21.9.21

IL-FGURA – WIED BLANDUN - XOGĦLIJIET

 

 

20723. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex jiġu kkonsultat dwar ix-xogħlijiet neċessarji f’Wied Blandun, il-Fgura?

 

23/04/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li  l-informazzjoni qed tinġabar u tinagħta f’seduta oħra.

 

Seduta  455

03/05/2021

PAOLA HUB – SOLUZZJONI GĦAR-RESIDENTI DWAR PARKEĠĠ

 

 

20869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20212, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jkunu qed jitfasslu sabiex wara li jkun lest il-Paola Hub, il-ġirien ikollhom faċilitajiet biex jipparkjaw mingħajr spejjeż?

 

30/04/2021

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

 

Seduta  457

05/05/2021

 

PAOLA HUB – SOLUZZJONI GĦAR-RESIDENTI DWAR PARKEĠĠ.

 

 

 

20868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20211, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew preparati sabiex waqt it-tkomplija tax-xogħol u wara li jkun lest il-Paola Hub, il-ġirien ikollhom faċilitajiet biex jipparjkaw u mingħajr spejjeż?

 

30/04/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Kif diġà spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20211 tal-istess Onorevoli membru, temporanjament f’din iż-żona qed isiru xogħolijiet fuq il-Paola Medical Hub, li huwa proġett tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tas-servizzi taħt l-art minn Infrastructure Malta bħala parti mit-tħejjijiet għall-istess proġett. Minħabba li saru trinek fondi madwar żewġ sulari kien hemm bżonn li jittieħdu spazji ta’ xi parkeġġi biex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod sigur mingħajr ma t-triq tingħalaq kompletament. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet, l-aġenzija se terġa’ tibni l-bankini u tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt biex l-ispazju fit-triq jerġa’ lura għal li kien. Infurmat ukoll li fil-viċinanzi ta’ din iż-żona jinsab parkeġġ li huwa amministrat mill- Kunsill Lokali.Il-mistoqsija għandha tiġi referruta lil Ministeru Kkonċernat.

 

Seduta  457

05/05/2021

PAOLA HUB – SOLUZZJONI GĦAR-RESIDENTI DWAR PARKEĠĠ

 

 

 

20867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20213, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’passi se jkun hemm biex meta l-Paola Hub ikun lest, il-ġirien ikollhom faċilitajiet adegwati biex jipparkjaw u li ma jkollhomx bżonn iħallsu spejjeż?

 

30/04/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi parti mill-ispazji tal-parkeġġ pubbliċi tal-Vincent Moran Paola Regional Hub se jkunu aċċessibbli għal kulħadd u se jkunu bla ħlas.

 

Seduta  457

05/05/2021

 

RAĦAL ĠDID – TRIQ L-ARKATA, L-IBJAR U TRIQ NINU CREMONA – MIŻURI BIEX JITNAQQAS L-INKONVENJENT

 

 

20866. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali:

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20370, jista’ l-Ministru jikkonsidra li billi xorta hemm inkonvenjent kbir għall-ġirien, ikun hemm pjan u ordni aqwa biex dan jonqos drastikament?

 

30/04/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 20370 ta’ Seduta 451.

 

Seduta  457

05/05/2021

UNIVERSITÀ TA’ MALTA - KORS TA’ DIPLOMA IN THE LAWS OF PROCEDURES.

 

 

21129. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm student Universitarji li tul dawn l-erba’ snin kienu reġistrati għall-Kors ta’ Diploma in the Laws of Procedures u jekk dan baqax jiġi organizzat kull sena?

 

13/05/2021

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Infurmata li l-Kors ta' Diploma in the Laws of Procedures sar kull sena u fl-aħħar erba' snin kien hemm 79 student li segwew dan il-kors.

 

Seduta  463

19/05/2021

UNIVERSITÀ TA’ MALTA - KORS TAL-MEDJAZZJONI

 

 

21128. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-Università ta’ Malta li tul dawn l-aħħar erba’ snin, attendew għall-Kors tal-Medjazzjoni u għall-grad ta’ Masters fl-istess linja?

 

13/05/2021

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Infurmata li għall-kors ta' Master of Arts in Mediation, li fetaħ biss fis-sena akkademika 2020/21, bħalissa hemm għaxar studenti reġistrati. 

 

Seduta  463

19/05/2021

 

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...