31.3.21

IL-FGURA U ĦAL TARXIEN – GĦAJNUNA LILL-BDIEWA

 

 

14290. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu favur u sabiex jgħinu numru ta’ bdiewa u raħħala li hemm fil-Fgura u Ħal Tarxien invista tal-kriżi preżenti?

 

04/05/2020

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant  illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet għall-Annimali jaħdem sabiex imexxi ‘l quddiem l-agrikoltura Maltija u Għawdxija u ma jagħmilx distinzjoni bejn raħal u ieħor.

 

Sabiex jixpruna s-settur agrikolu, il-gvern fassal politika agrikola nazzjonali illi tagħti direzzjoni lis-settur għas-snin li ġejjin. Din il-politika fiha numru ta’ miżuri li jħarsu lejn varji aspetti bħal dawk ekonomiċi, soċjali, ta’ governanza, kif ukoll immaniġġjar ta’ riżorsi.

 

Wieħed mill-aspetti ta’ din il-politika li jindirizza l-sfidi ta’ dan is-settur huwa l-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalita’. Il-passi li ttieħdu minn meta tnedhiet l-Istrategija Nazzjonali jinkludu il-Kampanja Wines of Distinction immirata lejn promozzjoni ta’ inbejjed ta’ kwalità u l-introduzzjoni u l-promozzjoni ta’ skema ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli f’Malta. F’dawn iż-żminijiet diffiċli, il-Ministeru nhieda kampanja mmirata lejn l-apprezzament tax-xogħol tal-bidwi u r-raħhal Malti permezz tal-Kampanja ‘Agħżel il-frisk, Agħżel il-bnin’.

 

Il-Ministeru qed jagħmel studju sabiex jiġi eżaminat l-impatt ekonomiku ta’ COVID-19 fuq is-settur sabiex ikun jista’ jfassal skemi ta’ għajnuna.

 

Seduta  336

27/05/2020

COMMUNITY WORK SCHEME – ĦADDIEMA INGAĠĠATI

 

 

14283. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?

 

04/05/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li kien hemm ingaġġati mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation fl-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien ta’ 920.

 

Seduta  334

25/05/2020

PERSUNI B’EARLY RETIREMENT – XOGĦOL EKONOMIKU

 

 

14282. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

 

04/05/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat dwar il-liġijiet tax-xogħol.

 

Seduta  334

25/05/2020

ILMENTI REĠISTRATI TAĦT IL-KAPITOLU 527 TAL-LIĠIJIET TA’ MALTA

 

14281. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati ilmenti taħt il-Kapitolu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta fid-Dipartimenti relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u ċjoè 2017, 2018 u 2019?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li fid-dipartimenti relattivi fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kienx hemm ilmenti reġistrati taħt il-Kapitolu msemmi fis-snin 2017, 2018 u 2019.

 

Seduta  334

25/05/2020

RIFUŻJONIJIET TAL-VAT - FLUS

 

 

14280. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifuzjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €55,593,471.

 

Seduta  334

25/05/2020

DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – AJRUPLANI MILITARI JEW STATALI

14279. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ April 2020?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ April 2020 saret 45 talba biex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u 165 talba biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti.

 

Seduta  334

25/05/2020

 


MASĠAR BEJN IL-FGURA U ĦAŻ-ŻABBAR - RIJABILITAZZJONI

 

 

14278. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi rijabilitat il-masġar li hemm bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar li qiegħed fuq ix-xellug li jibda minn Triq Kottoner fil-Fgura u jieħu għall-Triq l-Kunsill tal-Ewropa?

 

04/05/2020

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  334

25/05/2020

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...