14.3.21

IL-BIRGU – SUSSIDJU FUQ KIRJIET

13791. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet fil-Birgu u kemm kienet l-ispiża fis-snin 2017, 2018 u 2019 u jagħti dan separatament?

 20/04/2020

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija kif tidher hawn taħt:-

 

Sena

Benefiċċju fis-Sena

Benefiċċjarji

2017

€813.26

1

2018

€813.36

1

2019

€7,376.85

5

 

Seduta  323

29/04/2020

 

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – KAŻIJIET TRATTATI MILL-BORD GĦAT-TNAQQIS TA’ SENTENZI

13790. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie trattat mill-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi u l-eżitu tagħhom taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap 516 fis-sena 2017?

 20/04/2020

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2017 ġew diskussi 169 każ fejn ingħataw lura 412 ġurnata mir-remission mitlufa.

 

Seduta  323

29/04/2020

 

ATT DWAR IL-KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – PETIZZJONIJIET MRESSQA

13789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 tul is-sena 2017, 2018 u 2019, sena b’sena?

 

20/04/2020

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li l-bord tal-petizzjonijiet irċieva petizzjonijiet hekk kif qed nuri hawn taħt:

 

 

Sena

Numru ta’ Petizzjonijiet

2017

32,594

2018

25,265

2019

19,170

Seduta  323

29/04/2020

 

 

TAS-SILĠ – PRESERVAZZJONI U FTUĦ GĦALL-PUBBLIKU

13788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ sabiex dan ikompli jiġi ppreservat u fl-istess ħin ikun miftuħ għall-pubbliku?

 20/04/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: F’dawn l-aħħar snin Heritage Malta ħadmet bis-sħiħ sabiex is-sit ta’ Tas-Silġ jiġi ppreservat u eventwalment jiġi mgawdi aħjar mill-pubbliku. Il-passi meħuda kienu jinkludu:

1.      Riċerka arkeoloġika ġdida bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Arkeoloġija fi ħdan l-Universita ta’ Malta

Qed jiġu investigati l-fdalijiet arkeoloġiċi mgħottija minn dak li fadal mill-istruttura ta’ razzett li kien hemm fuq is-sit. Din iż-żona qatt ma kienet investigata qabel.

2.      Faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi

Heritage Malta, wara konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bdiet il-proċess sabiex dan ir-razzett jiġi rranġat u b’hekk ikun jista’ joffri faċilitajiet bażiċi għall-viżitaturi. Dawn il-faċilitajiet bħalissa huma nieqsa għal kollox. Il-pjanijiet għal dawn il-faċilitajiet qed jiġu ffinalizzati.

3.      Diverżjoni ta’ Triq Xrobb l-Għaġin

Heritage Malta, flimkien mal-Ministeru u l-awtoritajiet ikkonċernati, bdiet diskussjonijiet sabiex il-parti ta’ Triq Xrobb l-Għaġin li bħalissa qiegħda taqsam is-sit minn nofs tiġi mneħħijja hekk kif stipulat mill-pjan lokali taż-żona. Id-diskussjonijiet mistennija jitkomplew fil-futur qarib.

 

4.      Attivitajiet Pubbliċi

Heritage Malta organizzat għadd ta’ attivitajiet pubbliċi sabiex il-pubbliku xorta jkun jista’ jżur dawn il-fdalijiet importanti. Ta’ min isemmi li aktar kmieni din is-sena saret attivita bil-kollaborazzjoni tal-Missione Archeologica Italiana, l-ewwel waħda f’ħafna snin. L-attivitajiet ikomplu fis-snin li ġejjin.

 

Seduta  323

29/04/2020

 

COVID-19 – ASSISTENZA MINN RAPPREŻENTANTI DIPLOMATIĊI

13787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew assistiti minn rappreżentanzi diplomatiċi tagħna sabiex jiġu lura pajjiżna fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-marda COVID-19?

 20/04/2020

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 t’April 2020 kien hemm elf mitejn u ħamsa U sittin (1265) persuna li ġew assistiti mill-Ministeru sabiex setgħu jiġu lura Malta fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-mikrobu COVID-19. Din l-assistenza setgħet fost l-oħrajn tkun possibbli bil-għajnuna kontinwa tar-rappreżentanzi diplomatiċi tagħna barraminn Malta li taw sehemhom bis-sħiħ sabiex din l-operazzjoni daqstant kumplessa tkun ta’ suċċess.

 

Seduta  323

29/04/2020

 

 

RAĦAL ĠDID – SUSSIDJU FUQ KIRJIET

13786. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet f’Raħal Ġdid u kemm kienet l-ispiża?

 20/04/2020

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 72 benefiċċjarju minn Raħal Ġdid li qegħdin jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera.  L-ispiża fuq dawn il-benefiċċjarji hija ta’ €121,383.28 fis-sena.

 

Seduta  323

29/04/2020

9.3.21

XATT TA’ MARSAXLOKK - XOGĦLIJIET

 

 

19738. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fix-Xatt ta’ Marsaxlokk?

 

04/03/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-proġetti f’Xatt is-Sajjieda u l-Magħluq qegħdin isiru mill-Grand Harbour Regeneration Corporation; għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitlub jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  437

09/03/2021

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...