-partit huwa mimli bi bnedmin li jemmnu li r-raġuni m’għandhiex bżonn forza, għax waħdeha biżżejjed.







 

27.3.19

SPTAR MONTE CARMELI – PERSUNI RIKOVERATI


  
9191. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?

25/02/2019
  
ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 kien hemm 2,154 persuni li ġew ammessi fl-isptar Monte Carmeli li minnhom 1,366 kienu ammessi għal aktar minn darba. Fl-aħħar ġurnata tas-sena 2018 kien hemm 367 persuni li kienu qed jiġu rikoverati fl-istess sptar.

Seduta  209
20/03/2019


IPOĠEW TA’ ĦAL SAFLIENI


  
9190. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2018? Jista’ jinforma wkoll lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-amont ta’ viżitaturi li żaru li l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni kien jammonta għall-33,033 viżitatur u id-dħul totali mil-bejgħ ta biljetti kien jammonta għal €715,906. Intant infurmat li l-ispejjeż relatati mal-post kienu jammontaw għal €180,056. Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.

Seduta  209
20/03/2019

ĦAL TARXIEN – UŻU TAL-BERĠA TAS-SAĦĦA





9189. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni użaw is-servizzi tal-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018?

25/02/2019

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm madwar 2,819 il-persuna matul is-sena 2018 li użaw is-servizz ta’ tabib mill-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien.

Seduta  209
20/03/2019


ĦAL TARXIEN – TEMPJI NEOLITIĊI





9188. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista’ jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Seduta  209
20/03/2019


RAĦAL IL-ĠDID – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA




9187. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal Ġdid hemm jaħdmu żewġ skrivani full time u persuna li tattendi darbtejn fil-ġimgħa, waqt illi l-pożizzjoni ta’ Manager qed timtela permezz ta’ roster minn Managers oħra li qed jintbagħtu minn uffiċċji distrettwali oħra.
In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju kien ta’ 14,817.

Seduta  209
20/03/2019

FGURA – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA




9186. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu Acting Manager tlett darbiet fil-ġimgħa u żewġ skrivani.
In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, minn dan l-uffiċċju matul l-2018, kien jammonta għal 8,458.

Seduta  209
20/03/2019

QRATI TA’ MALTA – SPIŻA TA’ IKEL U AKKOMODAZZJONI TAL-ĠURATI


  
9185. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati fis-sena 2018?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fis-sena 2018 l-ispiża totali li tħallset mill-Qrati ta’ Malta f’ikel u akkomodazzjoni ta’ ġurati kienet tammonta għal €47,090.48 kif muri hawn taħt:

Akkomodazzjoni            €35,965.57
Ikel                                  €11,124.91
TOTAL                           €47,090.48

Seduta  208
18/03/2019


ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI PENDENTI




9184. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li mis-sena 2000, iġifieri minn meta beda jopera ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ, sal-aħħar tal-2018 kien hemm dawn il-każijiet pendenti:


Tip ta’ Każ
Numru ta’ Każi pendenti
Persentaġġ
Mandatori
528 minn 5,041
10%
Volontarju
155 minn 497
31%
Internazzjonali
19 minn 53
36%


Seduta  208
18/03/2019



ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI DEĊIŻI




9183. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew deċiżi 20 każ volontarju, 238 każ mandatorju u 5 każijiet internazzjonali.

Seduta  208
18/03/2019


ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI REĠISTRATI






9182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

25/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew reġistrati 30 każ volontarju, 299 każ mandatorju u 9 każijiet internazzjonali.

Seduta  208
18/03/2019


BIRGU – DELITTI RAPPURTATI




9181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Birgu tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità tal-Birgu u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal  disgħa u tmenin (89). Minn dawn tletin (30) kienu każijiet ta’ serq.

Seduta  208
18/03/2019

WIED IL-GĦAJN – DELITTI RAPPURTATI




9180. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Marsaskala u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal  tliet mija u wieħed u erbgħin (341).  Minn dawn mija u tnax (112) kienu każijiet ta’ serq.

Seduta  208
18/03/2019

22.3.19

The True Popular Party.




In my last contribution to this newspaper I had affirmed that our Nationalist Party has an identifying  character which is that of a ‘National’, ‘Christian Democrat’’, ‘Popular’ Party.  As such it is not a rightwing, conservative neither is it a Liberal, laissez faire party. Neither is it ‘populist’ or worse.

This does not however mean that the Party has not reached the vote of conservatives, liberals, populists  and others, especially, but not only, during the independence referendum of 1964, and the EU accession referendum of 2003.  Although the Party takes its inspiration from Christian Democrat principles, We have atheist, agnostic and Moslem friends who have voted nationalist, for various good reasons.

The Party commands a majority when it reflects the country as whole. But it acts so as to form the majority opinion which it then represents. The Majority in 1981 was the result of the opinions ‘formed’ in the long campaigns began from the very first day after the debacle of 1971.

The consensus within the Party was achieved, after that the serious dissensions in 1974, in connection with the agreement which led to the proclamation of the Republic, were healed, and when Dr. Eddie Fenech Adami was elected ‘Successor Leader’. The strength of a mass democratic party as ourselves is that it always finds a way out of serious internal cleavages, through respect of its free democratic process. Together with some good sense and the balm of common ideals.

We know that we are now faced with a Government which feels free from many of the traditional ethical strictures and consistencies. It still calls itself a socialist party, whilst declaring it is business friendly and perhaps, business oriented; it has utilized the membership of the European Union it once sought to prevent, in ways not always consonant with the ideals of the Union; it has had no qualms about selling Maltese citizenship to a wide variety of people activated by a variety of motives; it has dealt in a very partisan way (friends of friends) with appointments to some of  the highest as well as the lowest positions in the State.

It has dismissed serious allegations against some of the members of the Government without proper respect for sensible public opinion. The ‘spoils’ system has been further discredited by the way that continuity in many institutions of the State has been willfully disregarded.

We are faced with a list of challenges. Our project however is not a simple return to a ‘good’ past. In 1987, we did not return to 1971. Neither will we, in the next general election, aim to return to 2013. We, as a Nation have to regain the ground lost, but we also have to advance into areas we had not covered during the leadership of the last Nationalist administration.  Malta was once admired and envied for its Judiciary, Civil Service, Police  Corps, social services, communications, and the general tenor in administration.  

All this, is, substantially still possible to bring back and maintain, as the damage that the institutions have suffered since 2013 may still be remediable. It is not, however just enough to salvage what is still there. We have to apply further strengthening measures. This is our mission. To this we are committed steadfastly. The circumstances are adverse but the harder they seem the stronger our determination to change and remove the rot.








The Popular Party.




I am not being original when I describe the Party to which I have the honour to belong, as a ‘popular’ party, in all senses of the word; as a matter of fact, it belongs to the family of European ‘Popular Parties’, and has been,  time and again, during the last hundred and fifty years, the Party, favoured with their vote by sizeable proportions of the people of Malta and Gozo .

It is composed, as is the whole Maltese population, of a ‘mosaic’ of people from all social classes, all areas, many religious beliefs and from a wide range of ideological inclinations. Throughout the years of our historical parliamentary experience ( 1921 to date) it has enjoyed either ‘majority status’ or carried the responsibility of being the principal minority party.

Its presence in the Maltese political arena  even pre-dates self-government. Indeed it was the Party agitating for ‘self-government’ before it was the Party that successfully negotiated our Independence as well as our country’s accession to the European Union. These are, however, laurels on which our present leadership cannot rest.

Presently, ours is the alternative, ‘opposition’ party. We do not however conceive our task in opposition as being merely that of opposing and providing an alternative. We have again a ‘project of government and governance’ to propose for majority endorsement.

As with ‘self-government’, ‘independence’ and ‘accession to the European Union’, today our party has a leadership role; we have to persuade the majority of the Maltese electorate that our project stands to be adopted. We were successful in the past, albeit with great expenditure of effort and patience.

Our self-government was wrested from the Imperial Government, after loss of blood in June 1919. Our Independence  was won without loss of blood but after long years of agitation, but also by taking full advantage of changes in the world situation. For more than seventy years the Nationalists had been demanding Independence before it was finally achieved in 1964.

In the late eighties and nineties, it seemed that the Government of Eddie Fenech Adami had embarked on the labours of Sisyphus, in those efforts at persuading, first the Maltese public, as well as, secondly, the European Union, that it was in both the Maltese, as in the whole European Union’s, interests, that our country should form part of that Union.  

Our predecessors were not daunted by the difficulties encountered abroad, as with the diffidence of some fellow Maltese belonging to other Parties. George Borg Olivier and, perhaps much less, Eddie Fenech Adami, had also to cope with internal dissidence, but both, in the course of time, successfully strove on and achieved unity within the Party, and victory at the polls and in the pursuit of policy.

Notwithstanding this process, which is normal in popular, democratically run parties, the party remains, strong and steadfast. It continues to be  a  mass, popular party, which necessarily holds within the design of its mosaic, a gamut of ideological shades of opinions and inclinations within the component tesserae.  

The Party however has an identifying  character which is that of a ‘national’, ‘Christian democrat’’, ‘popular’ Party.  As such it is not a rightwing conservative nor liberal party. Neither is it ‘populist’ or worse.

Because of the principles we hold dear, as well as fully instructed by the long and varied, political experience that we have gained, we do not lose heart biding our time on the opposition benches. Despite the difficulties, we  remain committed to the service to our country, as the popular party we have always been.   












17.3.19

Delega fid-djalettika




1.     Il-Ħadd li għadda, is-sostenituri tal-Partit Nazzjonalista taw risposta ċara.  Il-fatt li tul jum wieħed inġabru xejn inqas minn tlett mija u wieħed u tmenin elf ewro jitkellem waħdu.  Hemm realtà li qed tinbena biċċa biċċa.  Waħda li qegħda tirreġistra ruħha fil-bidla li għaddejja.  Waħda li tagħti kuraġġ.  Waħda li turi li hemm diversi li qegħdin japprezzaw u jappoġġjaw.  Japprezzaw il-linja politika l-ġdida li tittieħed mill-Kap, Dr Adrian Delia.  Jappoġġjaw l-isforzi fil-ħidma varja li mexjin fiha.

Fi proċess ta’ djalogu

2.     Mexjin ‘il quddiem għax tul dawn l-aħħar xhur inbeda proċess ta’ djalogu.  Wieħed bażat fuq il-kuntatt lura mas-soċjetà tagħna.  Dak li għaddej mhuwiex eżerċizzju artifiċjali.  Mhuwiex wieħed intenzjonat biex jittieħdu r-ritratti jew isiru r-rapporti.  Imma huwa wieħed li jrid jara u jisma’ mingħand il-poplu f’dak li qiegħed imiss miegħu.  Imiss miegħu fit-tajjeb u f’dak ferm inqas tajjeb.  Sija fil-vesti preżenti tagħna ta’ Oppożizzjoni, kif ukoll għal dak futur, fejn irridu nifhmu r-realtajiet biex inwieġbu u nirreaġixxu sewwa f’ħidmietna.

F’lokalitajiet differenti

3.     Kelli l-opportunità li nkun mal-Kap tal-Partit waqt li kien qiegħed iżur il-komunità kummerċjali fil-Fgura u f’Raħal Ġdid.  Ittieħdu ritratti, imma l-iktar likien hemm kien dan il-proċess demokratiku.  Għax iltaqa’ ma’ varjetà ta’ persuni, u daħal fi ħwienet ta’ ġeneru differenti.  Tkellem, imma l-iktar staqsa kontinwament.  Għax id-domandi jwelldu diskussjoni, djalogu, u jagħtu lura risposti, ħafna drabi ċari.  Għax għandu ċertament il-kilba li jkun jaf x’qiegħed jiġri.  Irid ikun jaf proprju għax verament jagħti każ.  Jagħti każ dak li jkun qiegħed jingħadlu b’attenzjoni.

Nibnu d-delega

4.     Kull partit irid jibni l-programm elettorali tiegħu.  Jista’ jibnih billi jingħalaq f’kamra u jibda joħroġ b’dak li jaħseb li l-bnedmin fis-soċjetà għandhom bżonn.  Jista’, minflok, jitlaq minn mal-bniedem.  Jitlaq minn ma’ dawk id-diversi punti li verament iġibu differenza fil-ħajja tiegħu.  Ħafna drabi, aħna l-politiċi naħsbu li huma l-proġetti li nidentifikaw bħala “kbar” li ser jiġu nnutati.  Fil-verità, huma iktar dawk li huma “tikkiet”.  Dawk li jbiddlu billi jneħħu l-intoppi li l-Maltin u l-Għawdxin jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kull ġurnata.  Bħal stennija żejda, ansjetà biex wieħed jinqeda f’dak li għandu dritt għalih, f’kelma waħda: rispett fid-dinjità li kull persuna ħaqqha.

Demokrazija indiretta

5.     Proprju għax aħna l-partit ta’ kulħadd fis-soċjetà.  Għax aħna l-partit tal-Ewropa li nifhmu aktar dan.  Minn meta laħaq il-Kap il-ġdid inbeda l-proċess biex nibnu l-programm għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.  Id-demokrazija tagħna hija waħda indiretta.  Hija hekk għax fis-snin serviet tajjeb, u fl-għarfien tal-limitazzjonijiet ta’ dik diretta.  Tista’ titħaddem sewwa u tista’ tiġi abbużata.  Nifhmu aktar dan fil-kuntest tat-teknoloġija moderna, li qegħda issa toħroġ idha biex timmanipula kif naħsbu u kif nivvutaw.

Djalettika

6.     Biex id-demokrazija taħdem tajjeb għandna bżonn djalettika.  Sija dik li tibbaża ruħha fuq il-proċess ta’ bnedmin li jridu jaslu għall-verità, għar-raġuni, kif ukoll f’dik ta’ konflitt, kontradizzjoni bejn ideat varji.  Iż-żewġ proċessi huma neċessarji fis-soċjetà.  Huma neċessarji fil-partit.  Kif ukoll fis-soċjetà.  Kif ukoll fis-soċjetà mal-partit.  L-argumenti, id-diskussjoni, in-nuqqas ta’ qbil ma jinkwetawx.  Huma neċessarji għalina, jekk irridu nwelldu programm ta’ ħidma futura tajjeb.

Elezzjonijiet

7.     Ser ikollna daqt elezzjonijeit għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali.  Dawn għandhom il-piż tagħhom.  Huma l-bidu ta’ dak li qiegħed isir; mhumiex it-tmiem.  Preparazzjoni fil-proċess li għaddej.  Xejn ma jitwieled perfett.  Jista’ jsir aħjar.  Jista’ jitjieb, imma jrid żmien normali li l-bnedmin, fid-diffikultajiet tagħhom, jieħdu.  Nistgħu f’dan niġu kritikati.  Nistgħu nsibu ħafna puritani u dawk tal-partit ta’ “kif suppost”, imma dan ma jaqtagħlniex qalbna.  Dawn jgħinu sabiex wieħed itejjeb dak li aħna.

Il-bidla

8.     Dan għax nifhmu li għandna dmir lejn dan il-poplu, li jrid pajjiż aħjar u tmexxija aqwa milli għandna.  Dak li jixraqlu bidliet verament tajba għalih.  Dak il-poplu li mhuwiex “komdu” jgħix f’soċjetà li sikktet il-kuxjenza soċjali tagħha biex tikkoabita ma’ Gvern li qed jippermetti dak li m’għandux jiġi permess  Il-proċess tal-bidla beda, u qiegħed jirranka sew.  Il-Maratona tal-Ħadd li għadda bagħtet messaġġi lil min għandha.  Il-fiduċja li ġiet reġistrata turi li qegħdin fuq it-triq lejn is-sewwa.  Waħda li qed tibni delega ġdida fid-djalettika.


15.3.19

Ulied l-Unjoni Ewropea




1.     Dan huwa l-partit tal-Ewropa.  Dak li emmen li postu qiegħed ma’ dak il-kontinent.  Postu, kulturalment, ekonomikament, u ċertament politikament, hemm qiegħed.  Diġà, meta fl-1964 ksibna l-Indipendenza mir-Renju Unit, wieħed mill-ewwel passi tagħna kien li nsiru membri tal-Kunsill tal-Ewropa.  Diskors George Borg Olivier f’dak il-jum li sseħibna huwa mimli b’ideat, b’viżjoni ċara u b’appartenenza.  L-ewwel messaġġ tiegħu kien li, issa li aħna indipendenti, qed nidħlu lura fi ħdan il-familja li aħna parti minnha.

Pass naturali

2.     Kien għalhekk pass naturali għalina li nimxu iktar ‘il quddiem.  Il-vantaġġi llum nafu li huma qawwija għalina.  Però, hawn għandna nirreġistraw li batejna sew biex pajjiżna sar membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.  Għandna nfakkru li kienet il-persistenza tal-Partit Nazzjonalista li jidħol, li fl-aħħar, vinċiet.  Waqt li, fuq l-oħra, kien hemm id-diffidenza u r-reżistenza tal-Partit Laburista biex insiru parti.  Infakkru li meta applikajna kien hemm min, fl-ewwel jiem tiegħu fil-Gvern fl-1996, irtiraha.  Infakkru li meta erġajna konna lura fil-poter fl-1998 applikajna u rajna minn kollox min-naħa tal-Partit Laburista biex ma nsirux membri.

Aħna l-partit tal-Ewropa

3.     Fir-realtà, meta tqis dak li ngħidu aħna u dak li jingħad mill-Gvern tal-ġurnata, joħroġ ċar il-kuntrast.  Aħna l-partit li aħna favur, u dawk li jifhmu l-vantaġġi u l-potenzjal tal-Unjoni Ewropea.  Insemmu ħafna vantaġġi li ħadna.  Dawk li jissemmew fil-politika ta’ kuljum juru kemm kien kbir il-pakkett finanzjarju li l-Gvernijiet Nazzjonalisti rnexxielhom iġibu għalina.  Pakketti finanzjarji li xprunawna f’diversi toroq ekonomikament u soċjalment.  Dawk li qatt ma ħadna qabel, dawk li din l-amministrazzjoni taf li m’għandhiex l-abbiltà politika biex terġa’ takkwista.

Pożizzjoni politika

4.     Imma, aktar minn hekk, hemm il-pożizzjoni politika tagħna.  Dik li permezz tagħna nsemmgħu leħinna u għandna s-saħħa tal-vot, li kif nafu, jagħmel differenza.  Dan huwa vantaġġ li qatt ma kellna fis-sekli tal-eżistenza tagħna.  Dan huwa vantaġġ li nistgħu ngħidu, imma m’aħniex.  Għandna madwarna eventi politiċi li qed iseħħu, li m’aħniex nieħdu parti attiva u determinanti fihom.  Għax m’għandniex inkunu dak li Emanuel Macron kiteb tul din il-ġimgħa għalina wkoll: “We cannot sleepwalk through a diminished Europe”.  Ġejjin konsegwenzi fuqna li ilhom jinġabru u li issa uħud bdew jifhmu.

Recover the spirit of progress

5.     F’ittra mimlija punti għal riflessjoni ta’ dan il-President tar-Repubblika Franċiża hemm, dak li nittama, bidu ta’ proċess ġdid.  Proċess li jagħraf fejn aħna u fejn għandna mmorru.  Hemm bżonn pjan ċar u fit-tul li għandu jsir bejn l-Istati Membri f’dak li rnexxielna nwettqu.  Hija ittra mimlija spirtu Ewropew.  Waħda li tolqtok.  Bħalma tmissek il-parti ċentrali fejn jingħad minnha hekk: “Europe is not a second-rank power.  Europe in its entirety is a vanguard: it has always defined the standards of progress.  In this, it needs to drive forward a project of convergence rather than competition: Europe, where social security was created, needs to introduce a social shield for all workers, east to west and north to south, guaranteeing the same pay in the workplace, and a minimum European wage appropriate to each country and discussed collectively each year.”

Take back control

6.     L-Ewropa għandha bżonn mexxejja tajba.  Għandna bżonn iktar minn dawk li jagħrfu li l-proġett Ewropew m’għandux bżonn jiġi inventat mill-ġdid.  Għandu bżonn jitħaddem fl-ispirtu u l-viżjoni li dejjem kellu.  Biex dan iseħħ, għandna bżonn iktar deputati fil-Parlament Ewropew li jagħrfu u jifhmu l-importanza tal-Unjoni Ewropea.  Iktar ulied l-Ewropa.  Għax irridu nassiguraw li jkun hemm iktar minn dawk li huma leali lejn din il-linja li għamlet il-ġid u assigurat progress.  Ma jistax ikollna iktar ipokrezija politika.  Anqas tradiment li joħroġ minn komportament ambivalenti.

Nissudawn ‘l-Unjoni Ewropea

7.     Il-kwistjoni Brexit, ċertament, hija mument importanti.  Taf tkun deċiżiva u determinanti.  Hemm impatt immedjat, imma ħidmitna trid tkun fit-tul.  Irridu nħarsu lejn dak li ġej sabiex naqbżu l-ostakli u l-kumplikazzjonijiet li ser ikollna.  Pajjiżna għandu numru ta’ vantaġġi f’dan.  Nifhmu aħjar il-mentalitajiet li qed jitħabtu bejniethom.  Kemm ser inħaddmu dan kollu sabiex isir il-ġid għalina fil-futur tagħna jiddependi mill-abbiltà politika tagħna.  Kemm ser inkunu kapaċi ningħaqdu bħala membri attivi u mhux passivi ma’ politiċi bħal Macron jiddependi mill-għażla li ser inwettqu f’Mejju.  Għax aħna verament ulied l-Unjoni Ewropea nifhmu kemm dan huwa importanti u deċiżi li, fl-interess nazzjonali, inwettqu l-aħjar għażla.


   

SANTA LUĊIJA – DELITTI RAPPURTATI




9179. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

25/02/2019

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta’ Santa Lucija u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal  tmienja u ħamsin (58). Minn dawn tmintax (18) kienu każijiet ta’ serq.

Seduta  207
13/03/2019

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...