1. M’huwiex proprju mument faċli għall-Partit Nazzjonalista. L-eventi fil-Parlament, b’żewġ mozzjonijiet inkredibbli, kif ukoll dawk li żviluppaw issa fl-Eżekuttiv tiegħu mhux normali li jseħħu imma kull min jaf ftit storja politika jaf li, f’xi ħin, jistgħu jseħħu. Ħadd ma jista’ jkollu għaqda ta’ bnedmin u jippretendi li dawn iġibu ruħhom dejjem ta’ anġli, serafini u kerubini. Il-politiċi mhux dejjem jaqblu, u meta jirreġistraw dan, mhux dejjem ikunu ċivilizzati u jagħlqu d-diskussjoni, id-djalogu ta’ bejniethom b’dak li l-Ingliżi jgħidu: “We agree to disagree”. Ma marrux lura d-dar kuntenti, jaqbżu bil-ferħ kemm ma qablux, imma baqgħu jitgħannqu, anzi kif rajna, spiċċaw jgħidu u fuq kollox iwettqu azzjonijiet li m’għandhomx. Jaġixxu l-kontra ta’ dak li l-poplu t-tajjeb jippretendi minnhom.
2. M’hemm ebda ħarba minn din ir-realtà li, daqqa jew oħra, isseħħ. Il-konsegwenzi, l-istorja tqishom sewwasew fl-effetti negattivi li tali ġlied, tali nuqqas ta’ qbil, iwassal għalih. Imma hemm qiegħed. Il-fatti huma hemm għal kulħadd. Dak li kien ilu jinġema’ f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat seħħ. Id-diskors fieragħ, l-iżżunżinjar, l-għira u, sfortunatament ukoll, sentimenti iktar baxxi nġabru f’daqqa b’riżultat li ma jitwemmen minn ħadd fix-xenarju Ewropew. Ma jmissux, u huwa żgur tebgħa kerha fuq l-istorja politika tal-Parlament. Ma kellux ikun li l-partit fl-Oppożizzjoni, li jara li hemm membri parlamentari fi ħdan il-Gvern li jridu jwettqu azzjoni ħażina u mill-iktar żbaljata kontra ħaddieħor, flok jippreserva d-dinjità tiegħu u joqgħod lura, minflok jingħaqad magħhom proprju biex jassigura li din issir.
3. Ma kellux ikun, imma sar. M’huwiex sewwa, imma seħħ. Żgur li huwa inġust, imma sar. Kien hawn, u għad hawn agħa fil-pajjiż, fost il-poplu. Nista’ nixhed fuq dan personalment bid-diversi li kitbuli, b’dawk li rajt u għadni nara. Nisma’ u fl-istess ħin nirreġistra kemm għandna bnedmin ta’ rieda tajba li jridu politiċi jimxu fuq il-valuri t-tajba. L-azzjonijiet ħżiena ma niżlu tajjeb xejn, anzi diversi minn kull rokna ħassew li t-tajjeb tilef u dak li m’huwiex tajjeb rebaħ. Din hija r-realtà li l-politiċi li jridu l-ġid lil dan il-pajjiż illum huma ffaċċjati biha u m’għandhomx jaħirbu. Ir-reazzjoni tagħhom għaliha tista’ tmur f’diversi direzzjonijiet. Tista’ taqbad dik tal-passjoni, tkun reattiva kważi immedjatament u tinżel fil-kamp tal-battalja bis-sejf u x-xabla, taqta’ fejn jiġi u kif tħoss li għandha biex twieġeb għal insult daqshekkk kbir, marka indelibbli f’dak li huwa l-anti-politika demokratika.
4. Ġiri f’din id-direzzjoni għandu l-konsegwenzi tiegħu. Iwassal għal dak li m’għandux ikun. M’għandniex bżonn ta’ iktar ġlied intern. Għax nistgħu nirreġistraw quddiem l-elettorat bid-dinjità li ma naqblux ma’ min aġixxa b’dan il-mod, li jmur kontra kull prinċipju ta’ partit mingħajr ma joqogħdu nitqatlu jew naqtgħu ras xulxin. Mhix kwistjoni li m’aħniex kapaċi nwettqu dan, wisq inqas li m’għandniex l-istonku. Kull min qiegħed fil-poter, fil-maġġoranza, jaf proprju l-kontra. Jaf li jrid jeżerċita l-forzi tas-sewwa fuq nnifsu (kważi litteralment jorbot lilu nnifsu) bix ma jweġibx b’azzjoni żbaljata għal dik il-ħażina li rċieva. Il-kalma, fl-opinjoni tiegħi, għandha tkun il-gwida tagħna.
5. Ir-raġuni qatt ma riedet forza. Anzi, meta jkun hemm il-forza, il-vuċi tar-raġuni tispiċċa tindifen u ma tiġix mismugħa. Għandna żgur, mhux forsi, nkomplu nirreġistraw x’ġara. Għandna ngħidu li ma naqblux u li kull min ġieb ruħu b’dan il-mod irid jifehm li ma kellux iwettaq dan. Niftakru mill-ġdid kif ġieb ruħu l-partit bejn l-1981 u l-1987. Inżommu quddiem għajnejna li, anke jekk il-passjonijiet tagħna jridu jaħkmuna b’mod ieħor li, meta nitilfu l-viżjoni, aħna nkunu qed nippremjaw lil min m’għandniex. Il-Partit Laburista, li għandu fuqu r-responsabbiltà ta’ dan u daħħal fl-istorja tiegħu, għal darb’oħra, aġir żbaljat minn dak li kien wettaq b’tant abbiltà fil-passsat, jiġi ppremjat. Jiġi mogħti vantaġġ politiku f’dawn iċ-ċirkostanzi illoġiċi u viċin il-ġenn assolut. Għax partit li m’huwiex kapaċi jamministra bil-kalma din is-sitwazzjoni ma jingħatax kredtu mill-elettorat. U jekk niġru, hekk jiġri. Din hija r-realtà, ngħidu x’ngħidu.
6. Is-sitwazzjoni hija iebsa, hija kiefra, ma hemmx dubju. Hija mill-iktar umiljanti u tweġġgħek ma’ kull jum f’din l-aħħar fażi tal-leġislatura. Għax dawn il-feriti politiċi ma jingħalqux, imma jibqgħu kontinwament miftuħa. Għax fejn qatt kienet li, proprju l-Partit Nazzjonalista kellu jara fi ħdanu membri parlamentari jġibu ruħhom kif ġiebu? Huwa żgur aġir tad-daqqiet ta’ ħarta, imma hemm qiegħed, u niżbaljaw jekk naġixxu fuq l-istess livell. Irridu nżommu l-kalma u nifhmu li t-tkomplija tal-leġislatura tippermetti li programm il-Gvern jitwettaq. Il-prinċipji demokratiċi nsara, anzi, jkomplu jiggwidawna f’din il-parti tal-istorja tagħna. Irridu namministrawha tajjeb. Irridu noqogħdu ‘l bogħod mill-passjonijiet sabiex fil-paċi niddeċiedu aħna l-affarijiet. Jekk għandna mmorru għal elezzjoni ġenerali, immorru meta niddeċiedu aħna u mhux meta ħaddieħor jimponiha fuqna. Naħirbu l-passjoni tal-korla inutli u nżommu l-paċi interna tagħna għas-sewwa.

No comments:
Post a Comment