18.9.21

CONSUL ON THE MOVE – APPUNTAMENTI PENDENT FL-AWSTRALJA, L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA U FL-EWROPEA

 

19529. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru u kemm hemm appuntamenti pendenti tal-Consul on the Move (COTM) fl-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropa u dan sabiex isiru kif l-pandemija tgħaddi? Jista’ jindika dan pajjiż b’pajjiż u possibbilment stat b’stat?

 

24/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Marzu tal-2020 kienet ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġu sospiżi ż-żjarat u l-pjanijiet kollha tal-programm Consul-on-the-Move (COTM) minħabba l-imxija tal-COVID-19. Bħal bqija tal-pajjiżi kollha fid-dinja, dawk li fihom jiġu organizzati ż-żjarat tal-COTM kienu affettwati b’numru ta’ restrizzjonijiet u projbizzjoni ta’ vjaġġar li għamluha impossibbli għall-konsli li jivvjaġġaw bejn reġjuni differenti. Barra minnhekk, il-Ministeru ħa l-miżuri kollha biex iħares is-saħħa tal-uffiċjali tiegħu hekk kif dawn setgħu jitpoġġew f’riskju li jiġu kkontaminati. Għaldaqstant, il-Consul-on-the-Move bħalissa jinsab sospiż sakemm is-sitwazzjoni titjieb u vjaġġi fi Stati u reġjuni mbegħda jkunu jistgħu  jerġgħu  jibdew isiru bla diffikulta’ u bla periklu għas-saħħa tal-uffiċjali konċernati.

Sadanittant in-numri ta’ talbiet għal appuntamenti pendenti fil-pajjiżi minn fejn jopera l-programm huwa elenkat kif ġej:

·              Fl-iStati Uniti tal-Amerika hemm 34-il appuntament pendenti

·              Fil-Kanada kien hemm 630 talba (li mhux bilfors huma kollha għal appuntament abbinati mal-COTM). In-numru jista’ jkun riżultat ta’ akkumulazzjoni ta’ talbiet li suppost kellhom jiġu trattati bejn Mejju u Ġunju tal-2020 (meta suppost kellha ssir żjara tal-COTM u tħassret minħabba l-pandemija).

 

Seduta  434

02/03/2021


KANADA – KUMMISSJONI GĦOLJA F’OTTOWA

 

 

19528. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għad-domandi preċedenti, jista’ l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-talba ta’ numru ta’ Maltin Kanadiżi sabiex tinfetaħ Kummissjoni Għolja f’Ottowa, Kanada?

 

24/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin diġà kkunsidra bir-reqqa l-ftuħ ta’ Kummissjoni Għolja f’Ottawa u jħares lejn tali proposta bħala waħda valida minnha nnifisha. Peress li bħalissa għaddej proċess ta’ ħidma biex jinfetħu Ambaxxati u Konsolat Ġenerali f’imkejjen oħrajn madwar id-dinja, ikun għaqli li tali ħidma l-ewwel titlesta f’dawn il-missjonijiet, qabel tali proposti ġodda jitressqu ‘l quddiem.

 

Seduta  434

02/03/2021

9.9.21

KOTBA RESTAWRATI.

 

 

18123. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-titoli ta’ liema kotba ġew restawrati tul is-sena li għaddiet?

 

12/01/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-2020 ġew irrestawrati żewġ kotba:

·              George F. Angas, A Ramble in Malta and Sicily, 1841.

·              Abbe de Vertot, The History of the Knights of Malta Vol 1, 1728

Naturalment gew ikkonservati u rrestawrati wkoll għexieren ta’ xogħlijiet oħra fuq karta, li ma jikklassifikawx bħala kotba.

 

Seduta  418

20/01/2021

MATTIA PRETI – PITTURI ESEBITI

 

 

18122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-pitturi tal-pittur Mattia Preti li huma fil-kollezzjoni nazzjonali humiex kollha esposti jew hemmx uħud li ma humiex?

 

12/01/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kwadri kollha ta’ Mattia Preti huma esebiti, filwaqt li ftit oħrajn li huma attribwiti lilu jew lill-bottega tiegħu qed jintużaw għal rotazzjoni. Iż-żewg kwadri tal-istess pittur li nxtraw speċifikament għall-Mużew ta’ Għawdex u għall-Palazz tal-Gran Mastru eventwalment se jiġu esebiti fil-postijiet imsemmija.

 

Seduta  418

20/01/2021

 

MARSAXLOKK – TRIQ XROBB L-GĦAĠIN – XOGĦOL

 

 

 

18121. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ser idum ix-xogħol li huwa preżentement għaddej fi Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk u kemm ser jiġi minfuq fiha?

 

12/01/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

 

Seduta  418

20/01/2021

KUNTRATTI TA’ KOABITAZZJONI REĠISTRATI

  

 

18120. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew reġistrati kuntratti ta’ koabitazzjoni tul is-sena li għaddiet?

 

12/01/2021

 

 ONOR.BYRON CAMILLERI: Mill-informazzjoni pprovduta lili jirriżulta li r-Reġistru Pubbliku rreġistra ħmistax-il kuntratt ta’ koabitazzjoni matul l-2020.

 

Seduta  418

20/01/2021

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – LEZZJONIJIET GĦAR-RESIDENTI.

 

 

18119. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’lezzjonijiet saru għar-residenti li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’liema suġġetti tul is-sena li għaddiet?  Kif ukoll jista’ jgħid kemm-il resident attenda?

 

12/01/2021

 

 ONOR.BYRON CAMILLERI: Ninforma l-Onor Interpellant li matul is-sena skolastika li bdiet Ottubru 2020, CSA bdiet toffri 15-il kors fejn l-attendenza tal-priġunieri tlaħħaq il-153. Dawn il-korsijiet qed jiġu offruti b’ kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali, eżempju Life Long Learning. Il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar sabiex il-priġunieri jingħataw attenzjoni inividwali. Is-suġġetti offruti huma varjati u jinkludu l-Ingliż, l-Ispanjol, il-matematika, l-ICT, cookery and nutrition, crafts u life skills.

 

Matul is-sena 2020, numru ta’ priġunieri resqu għal eżamijiet tal-Matsec fil-Livell Ordinarju, u kisbu riżultati tajba ferm.

 

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ħames priġunieri attendew korsijiet f’istituzzjonijiet edukattivi barra l-ħabs. Bħala studenti priġunieri ma kienx hemm drop-outs. L-oqsma ta’ studju jinkludu sport, marketing, social care u business administration. Il-livelli jvarjaw minn Level 2 sa Level 6.

 

Bħala parti mis-sistema edukattiva tal-Faċiltia Korrettiva ta’ Kordin, fis-sena 2020, fil-qasam ta’ l-isport ġew implementati diversi inizjattivi. Inizjattivi marbuta mal-isports jiġu mplimentati b’mod struttarat bħala parti mill-pjan ta’ kura tal-priġuniera tal-Faċilita u jservu biex minbarra l-benefiċċju tal-attivita fiżika, jitgħallmu jikkomunikaw, jaħdmu f’team eċċ. Kien hemm ukoll l-opportunità li priġunieri joħorġu barra l-ħabs, jilagħbu logħba futbol kontra klabb lokali. Dan kollu bħala parti mill-programm ta’ edukazzjoni u reintegrazzjoni tal-priġunieri.

Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif wieħed jagħmel CV u jġibruħu f’interview. Ma’ bank lokali saru wkoll korsijiet dwar kif wieħed jiftaħ kont.

 

Seduta  418

20/01/2021

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...