14.11.24

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - AJRUPLANI MILITARI/STATALI - TALBIET

22078. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess perjodu?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22075.

Seduta  275

11/11/2024

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - AJRUPLANI MILITARI/STATALI - TALBIET

22077. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2023?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22075.

Seduta  275

11/11/2024

L-ERBGĦA FILGĦODU

1. Id-demokrazija titlob attenzjoni bħal kull pjanta fraġli, imma sabiħa, li trid il-kura tal-ġardinar. Jekk ma tiġix sostnuta u mitmugħa sew tmur lura u tikber ħażin. Inkella agħar, titbiel. F’dan aktar għax biha nsostnu l-istruttura tal-ordni soċjali li pajjiż għandu bżonn. Waħda li tassigura post aqwa għall-bnedmin. Post li jkabbar it-tama, u fl-istess ħin jassigura l-iżvilupp tat-talenti. Prorprju f’dan, wieħed irid iqis sew dak li għandna fid-demokrazija tagħna. Dan fil-kuntest li ħafna drabi nduru fuq id-demokraziji tal-oħrajn u nippretendu aktar minnhom. Nippretendu li jkollhom l-aqwa parteċipazzjoni, l-aqwa mexxejja, l-aqwa liġijiet. Imma f’dan, ninsew tagħna.

Kumdità

2. Ninsew li f’dawn il-gżejjer hemm protesta qawwija għaddejja. Waħda silenzjuża li tidher sew fis-sondaġġi li jsiru sporadikament, inkella li jimmaterjalizzaw fl-elezzjonijiet. Jistgħu ma jaqtgħux kemm ser iġib voti partit jew ieħor, imma huwa ċert li n-numru ta’ dawk li qed jagħżlu b’mod leġittimu li ma jivvutawx qed jikber sew. Terz tal-elettorat huwa deċiż li jibqa’ ’l bgħid milli jersaq lejn il-kaxxa tal-vot. Mhuwiex parti minn dak li hu għaddej għax ma jridx ikun f’dak li huwa ma japprovax. Dak li pajjiżna għadda minnu f’dawn l-aħħar snin ma tantx jagħmel ġieħ lill-klassi politika. U għalkemm hemm min jaċċetta dan l-istat ta’ fatt bħala reazzjoni għall-korruzzjoni, għar-regħba li għaddejja u għal egoiżmu iktar rampanti, oħrajn jinsabu komdi jinjoraw.

Perikoluż

3. Huwa f’dan mill-iktar serju dak li għaddej għax m’aħniex nagħtu widen lil din il-parti tad-demokrazija tagħna. Għandna ninkwetaw li sena wara sena għandna persuni li ma jridux li jkollhom affari mal-politika preżenti. Bnedmin li ċertament isegwu sew, imma ma japprovawx. Iktar gravi għalija huwa li hemm distakk mill-klassi politika sabiex tibqa’ tiddikjara li hija tajba u ħaddieħor, f’xi mument, ser jiġi lura għax jiġi fil-bżonn. Flok tifhem li trid tinbidel qed issostni minflok li tibqa’ l-istess. Tibqa’ ma tridx tħares lejn l-interessi veri tal-poplu u taħseb li ġaladarba dawk li huma, jew li tagħżel li jkunu madwarek qed iċapċpu, allura kollox huwa sejjer tajjeb.

Eżempju

4. Veru f’dan aktar li wieħed iħares lejn dak li seħħ fl-Istati Uniti tal-Amerika. Nistgħu ma naqblux ma’ dak li qal kandidat jew ieħor. Inħossuna komdi ma’ Donald Trump jew Kamala Harris. Imma l-fatt jibqa’ li dawn iż-żewġ persuni, flimkien ma’ diversi, irnexxilhom iġibu, bil-kumplikazzjonijiet, lil diversi miljuni biex jieħdu sehem u jivvutaw. Il-mexxejja daru mal-irkejjen ta’ diversi stati. Tkellmu quddiem folol varji. Indirizzaw direttament il-bżonnijiet tal-poplu fl-istati partikolari li messew magħhom. Ħeġġew lil dawk li ma kinux ċerti biex joħorġu jivvutaw. Assiguraw li jaslu għandhom b’dak li jridu li jinbidel fil-futur tagħhom. F’kelma waħda: ħadu ħsieb li d-demokrazija tagħhom, li diversi jħarsu lejha b’ammirazzjoni, taħdem. Ħadd ma tilef l-okkażjoni li jasal u jwassal lil dawk li kellhom id-dritt li jivvutaw li kien ser jwettaq dan.

Tul il-ġimgħa

5. F’dan aktar jidher ċar li mid-diskors tal-Kap tal-Gvern li smajt nhar it-Tlieta, intilfet okkażjoni unika. Tilef l-opportunità li kellu biex jikkonvinċi lil dawk li ma jridux jersqu lejn il-politika li jifhmu li għandhom jieħdu sehem. Id-diskors seta’ f’dan kien wieħed indirizzat ferm u ferm iktar sabiex jipperswadi u jikkonvinċi. Seta’ ma kellux ir-referenzi żejda fuq kemm aħna tajbin, kemm suppost li x-xemx politika f’pajjiżna bdiet titla’ fl-2013 u kemm konna fis-suppost abbissi qabel. Iktar minn dan, kien ikun aqwa li kieku ma kienx hemm attakki personali lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u membri varji tal-bank tal-istess Oppożizzjoni.

Differenza

6. Dan l-istil ta’ politika huwa proprju dak li qiegħed iwarrab lin-nies, u mhux jiġbidhom. Jekk ħadd għadu ma nduna, il-maġġor parti tal-vot moderat irid fatti u direzzjoni. Fuq kollox, irid ikun konvint u jiġi wkoll persważ, li qiegħed jitmexxa tajjeb u li hemm bnedmin fid-dinja u fl-“univers” tagħna li għandhom l-abbiltajiet neċessarji għal dan. Li nibqgħu nisimgħu dak li konna qed nisimgħu jfisser iktar li mhuwiex isaqqi tajjeb il-pjanta tad-demokrazija. Pajjiżna jrid jimxi ’l quddiem. Irid joħroġ mill-istat wieqaf li jinsab fih. Irid iħares lejn il-futur b’ottimiżmu veru. Dan jista’ jseħħ jekk verament ikollna politika li ġejja mill-bżonnijiet u l-prijoritajiet attwali tal-poplu. Waħda li taħdem minn isfel għal fuq, u mhux il-kontra. Ċert li l-Erbgħa filgħodu ftit kienu dawk li semgħu, jew li wara tkellmu dwaru.

8.11.24

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - AJRUPLANI MILITARI/STATALI - TALBIET

22076. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il-talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2022?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22075.

 

Seduta  273

06/11/2024

DIRETTORAT TAL-PROTOKOL - AJRUPLANI MILITARI/STATALI - TALBIET

22075. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokol sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna matul is-sena 2021?  Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna fl-istess sena?

 

18/10/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni sa mill-2005, hi kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

Permessi Diplomatiċi – Ajruplani Militari jew Statali

Sena

Spazju tal-Ajru

Inżul

 

 

 

2005

388

158

2006

284

134

2007

279

125

2008

421

186

2009

297

110

2010

347

203

2011

348

323

2012

449

210

2013

455

194

2014

464

207

2015

417

267

2016

430

209

2017

350

275

2018

344

104

2019

358

126

2020

297

122

2021

368

152

2022

441

189

2023

367

223

2024 (sal-aħħar ta’ Ottubru)

350

161

 

Seduta  273

06/11/2024

 

IL-GUDJA - IN-WORK BENEFIT

22074. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21143, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit fil-Gudja?

 

18/10/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)

Mistoqsija

Lokalità

Benefiċċjarji

Nefqa

PQ 22074

GUDJA

147

€62,724.84

 

Seduta  273

06/11/2024

SANTA LUĊIJA - IN-WORK BENEFIT

22073. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21141, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas komplessiv li ġew mgħoddija lill-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit f’Santa Luċija?

 

18/10/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.

Benefiċċju tal-Inwork (Jannar- Settembru 2024)

Mistoqsija

Lokalità

Benefiċċjarji

Nefqa

PQ 22073

SANTA LUCIJA

107

€58,089.65

Seduta  273

06/11/2024

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...