20.1.25

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI - SKRIVANI TAL-PAROLE

24344. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Skrivani tal-Parole ai termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?

 

31/12/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat li matul is-sena 2024 kien hemm skrivan tal-parole taħt it-termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.

 

Seduta  299

15/01/2025

15.1.25

GĦAJNUNA SOĊJALI - BENEFIĊĊJU

24343. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-Għajnuna Soċjali matul is-sena 2024 u jindika wkoll kemm ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qed jirċevuh?


31/12/2024


ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:


Applikazzjonijiet għall-Assistenza Soċjali tul l-2024 1,636 

Applikanti li tħallsu 1,295 

Benefiċċjarji li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju 804 


Seduta  298 

14/01/2025


ĦAL GĦAXAQ - VJAL IL-LABOUR - XOGĦLIJIET

24342. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?

 

31/12/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata, Enemalta poġġiet low voltage feeders ġodda biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona. Sussegwentement, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet tagħmel xogħlijiet ta’ titjib kemm fuq is-sistema għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb kif ukoll fuq is-sistema tad-drenaġġ. Huwa mmirat li dawn ix-xogħlijiet jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena. L-investiment totali biex isiru dawn ix-xogħlijiet jammonta għal madwar €471,000.

 

Seduta  298

14/01/2025

ĦAL TARXIEN - PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI QUDDIEM IL-KNISJA PARROKKJALI

24341. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9428 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17201, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tar-riġenerazzjoni quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien?

 

31/12/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ‘Works Tender’ jinsab fil-perjodu tal-pubblikazzjoni.

 

Seduta  298

14/01/2025

ĦAL GĦAXAQ - VJAL IL-LABOUR - XOGĦLIJIET

24340. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?

 

31/12/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  298

14/01/2025

ĦAL GĦAXAQ - VJAL IL-LABOUR - XOGĦLIJIET

24339. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fi Vjal il-Labour f’Ħal Għaxaq matul is-sena 2024, kemm ġew jiswew u kemm damu sejrin?

 

31/12/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta ma wettqet l-ebda xogħlijiet fit-triq imsemmija.

 

Seduta  298

14/01/2025

ĦAL GĦAXAQ - TRIQ IT-TELLERITU - XOGĦLIJIET

24338. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: B’referenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx, kemm damu għaddejjin u kemm ġew jiswew?

 

31/12/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq biex tipprovdi l-provvista ta’ New Water lil kemm jista’ jkun bdiewa li għandhom ir-raba fin-naħa t’isfel ta’ Malta.  L-investiment għal dan il-proġett, li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, hu stmat li se jammonta €1 miljun.

 

Seduta  298

14/01/2025

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...