20.2.21

WIED IL-GĦAJN – BATTERIJA TA’ RIHANA - RESTAWR

19010. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18316, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi biex il-batterija Rihana tiġi f’idejn il-Kunsill Lokali?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li kien il-Kunsill stess li ħa d-deċiżjoni li ma japplikax għad-devoluzzjoni tal-Batterija.

 

Seduta  427

15/02/2021

 

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN – SECOND SECRETARY

19016. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa riċenti għall-pożizzjoni ta’ Second Secretary fi ħdan il-Ministeru hiex differenti minn dawk preċedenti u jekk iva f’liema partijiet?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi l-uniċi partijiet li huma differenti f’din is-sejħa meta mqabbla ma dawk preċedenti huma fit-Termini u Kundizzjonijiet, u fir-Rekwiżiti tal-Eliġibbilita’

 

Seduta  428

16/02/2021

IL-GUDJA – IN WORK BENEFIT

19015. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Gudja bbenefikaw mill-In work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.

 

Gudja

Sena 2020

Benefiċċjarji

Nefqa

Nisa

12

€ 2,504.73

Irġiel

16

€ 8,978.68

Total

28

€ 11,483.41

 

Seduta  428

16/02/2021

KORP DIPLOMATIKU – FTEHIM KOLLETTIV

  

 

19014. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal-Korp Diplomatiku fis-sena 2019 huwiex jiġi implimentat fis-sħiħ jew le?

 

08/02/2021

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi l-ftehim kollettiv li ġie iffirmat mal-Korp Diplomatiku fl-2019 qed jiġi implementat fis-sħiħ.

 

Seduta  428

16/02/2021

SANTA LUĊIJA – IN WORK BENEFITS

  

 

 

19013. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Santa Luċija bbenefikaw mill-in work benefit tul l-2020? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif indikata f’din it-tabella t’hawn taħt.

 

Santa Luċija

Sena 2020

Benefiċjarji

Nefqa

Nisa

14

€ 18,097.88

Irġiel

11

€ 9,043.26

Total

25

€ 27,141.14

 

 

Seduta  428

16/02/2021

MCAST – XOGĦLIJIET

19012. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18185, tista’ l-Ministru tgħid liema bini ġdid tlesta fil-kumpless tal-MCAST tul is-sena li għaddiet? F’liema pożizzjoni jinsab il-proġett sħiħ u meta mistenni jiġi fi tmiemu?

 

08/02/2021

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-binja tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tlestiet fl-2019. Matul is-sena 2020, tkompla x-xogħol relatat mal-binjiet tal-MRC u l-IICT. Madwar 65% tax-xogħol relatat mal-binjiet issa lest. Huwa stmat li dawn il-binjiet jitlestew sal-2022/2023.

 

Seduta  428

16/02/2021

WIED IL-GĦAJN – BATTERIJA TA’ RIHANA

 

 

19011. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk inbdewx il-proċeduri neċessarji sabiex il-Batterija Rihana f’San Tumas tgħaddi għand il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn?

 

08/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

 

Seduta  428

16/02/2021

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...