21.9.21

BARKLORI REĠISTRATI U LIĊENZJATI

 

 

 

20205. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm barklori reġistrati u liċenzjati u jekk humiex jiġu mħallsa skont il-liġi?

 

22/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li skont ir-reġistru tad-dgħajjes kummerċjali, hemm 28 dgħajsa tal-pass irreġistrata b’mod kummerċjali u 23 operatur li joperaw dawn it-tip ta’ dgħajjes.

Seduta  447

13/04/2021

 

BORD TAL-PETIZZJONIJIET – PETIZZJONIJIET REĠISTRATI

 

20204. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19987, l-informazzjoni mitluba hija kemm ġew reġistrati petizzjonijiet quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet u kemm ġew deċiżi, kemm għadhom pendenti, kemm ġew milqugħa u kemm irrifjutati għas-sena li għaddiet 2020?

 

22/03/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.

 

PQ 20204: Petizzjonijiet Registrati fl-2020,  hekk kif processati sal-5 ta April 2021

 

 

 

Total

 

 

 

 

Mhux Milqugha

 

 

12,841

Milqugha

 

 

7,151

Milqugha Parzjalment

 

 

247

Ma tistax tigi Processata

 

 

1,233

Irtirata fit-tribunal

 

 

4

Decizjoni Pendenti

 

 

266

Total

 

 

21,742

 

Seduta  447

13/04/2021

 


RILOKAZZJONI TA’ REFUĠJATI U PERSUNI LI ĦAQQHOM PROTEZZJONI

 

 

20792. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?

 

28/04/2021

 

ONOR. BRYON CAMILLERI: Ninfroma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta 455

03/05/2021

 

IMMIGRANTI IRREGOLARI RIPATRIJATI

 

 

 

20791. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?

 

28/04/2021

 

ONOR. BRYON CAMILLERI: Ninfroma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta 455

03/05/2021

ĊENTRI TA’ DETENZJONI MIFTUĦA – PERSUNI PREŻENTI.

 

 

 

20790. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri Miftuħa?

 

28/04/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Infurmat li fil-preżent hemm 2,001 persuna fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u ċentri miftuħa.

 

Seduta 455

03/05/2021

KARMENU FAVA COLLECTION - INVENTARJU

 

 

 

20789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju u elenku sħiħ tal-kollezzjoni tar-ritratti magħrufa bħala "Karmenu Fava Collection? Jista’ jinforma jekk din hiex aċċessibbli għall-pubbliku?

 

28/04/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq il-katalgu tal-Kollezzjoni Ray Fava, li hi waħda estensiva u li tikkonsisti f’albums, ritratti, kif ukoll eluf ta’ ritratti fuq format ta’ negattivi f’rollijiet. Il-kollezzjoni ser tkun aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif ikun lest il-katalgu.

 

Seduta  455

03/05/2021

DOKUMENTI FIL-KOLLEZZJONI ĠULJANA LETARD-CIANTAR.

 

 

20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm hemm dokumenti fil-kollezzjoni magħrufa bħala Ġuljana Letard-Ciantar? Jista’ jindika jekk sarx inventarju sħiħ tagħhom u jekk għandhomx restawr? Jista’ jindika wkoll jekk id-dokumenti humiex għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?

 

28/04/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kollezzjoni Ġuljana Letard-Ciantar tikkonsisti f’1009 volum kif ukoll ammont ta’ dokumenti sfużi.  Bħal f’kull każ ta’ kollezzjoni li tasal fl-Arkivji Nazzjonali, din il-wasla tiskatta diversi proċessi arkivistiċi.  Dawn jikkonsistu f’tindif preliminari, katalogar, konservazzjoni professjonali jekk ikun hemm bżonn, diġitaliżazzjoni jekk ikun hemm bżonn u finalment ftuħ għal pubbliku.  F’dan il-każ ġew assenjati żewġ arkivisti professjonali li ħadmu fuq din il-kollezzjoni.  Tlesta l-katalgu preliminari u bħalissa qed tiddaħħal din l-informazzjoni f’katalgu elettroniku.  Il-kollezzjoni għada mhux miftuħa għal pubbliku, iżda hu maħsub li dan isir sal-aħħar ta’ din is-sena.

 

Seduta  455

03/05/2021

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...