1. Il-pubblikazzjoni ta’ żewġ abbozzi ta’ liġi, kif imħabbra nhar il-Ħamis, 30 ta’ Settembru mill-Prim Ministru f’konferenza stampa, għandhom iservuna bħala passi ta’ għaqda u mhux ta’ konfront. L-abbozzi ta’ liġi li jdaħħlu l-kunċett tal-Whistleblower u dak li jemenda fil-fond il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni huma opportunità unika sabiex iż-żewġ naħat tal-Kamra jingħaqdu. Hawn opportunità għal iktar maturità u għarfien lill-poplu li kull naħa, Gvern u Oppożizzjoni, huma kontra l-illegalità u l-korruzzjoni.
2. Għalkemm hemm min jaħseb li f’dan il-perjodu partit jista’ jirbaħ punti politiċi billi jimplika u jakkuża lill-ieħor b’aġir żbaljat, b’dak ta’ korruzzjoni, fir-realtà mhux qed jinduna li qiegħed iċekken il-klassi politika kollha. Kemm ilni fil-politika ppruvajt ma naqax fin-nassa li ngħajjar lill-membri taN-naħa l-oħra bħala persuni li huma korrotti. L-ewwel, għax ma nemminx li xi ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra huwa korrott, anzi nemmen li nkun qed nikkorrompi t-tessut demokratiku jekk nallega li xi ħadd huwa korrott, meta naf li dan mhux! It-tieni, għax nagħraf li l-Parlament għandu jkun dejjem magħqud kontra l-korruzzjoni li ssir barra u li, meta nidħlu f’kontroversji politiċi inutili tispiċċa minflok tinqabad, tiżgiċċa u taħrab.
3. L-Oppożizzjoni, anke jekk ma taqbilx ma’ dan għax forsi tħoss li qegħda titlef “xi żiemel tal-battalja”, trid tirrikonoxxi li min huwa korrott ma jagħmilx miżuri legali intenzjonati sabiex jinqabad, imma jaħrabhom u ma jagħmilhomx. Naħseb li huwa żball politiku fit-tul li l-partit mhux fil-Gvern jipprova jċekken dawn il-miżuri li qegħdin jingħaqdu ma’ diversi oħra. Ħidma fid-direzzjoni opposta hija iktar indikata fil-klima politika tal-lum, fejn aktar persuni fl-elettorat tagħna jħarsu lejna b’xettiċiżmu u kritika, fejn kull pedestall jew rispett tmermer. Irridu ningħaqdu għall-politika t-tajba, li t-tnejn nittama li rridu.
4. Ma nippretendix ftaħir għal dawn il-passi legali, li fihom qegħdin ninkludu atti ta’ illegalità u korruzzjoni fis-setturi privati, kummerċjali u pubbliċi, però naħseb li jkun żball li nippruvaw nitqatlu meta t-tnejn għandna nagħtu sehemna iktar. Għamilna ħilitna sabiex infasslu abbozzi ta’ liġijiet li jwieġbu għall-kumplessità u għall-iżviluppi tal-lum. Ikun żball tal-Oppożizzjoni li, flok tieħu sehem bil-kalma mingħajr polemiċi żejda, topponi u ċċekkinhom. Il-verità hija li hemm lista’ twila ta’ liġijiet li saru tul dawn l-aħħar snin sabiex inżidu fil-mekkaniżmi ta’ kontroll li hawn il-bżonn li nwassluhom lill-poplu, miż-żewġ naħat tal-Kamra.
5. Huwa żball li bil-kritika nagħtu l-impressjoni li dawn l-għodda legali u amministrattivi favur, u għad-disposizzjoni taċ-ċittadin, ma jeżistux. Meta nagħmlu dan inkunu qed insaħħu l-korruzzjoni u l-illegalità għax in-numru ta’ persuni li qed jaraw u ma jitkellmux u li jridu jersqu 'l quddiem biex jirrappurtaw, jonqos. L-impressjoni li tingħata bil-misinformazzjoni hija fiha nnifisha kontro-produċenti għax flok turi li hemm sistema, li min verament ikkommetta atti ta’ korruzzjoni hemm liġi li tikkastigah; hemm diversi, anzi hemm varjetà ta’ istituzzjonijiet li jinvestigaw tali fatti u jieħdu l-passi jekk ikun il-każ, dak li jkun minflok jaħseb li dawn ma jeżistux, u min iwettaq dawn l-atti jibqa’ ma jinqabadx.
6. Issa, iktar u iktar bl-abbozz ta’ liġi dwar il-“Protezzjoni ta’ Min jiżvela Informazzjoni li tkun Protetta” ser ikun hemm għodda għal dak il-ħaddiem li qiegħed jara irregolarità, illegalità fil-post tax-xogħol u li flok jimxi 'l quddiem u jirrapporta, joqgħod lura u ma jitkellimx. Dan l-abbozz iżid fit-trasparenza, fil-kontabilità, fil-legalità, imma fuq kollox iżid fil-valur tax-xogħol għall-ħaddiem Malti u Għawdxi. Iżid, l-ewwel, għax jara tibdil u osservanza tal-liġi fil-post tax-xogħol, fl-ambjent, fil-kundizzjonijiet ta’ saħħa tiegħu; u t-tieni, jassigura aktar l-istabilità tal-post tax-xogħol tiegħu, tal-impjieg tiegħu għax jassigura li l-kumpannija li jaħdem fiha taħdem skond is-sewwa u tosserva l-kapital tal-patrimonju tagħha u mhux titilfu fl-illegalità.
7. Hawnhekk hawn opportunità unika għall-politika Maltija. Meta naħa tgħajjar lill-oħra bil-korruzzjoni, bl-aġir żbaljat, ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li fost il-poplu kulħadd jaħseb li naħa hija korrotta u ma jibdewx l-ispekulazzjonijiet u l-għidut fuq min ikun xeħet it-tajn. Mingħajr konfronti u polemiċi inutili għandna nibgħatu l-messaġġ hemm barra li ż-żewġ naħat tal-Kamra huma magħquda kontra l-korruzzjoni. Dawn l-abbozzi saru bl-ikbar serjetà u ħadna l-passi kollha neċessarji sabiex ikollna l-aqwa liġijiet li jiffunzjonaw f’pajjiżna u għalhekk nappella sabiex flok inċekknuhom, ningħaqdu sabiex ikunu mezzi effikaċi u diretti li l-poplu, il-ħaddiem ikollhom fiduċja sħiħa fihom sabiex jużawhom kif jixraq.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
5.10.10
26.2.10
Wara x-Xitwa
1. Ma nafx liema politiku jista’ jgħid li fil-ħajja pubblika tiegħu m’għaddiex minn problemi ta’ ċertu entità. Min jagħmel din id-dikjarazzjoni jkun qed jiċċertifika l-karriera tiegħu bħala sterili u mingħajr ebda marka. Il-politiku t-tajjeb, dak li jħalli memorja tajba warajh huwa dak li jħares lejn il-problemi li ħaddieħor jarahom bħala impossibbli, jaffrontahom u jġibom possibbli. Ħidmet il-politiku hija mingħajr dubju mimlija bi kwistjonijiet, intoppi u barrieri imma l-istorja tiġġudikah b’kemm kien kapaċi joħroġ il-pożittiv minnhom.
2. Ix-xitwa ġġib magħha l-maltemp, ix-xita u l-kesħa. Għalkemm mhux kull staġun huwa l-istess fl-intensità tiegħu, però nafu li mingħajr xitwa kif għandha tkun ma jkollniex il-frott f’dawk l-istaġuni ta’ wara. L-intensità u l-kwantità ta’ l-ilma li nirċievu huwa determinanti għalina bħala pajjiż. Pajjiż li m’għandux il-muntanji jew xmajjar, imma b’xi mod sab l-alternattivi tajbin għax proprju bl-intelliġenza, il-kuraġġ, id-determinazzjoni u l-perseveranza tal-politiċi tagħna li għandna soċjetà Maltija li hija l-ikbar f’kull seklu ta’ eżistenza tagħna.
3. F’dawn il-jiem rajna parti mill-bijografija ta’ ħajjet il-President Emeritu Eddie Fenech Adami fuq ix-xandir nazzjonali. Diversi minna ħassew ruħhom meħuda lura fil-passat. Għadda minn mumenti iebsa u proprju kienu dawn li għaġnuh f’dak li sarraf bħala mexxej fil-poter. Kien l-inkwiet, id-diffikultajiet, in-nuqqas ta’ korrettezza, l-aġir anti-demokratiku li sawwru u basktu t-tafal li jifforma ġismu. Ma nistgħux nippretendu, bħalma hu ma ppretendiex, li mexxej politiku jista’ jagħżel il-problemi li għandu jaffronta. Dawk li jiġu jridu jintgħelbu, kif u skond l-għaqal politiku li jġorr.
4. M’għandix dubju li l-mexxej preżenti tagħna Lawrence Gonzi m’għandu ebda sitwazzjoni jew xenarju differenti. Problemi kienu hemm, għad hemm u għad irid ikun hemm – ħadd ma jista’ jaħrab dan. Anzi, l-istorja tgħallimna li l-mexxejja l-kbar kienu u jibqgħu dawk li vinċew. Dawk li sabu l-maltemp però ħadmu sabiex ġiebu l-kalma, dawk li sabu ruħhom fl-ilma jagħli u flok tfarrku ssudaw iktar ruħhom huma l-mexxejja l-kbar. Lawrence Gonzi, minn meta ħa l-ġurament tiegħu bħala Kap ta’ dan il-Partit kellu jaffronta l-problemi u minn dak li għandna quddiemna għelibhom kif kellhom jingħelbu.
5. M’għandux ix-xenarju li kellna meta konna fl-Oppożizzjoni u dak li mmaterjalizza wara li dħalna lura fir-responsabbiltà tal-Gvern wara sittax-il sena, imma għandu xenarji oħra u l-Bambin ibegħedna milli jerġa’ jkollna dan. Kull pożizzjoni fiha diffikultà tagħha u ma tistax tiġi mċekkna jew minimizzata. Is-sabiħ tat-tnejn huwa li żammew il-kalma, mxew bir-raġuni u spiraw ruħhom fil-prinċipji demokratiċi nsara. Ma smajna b’ebda forma ta’ imġieba ħażina. Ma rajnihomx jitilfu l-għaqal tagħhom fi ħmerijiet, aġir li jnaqqas id-dinjità tal-bniedem iżda żammew id-dekor u l-imġieba korretta. Mhux biss, imma l-poter f’ebda mument ma tela’ għal rashom, anzi żammew l-ego tagħhom f’postu.
6. Ix-xitwa tiġi u tkun traġedja jekk ma tiġix. Però warajha jiġu l-istaġuni l-oħra. Il-paċi interna li għandna u l-għarfien li rridu naħdmu kemm nifilħu sabiex nagħmlu l-ġid lill-poplu tagħna jżommna għaddejjin f’dak li rridu nagħmlu. Il-Partit Nazzjonalista fis-snin li ilu jeżisti kellu l-barka ta’ mexxejja għaqlija, onesti, nsara u ppreparati għal kull forma ta’ nkwiet. Dan hu anki llum bil-Prim Ministru tagħna bl-eventi li qed ibasktuh u jissudawh f’dak li hu kapaċi jkun mexxej għaqli u sod ta’ dan il-poplu Malti u Għawdxi. Ix-xitwa tiġi, però warajha jiġu l-istaġuni l-oħra.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Il-Mument tal-21 ta' Frar 2010

Il-Greċja ta' Papandreou
1. Ftit xhur ilu kelli l-opportunità li niltaqa’ mal-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja George Papandreou. L-okkażjoni kienet laqgħa li saret ġewwa Berlin għall-kapijiet ta’ diversi gvernijiet fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt. Hemm kelli l-ħin li niddiskuti miegħu fit-tul sija l-problema ta’ l-immigrazzjoni irregolari, kif l-aħjar wieħed jidħol għaliha fl-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll diversi sitwazzjonijiet internazzjonali. Rajt li huwa ppreparat u anzi determinat li jibda jirriforma dak li l-Greċja għandha.
2. Ir-rapporti diplomatiċi bejnna u l-Greċja huma tajbin ħafna. Naqblu fuq diversi punti ta’ ħidma u nista’ liberament ngħid li fiż-żmien li sibtni nokkupa din il-kariga kelli appoġġ fil-linji ta’ azzjoni li ħadt, jew ppruvajt nieħu. Mort ukoll f’Ateni u xtaqt li jkolli l-Ministru tal-Intern Grieg f’pajjiżna, imma dan ma kellux ikun. Niftakar li Prokopis Pavlopoulos kellu sitwazzjonijiet xejn faċli x’jaffronta, b’diversi rewwixti li qamu fl-ibliet prinċipali. Għal xhur sħaħ għaraq id-demm.
3. Il-problema li wiret dan il-Gvern ta’ Papandreou hija fis-sustanza l-istess li kellu ta’ qabel, salv li meta Karamanlis (li ġie f’pajjiżna u ltqajt miegħu wkoll) kien ipprova jibda proċess tar-riformi neċessarji sab quddiemu ħajt imkaħħal bi strajkijiet, vjolenza fit-toroq u aġir anti-demokratiku mill-anarkiċi. Niftakar waqt li kont f’dik il-belt, li minnha nbdiet ħafna miċ-ċiviltà Mediterranja tagħna, ġejt imgħarraf li ta’ kuljum partijiet minnha kienu qed jingħalqu minħabba dimostrazzjonijiet varji.
4. Il-Greċja għadu l-pajjiż li għad għandu fil-Parlament tiegħu partiti fuq ix-xellug estrem attivi u għalhekk għall-partit konservattiv ta’ Karamanlis kien iktar komplikat sabiex issib tarf, speċjalment tad-dimostrazzjonijiet tal-unions varji. Issa l-Gvern Soċjalista għandu quddiemu defiċit ta’ kważi tlettax fil-mija (13%) li jrid jara kif sejjer b’xi mod iniżżel għal tlieta fil-mija (3%), li huwa aċċettabbli fl-Unjoni Ewropeja taħt ir-regoli ta’ stabbilità finanzjarji. Id-deċiżjonijiet li Papandreou jrid jiffaċċja u jieħu m’humhiex jew ser qatt ikunu faċli. Altru tgħid fuq karta u altru tipprova twettaqhom f’atmosfera ostili għall-aħħar.
5. Id-deċiżjonijiet, u nittamaw, l-id soda fuq ir-riedni taż-żiemel sfrattat ta’ l-Istat Grieg għandhom effett mhux biss direttament fuqhom, iżda anke fuqna. Jekk il-Prim Ministru Grieg iżomm sod allura ma jkollniex l-effetti negattivi li defiċit ta’ dak il-marġini għoli ser inevitabbilment iġib fuq kull membru tal-Unjoni Ewropeja. L-impatt fuq l-ekonomiji taż-żona ewro ser ikun iebes, meta tqis li l-Griegi huma debituri bankarji varji fl-ammont ta’ 300 biljun dollaru. Jekk ma jżommux mal-linja ta’ riforma, d-defiċit tagħhom iġib kriżi finanzjarja oħra.
6. Is-sitwazzjoni hija verament ta’ serjetà kbira meta tikkonsidra li ma nafx x’jonqoshom jagħmlu biex joħorġu mill-kriżi. Hemm diġà ipotekati toroq u l-ajruporti tal-pajjiż. Għandhom kumpannija “Aeolas” li rahnet id-dħul kollu ta’ l-ajruplani għal snin twal, kważi sal-2019. Oħra, l-“Areadne” rahnet id-dħul ta’ l-Istat mil-lotteriji nazzjonali. Il-Greċja daħlet uffiċjalment fil-kategoriji ta’ Stati Ewropej li qegħdin fix-xifer ta’ kriżi mega-finanzjarja u dan mhux 'il bogħod fl-Istati Uniti, imma tefgħa ta’ ġebla 'l bgħid minna.
7. Pajjiżna dan qisu m’huwa xejn. Għal uħud qisu ma teżisti ebda problema barra minn xtutna li ser taffettwana, għax għandek uħud jgħixu f’dinja għalihom. Jgħidu x’jgħidu dawk li ma jridux il-ġid lill-Gvern, però aħna qegħdin ferm aħjar minn ħaddieħor. Is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tagħna hija aqwa minn dik ta’ oħrajn u hemm bżonn li napprezzawha. Jekk naġixxu b’mod irresponsabbli nispiċċaw li nkissru dak li, fl-aħħar tal-ġurnata, huwa fl-interess ta’ kull min jgħix f’dawn il-gżejjer li jinżamm. Bħall-ġudizzju ta’ Salamun, il-poplu jagħżel min huwa favur li jippreserva l-ġid tat-tarbija, mhux li joqtolha billi jħarbatha.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Illum tal-21 ta' Frar 2010

Kunċetti diġà meħlusa
1. Il-politika għandha sejħiet differenti għal dawk li jiddeċiedu li jipparteċipaw fiha. Hemm min jinġibed lejha, jew jiġi mbuttat fiha jew jitlef rasu warajha, però mhux kull persuna tapprezza li din hija ħidma umana li ilha snin twal tiġi eżerċitata. Ninnota li diversi jaħsbu li kull ma trid huwa li tinġieb ma’ l-elettorat sabiex issib ruħek fil-Kamra tar-Rappreżentanti, bil-possibilità li titkellem u kull persuna fil-pajjiż tagħti kasek. Fortunatament il-ħajja pubblika titlob ferm aktar minn dan. Titlob formazzjoni politika.
2. Bħall-mużika, din tista’ tiġi jew minn preparazzjoni akkademika jew bl-udit, bl-esperjenza. Ta’ l-ewwel għandhom il-vantaġġ li qraw, għarblu dak li qalu ta’ qabilhom u fehmu x’ideat politiċi jħaddnu, jew aħjar, għandhom iħaddnu. Tat-tieni jridu jaraw it-trapass taż-żmien jgħaddi minn fuqhom sabiex jieħdu l-għerf u l-għarfien ta’ dak li għandhom jgħidu u jaħsbu. L-agħar dejjem, fiż-żewġ kategoriji, hija l-arja u n-nuqqas ta’ umiltà. Meta bniedem jaħseb li huwa diġà lest u misjur għax għandu s-siġġu, kull ma jkun qed jagħmel hu li jaqa’ għaċ-ċajt, anke jekk ta’ madwaru ma jkunux qed jiftħulu għajnejh.
3. Tispiċċa terġa’ tisma ideat li ilhom li ġew skartati s-snin, ripetuti lura fix-xejn, qishom ġew skoperti l-bieraħ taħt xi ġebla mwarrba u minsija. L-agħar li tant hawn nuqqas ta’ kultura politika, sija fil-klassi politika nnifisha kif ukoll fil-poplu, li dak li hu passat jidher preżent, dak li hu medjokri jidher attwali, dak li hu sterili jidher fertili. Il-politika għandha magħha l-mażżra tal-marda ta’ dawn is-snin li mhux is-sustanza tagħha hija importanti, imma dak li tidher li hija.
4. Dan l-aħħar smajt vuċi fil-kamp ta’ l-Oppożizzjoni tinsisti li għandu jkun hemm is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja, li kienet waħda tajba l-iktar għax wieħed jinnota li minn żmien għal żmien f’dak il-Partit Laburista ssib min irid jerġa’ jappella għal sezzjoni tiegħu li hija anti-klerikali. Huwa ċar li f’dak il-Partit, l-għażla lejn ideat ta’ moderazzjoni lejn il-Knisja jieħdu l-majnati tagħhom. L-agħar hu li wieħed jipprova jpinġi lill-Istat Malti bħala li huwa mmexxi mill-Vatikan jew mill-Isqfijiet tagħna, meta kulħadd jaf li mhux il-każ.
5. Is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja ilha prattikata f’dawn il-Gżejjer għal ħafna snin u m’hawnx bżonn ta’ xi ċaqlieq fuq dan. M’aħniex Stat immexxi mir-reliġjużi u ilna wieħed lajk. Jekk hemm min għadu ma fehemx dan qed jiżbalja u mhux qiegħed jagħraf sekli ta’ storja li wassluna fejn aħna llum. Il-fatt li l-Istat Malti huwa lajk però ma jfissirx li għandu jkun wieħed li jippromwovi l-ateiżmu, jew agħar, wieħed li ma għandu ebda forma ta’ prinċipju etiku li jmexxih. Il-kunċett ta’ lajċiżmu ta’ l-Istat m’huwiex wieħed li jitlaq minn pedament fejn ma hemm ebda morali ta’ xejn. L-iStat, għax mhuwiex Knisja, ma jfissirx li m’għandux l-ordni morali tiegħu, l-prinċipji etiċi li permezz tagħhom jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u l-familja.
6. Jekk “il-viżjoni” ta’ Stat sekulari huwa dak ta’ wieħed li huwa liberat minn xi forma ta’ prinċipju etiku, allura qed naqbdu t-triq lura lejn il-kaos, it-taħwid, it-tgerfix, fejn ir-regoli huma ineżistenti. Il-libertà timxi id f’id mal-ġustizzja. Meta tifridhom, il-baħar tmur. Il-periklu qiegħed hemm għas-soċjetà. Għax komunità ta’ bnedmin ma tgħix u ma tmurx 'il quddiem jekk ma jkollhiex linji ta’ gwida. Ħadd ma jista’ jgħid li l-Gvern jirċievi l-ordnijiet mill-Knisja. Dan però ma fissirx li aħna kontra u li ma nagħtux piż lil dik il-vuċi jew li nitilqu mill-prinċipju li għandna ninjorawha jew nippruvaw inżebilħu lit-tagħlim tagħha.
7. Aħna għandna sens qawwi ta’ dak li għandu jkun l-Istat demokratiku, però dan ma jfissirx li aħna narawh bħala strument għama li ma jafx fejn ser jasal. L-Istat huwa strument formidabbli sabiex permezz tiegħu jsir il-ġid fil-pajjiż. Nemmen fl-ugwaljanza, però iktar minn dan, inħaddan bħala valur aqwa l-ġustizzja. Biex tassigura li kull persuna f’dawn il-gżejjer timxi 'l quddiem u jkollha l-bibien miftuħa trid tibni liġijiet li jridu jkunu bbażati mhux fuq sempliċi kriterji arbitrarji, iżda fuq dawk il-prinċipji etiċi li jassiguraw il-ġustizzja soċjali u l-libertà.
8. Uħud, fil-ġudizzji sommarji tagħhom jaħsbu li għax tiddikjara ruħek demokratiku-nisrani huwa xi xkiel fil-ħidma tiegħek bħala bniedem ta’ l-Istat, inkella li inti m’intix kapaċi taħseb imma inti maħkum minn xi forma ta’ fundamentaliżmu. Il-verità hija li mertu tal-formazzjoni politika ta’ l-esperjenza ta’ kuljum sabiex tagħmel il-ġid lill-proxxmu u lill-komunità, kultant jaħarbilna dak li jitressaq minn diversi bħala soluzzjonijiet u għażliet. M’għandix biża’ mill-ideat li nħaddan. Nemmen fihom u nkejjilhom ma’ kull ġurnata, però m’jiniex maħkum iżda persważ. L-Istat Malti huwa lajk u sekulari però l-politika li titmexxa trid tiġi ispirata minn fonti. Fortunatament din hija ċara u identifikata. Mhix ħaġa moħġaġa li ma tafx fejn trid tibda jew tispiċċa. Aħna għandna partit stabbli fl-idejal demokratiku-kristjan. Ħaddieħor għadu qed ifittex fejn sejjer iqiegħed ruħu.
9. Is-soċjetà tagħna, minkejja kull kritika li ssirilha, hija waħda li tfittex li tara l-verità u l-fatti u mhux l-illużjonijiet. Għalhekk nemmen dejjem iktar li hemm preferenza li l-politiċi wieħed ikun jaf x’jaħsbu qabel jiġu eletti, u mhux wara. Fl-aħħar mill-aħħar, fl-għażla elettorali ċert li l-piż imur favur dak il-partit (li taqbel jew ma taqbilx miegħu) taf f’hiex jemmen minn dak li qed jiddikjara minn issa li ser idur skond ir-riħ. Il-poplu jifhem li min għandu prinċipju jaf fejn hu miegħu u huwa lilu li jsostni bil-vot tiegħu.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Il-Mument tal-14 ta' Frar 2010

Id-deċiżjonijiet mhux faċli
1. Dak li jkun ser jiġi mwettaq fil-pajjiż għandu dejjem ikollu ħsieb warajh. Mhux biss attenzjoni, kalkolu u għaqal però wkoll linja ta’ prinċipji etiċi li fuqhom wieħed jibbaża l-istruttura ta’ soċjetà. Taqra d-diversi bnedmin bħalna li xtarrew l-Istat u kif għandu jiġi strutturat u nsibu diversi pariri interessanti. Ibda minn Platun u kompli b’Aristotli – kollha ħabblu rashom sabiex jaraw jekk hux bil-monarkija, bl-oligarkija jew bid-demokrazija l-aħjar mod ta’ kif torganizza Stat. Wara daħlu fil-fond fuq il-prijoritajiet li l-mexxejja magħżula għandhom jieħdu in konsiderazzjoni, fit-tmexxija tal-affarijiet tal-pajjiż.
2. Dawn u diversi oħra raw li hemm sens li sabiex wieħed jibni sew irid jaħseb fuq qafas u linja ta’ prinċipju. L-alternattiva għal dan huwa l-kaos, l-anarkija, it-taħwid u n-nuqqas ta’ ordni jew organizzazzjoni. Illum il-ġurnata nerġgħu niġu f’dawn il-pożizzjonijiet b’movimenti ta’ għaġġla differenti. Il-manipulazzjoni ta’ l-opinjoni pubblika hija verament iktar sofistikata u komplikata. Hemm sfortunatament il-ħsieb li jekk persuni fil-politika jridu jieqfu jaħsbu u jaraw dak li qed isir dan huwa xi żball u anzi hemm in-neċessità li tgħaġġilhom billi tagħtihom x’jifhmu li l-poplu suppost irid deċiżjoni mod u mhux ieħor.
3. Illum il-ġurnata l-politiku jsib lilu nnifsu diversi drabi ffaċċjat b’deċiżjoni fundamentali: jagħmel dak li jara li huwa sewwa jew dak li hemm uħud fil-gazzetti jsabbtu l-pinen tagħhom fuqha. Il-politika, fl-esperjenza u minn dak li qrajt u rajt, titlob ferm iktar. Titlob, żgur mhux forsi, formazzjoni interna sabiex ikollok boxxla ta’ dak li għandu jsir biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem. Diversi mumenti ttieħdu deċiżjonijiet li, fil-bidu, dehru “strambi”, “iebsa” jew “drastiċi” però maż-żmien il-perċezzjoni tagħhom spiċċat u ħarġet il-verità li kienu ta’ ġid sħiħ għas-soċjetà Maltija. Biss, warajhom kien hemm bnedmin li kellhom il-kuraġġ jimxu fit-triq it-tajba kontra l-kurrenti kollha.
4. Ma nemminx li nkunu qegħdin inservu skond il-ġurament li ħadna jekk naqbdu u ngħidu “iva” għal dak kollu li jiġi propost mingħajr ma neżaminaw sew is-sustanza u mhux l-apparenza ta’ dak li jingħad. Mhux biss, imma anqas ma nkunu qed inġibu ruħna korrettement jekk kemm il-darba mmorru lura minn dak li aħna u minn dak li nemmnu fih. L-ankri politiċi tagħna huma ċari, dejjem magħrufa mill-poplu u anzi, apprezzati. Il-pajjiż, kif kull elezzjoni ġenerali tindika, jfittex li jagħti l-piż tar-responsabbiltà, dak is-salib, lil min għandu ideoloġija politika ċara u mhux imċajpra jew tal-konvenjenza.
5. F’dan tajjeb li nirrikonoxxu wkoll li l-irġulija għandha tiġi apprezzata. Meta l-politiku jmur lura minn dak li jemmen fih jew li jgħid, bil-quddiem li beħsiebu jabbanduna dak li suppost jemmen fih biex ikollu l-libertà li jagħmel li jrid, allura jitlef mill-punti elettorali. Il-pajjiż anzi jammira u jsostni lil min għandu l-kapaċità li jipperswadi bl-użu tar-raġuni u li jkollu l-kuraġġ li jsostni ħidmietu, independentement mid-duħħan li jidher ġej għalih.
6. Il-pajjiż tagħna baqa’ sa issa jfittex is-sewwa. Baqa’ jrid jifhem u japprezza r-raġunijiet wara deċiżjoni u wara oħra. Dan hu li jagħmilna, dak li aħna anke jekk min jikteb fil-gazzetti ma jifhimx biżżejjed. Anzi, jaħseb li għandu quddiemu bnedmin li kull ma tkeskishom fuqu, jibilgħu. Il-valur kbir ta’ dan il-pajjiż qiegħed fil-fatt li jagħraf li mexxejja vera huma dawk li jidħlu għad-deċiżjonijiet u mhux dawk li, minflok, jaħirbu mill-problemi b’soluzzjonijiet apparenti.
7. Iva, fl-aħħar tal-ġurnata kulħadd jaf li d-deċiżjonjiet mhumiex faċli u għalhekk ħaqqu mertu min jaffrontahom sewwa.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Illum tal-14 ta' Frar 2010

Subscribe to:
Posts (Atom)
UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT
22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...
-
20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f&...
-
18543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ ...
-
20869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoq...