1.
Ilni nikteb għal din il-gazzetta snin twal. Minn meta kont dħalt fl-MŻPN kont bdejt
ngħaddi l-kontributi regolari tiegħi.
Mhux kull artikou li ktibt tul dawn is-snin kien tal-istess livell, imma
kont inħossni komdu li dak li qiegħed ngħid kien ser jiġi apprezzat
mill-editur. Il-ħajja qabel kienet iktar
kumplikata. Tikteb, u l-artiklu tieħdu
inti direttament mentri llum, bil-mezzi teknoloġiċi, sar ferm iktar faċli. Kull qabża saret flimkien mal-editur. L-ewwel ma’ Michael Schiavone u wara ma’
Victor Camilleri. It-tnejn għandi kliem
ta’ tifħir għalihom. L-impenn,
is-sagrifiċċju, l-analiżi politika tagħhom, ir-responsabbiltà kbira f’dak li
jidher u li jingħad sawru fija eżempji ta bnedmin tal-affari tagħhom. Ta’ rġiel onesti u determinati li jkunu
strumenti għas-sewwa.
2.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, ix-xettru tal-gazzetta għadda
minn idejn Victor għal dawk ta’ Roderick.
Inqast, nammetti, li ma kontx pront li ktibt sabiex ngħaddi ftit
riflessjonijiet fuq ħidmet Victor Camilleri fil-mument preċiż, imma l-aġenda
politika tal-partit ma tantx kienet tippermetti. Anzi, bqajt nikteb bil-ħsieb li qiegħed
nibgħatu lill-moħħ analitiku u ċar tiegħu, anke jekk ma kienx għadu qiegħed
hemm. Issa però għadda żmien
biżżejjed sabiex nirreġistra f’rasi x’seħħ u, fl-istess ħin, nikteb żewġ linji
qosra dwaru. Lil Victor kont diġà nafu
qabel dħalt f’ “il-mument” għax kien jieħu ħsieb “In-Nazzjon” u kont nikteb
hemm ukoll, mhux regolarment imma skont dak li l-mużi kienu jispirawni għalih.
3.
Kien jieħu, anke dak iż-żmien, paċenzja bija. Għax l-Editur it-tajjeb irid jikkoltiva,
iktar minn oħrajn, il-virtù tal-paċenzja mal-ħaddiema kollha, speċjalment ma’
dawk li jiktbulu. Mhux dejjem kont
inżomm il-ħin destinat għalija, imma fis-sabar tiegħu, bnejna rapport ta’ ħidma
li ftit kelli bħalu. F’dawn is-snin
fil-politika qattajt ħafna mis-Sibtijiet filgħodu tiegħi, (bħal dan) nikteb u
nibgħat il-kitbiet politiċi tiegħi sabiex, kemm jista’ jkun, inkun qed ngħaddi
dak li kien attwali. Dak li qiegħed
iseħħ fl-aħħar tal-ġimgħa u mhux ġimgħatejn qabel. Żammejt il-pinna tiegħi għas-servizz
tas-sewwa mertu tal-ispazju li huwa ħass li għandu dejjem jagħtini. Drajtu, u naħseb li kien drani sew. Kien jaf li jista’ jiddependi minni, bħal ma
kont niddependi minnu jien. Konna, u
għadna nifhmu lil xulxin malajr.
4.
Bnejt miegħu rabta ta’ ħbiberija li żammet rabta ta’
rispett reċiproku. Kien kapaċi jifhem x’qiegħed
ngħid, u għal min qiegħed ngħidu, ferm iktar malajr minn ħaddieħor. Kien sabiħ ħafna taħdem miegħu. Mhux l-ewwel darba li, matul il-ġimgħa, kont
ngħaddi ħdejh biex naqsu l-ideat ta’ dak li kien għaddej. Kien jistaqsini numru ta’ domandi li kien juri
li l-affarijiet ma tantx kienu jaqbżulu.
Kien editur tajjeb ħafna.
Il-ħaddiema tiegħu kienu jħobbuh u jaħdmu miegħu katina, għalkemm xi
drabi kien ikun hemm dik id-disputa semi-akkademika ta’ kif tikteb kelma jew
kif għandek tesprimi ħsieb. Kellu wkoll
ċertu ndħil, li kien ikun kontra dak li jħoss verament f’qalbu. Dan kont nifhmu u t-tnejn konna naċċettawh,
anek jekk ma konniex ngħiduh lil xulxin.
5.
Victor kellu l-kunfidenza jċempilli u jgħidli: “Għada
iktibli fuq it-tali suġġett”. Ħafna
drabi kont inkun diġà ddeċidejt f’rasi li nikteb fuq dik il-linja, imma kien
hemm mumenti oħrajn meta t-talba tigħu kienet tagħmel iktar sens minn dak li
kont fassalt f’rasi li nikteb. Bqajt
nikteb għal dawn is-snin kollha proprju minħabba din ir-rabta. Għax diversi kienu jgħiduli, matul il-ġimgħa,
li qraw dak li ktibt u għalija dak kien ir-rapport ta’ politika ta’ vera. Il-politika mhux tal-ħmerijiet, imma
tad-dibattitu u analiżi ta’ vera ta’ dak li jkun għaddej u ta’ dak li jkun
ġej. Fuq dan, Victor kellu dejjem
il-melħ neċessarju għal kull editur: li dak li jinkiteb tajjeb jagħtih
importanza. Artiklu, biex jinqara, trid
trid tħalli f’idejn l-editur.
Fil-verità, inti tikteb, tqegħdu għad-disposizzjoni tiegħu, u wara, jara
hu.
6.
Kellu esperjenza twila.
Jiftakar il-mexxejja tal-partit u jafhom tajjeb. Ħadem viċin ma’ diversi fil-laqgħat li kienu
jsiru miegħu. I-moħħ li din il-gazzetta
kellha għad-dispożizzjoni tagħha kien arkivju ta’ informazzjoni, ideat li iżda
kellu dejjem l-umiltà li jerġa’ jitkellem ma’ dak li jkun biex ikun ċert
doppjament li huma tajbin. Is-servizz
twil li ta, ftit mill-qarrejja jafu bih.
Ftit jafu kemm qatta’ żmien u kemm rari ħafna kien ikun imsiefer jew mar
għal xi mistrieħ. Kien dedikatissimu u,
tmur meta tmur l-Istamperija, kont taf li ser issibu wara dik l-iskrivanija
jistenna, jaħseb, jikteb u jisma’.
Il-partit tilfu u għalkemm, m’għandix dubju, li qalbu hemm għadha,
irnexxielu almenu jieħu lura l-ħajja normali tiegħu. Ċert li, ma kull ġurnata li tgħaddi,
jista’ jdur lura u jkollu s-sodisfazzjon
li għamel snin twal jaħdemf is-servizz tas-sewwa.
No comments:
Post a Comment