8.10.19

KONSOLAT ĠENERALI TA’ MALTA FIL-KANADA - ĦIDMA



10560. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma saret mill-Konsolat Ġenerali tagħna ġewwa Toronto, Kanada fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra x-xogħol amministrattiv ta’ kuljum, matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta ġewwa Toronto, il-Kanada wettaq il-ħidma kif ġej: 

-              ikkordina mal-awtoritajiet Kanadiżi sabiex jitfasslu diversi programmi ta’ żjarat fosthom iż-żjara tal-Kummissarju Għoli ta’ Malta fi Quebec; u ż-żjara tal-Ispeaker tal-Kamra f’Ottawa;  
-              attenda għal ħames (5) laqgħat fuq livell għoli mal-awtoritajiet Kanadiżi fejn ġew diskussi suġġetti ta’ natura differenti fosthom il-kummerċ, il-kultura, possibiltajiet ta’ skambji għal fini ta’ riċerka fuq il-kanċer, fost l-oħrajn;
-              f’sitt (6) każi l-Konslu ltaqa’ma’ ċittadini Maltin sabiex jiġu diskussi diversi materji li kienu jinkludu temi relatati mal-kultura u l-kummerċ fost l-oħrajn; 
-              attenda għal erba’ (4) riċevimenti;
-              saru preparamenti għaż-żjarat li jmiss tal-Consul-on-the-Move ta’ Mejju fi Price George u Vancouver rispettivament.

Apparti l-ħidma indikata hawn fuq, il-Konsulat Ġenerali ta diversi servizzi konsulari oħra li d-dettalji tagħhom qed jidru hawn taħt.

Viżi Schengen

Numru t’Applikazzjonijiet
Numru ta’ Viżi maħruġa
Numru ta’ Viżi rifjutati  / irtirati
20
17
3

Passaporti


Numru ta’ reġistrazzjoni ta’ Ċertifikati sottomessi għal finijiet ta’ applikazzjoni għal passport
Numru t’Applikazzjonijiet
Numru ta’ ħruġ ta’ Passaporti Ġodda

86

115
57


Applikazzjoni għal Ċittadinanza 


Rikonferma ta’ Ċittadinanza (Formola A/B)
Formola A (talba għal informazzjoni)
l-1 ġenerazzjoni li twieldu barra minn Malta qabel l-1964
Formola B
(talba għal informazzjoni)
l-1 ġenerazzjoni li twieldu wara l-1964

Formola B - Żwieġ

Formola I
(min-naħa tal-omm)

Formola K
(it-2 ġenerazzjoni li twieldu barra minn Malta

Formola M
(Minuri)
Numru totali t’Applikazzjonijiet

11
6

7

10

4

14

8
60

Pensjonijiet

Pensjoni tar-Romol
Pensjoni tal-Irtirar

Pensjoni tal-Invalidita’

Pensjoni tat-Teżor

Numru t’Applikazzjonijiet ġodda għal xi pensjoni
Numru totali t’Applikazzjonijiet

407
998

1173

20

4
2602

Servizzi konsolari oħra


Total

Awtentikar/xhieda ta’ firem

102

Każijiet konsulari oħra ta’ ċertu kumplessità

10

Seduta  250
07/10/2019

KONSOLAT TA’ MALTA FL-ALĠERIJA - ĦIDMA





10559. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma saret mill-konsolat tagħna ġewwa l-Alġerija fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti x-xogħol amministrattiv bħalma huwa ħrug ta’ viżi li jsir ta’ kuljum, t-twettiq ta’ ħidma mill-konsolat ta’ Malta fl-Alġerija matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien kif ġej: 

-              attendenza għal disa’ (9) laqgħat fuq livell ta’ Unjoni Ewropea li kienu jitrattaw diversi suġġetti fosthom il-kooperazzjoni bejn l-iStati Membri fuq affarijiet konsulari;
-              fi tmien (8) okkażjonijiet separati, il-Konslu ltaqa’ma’ ċittadini Maltin sabiex jiddiskutu materji ta’ natura konsulari;
-              attendenza għal tliet (3) riċevimenti.

Apparti l-ħidma indikata hawn fuq, il-Konsulat ta diversi servizzi konsulari oħra li d-dettalji tagħhom qed jidru f’dawn it-tabelli hawn taħt.


Viżi pproċessati


Viża Ċ
Viża Limited Territory (LTV)
Total
Numru t’Applikazzjonijiet
Numru ta’ Viżi maħruġa
Numru ta’ Viżi maħruġa
Numru t’Applikazzjonijiet
Numru ta’ Viżi maħruġa
Numru ta’ Viżi rifjutati
% viżi rifjutati
Single entry
Multiple entry
Single entry
Multiple Entry inclusive of Two Entries
LTV
215
28
12
5
4
243
21
222
91.36%
162
28
22
13
4
190
39
151
79.47%
141
10
18
5
3
151
26
125
82.78%
154
13
23
9
0
167
32
135
80.84%



Servizzi konsolari oħra:



Total
Tiġdid ta’ Passaporti Diplomatiċi
1
Tiġdid ta’ Passaporti Ordinarji
1
Ġuramenti
2
Awtentikar ta’ firem
202

Seduta  250
07/10/2019


KUMMISSJONI GĦOLJA TA’ MALTA FL-INDJA - ĦIDMA




10558. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma saret mill-Kummissjoni Għolja tagħna ġewwa l-Indja fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Indja fl-ewwel erba’ xhur ta din is-sena, maqsuma f’dawn is-sezzjonijiet, tittratta:

Bilaterali

·              Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Indja: il-Kummissjoni Għolja ssoktat taħdem biex jissaħħu dejjem aktar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Indja u biex jinżamm ir-ritmu ta’ żjarat u taħdidiet fl-ogħla livelli politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Wara għadd ta’ żjarat miż-żewġ naħat li saru fl-2018, il-Prim Ministru kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Indjan Narendra Modi f’Jannar (17-19) ġewwa l-Indja. Iż-żewġ mexxejja qablu li l-livell tar-relazzjonijiet kienu ssaħħew aktar minn qatt qabel u li l-kuntatti intensivi bejn iż-żewġ pajjiżi għandhom jissoktaw. Fi kliem tal-Prim Ministru Modi dawn it-taħdidiet taw saħħa qawwija lir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Iż-żewġ mexxejja ddiskutew koperazzjoni f’għadd ta’ oqsma inkluż il-farmaċewtika, t-turiżmu, l-innovazzjoni u fit-teknoloġija tal-informatika (IT). Waqt din iż-żjara il-Prim Ministru kien il-mistieden speċjali tal-Prim Ministru Indjan għall-Vibrant Gujarat Global Summit fejn indirizza għadd kbir ta’ CEOs u mexxejja industrijali u imprenditorjali mill-Indja. Il-Prim Ministru kellu wkoll laqgħat mal-awtoritajiet tal-istat ta’ Gujarat, wieħed mill-aktar stati kummerċjalment u industrijalment attivi fl-Indja.

·              Aktar opportunitajiet għal min jixtieq jaddotta tfal mill-Indja: L-Indja hija l-akbar sors ta’ addozzjonijiet lejn Malta.   Il-Kummissjoni Għolja ħadmet bis-sħiħ sabiex l-Aġenzija Appoġġ tiġi approvata mill-Aġenzija Ċentrali  tar-Riżorsi tal-Adozzjoni (CARA) fl-Indja sabiex tgħin persuni Maltin jaddottaw tfal minn dan il-pajjiż. Fl-aħħar xhur saru rapreżentazzjonijiet ma' CARA sabiex jiġu approvati żewġ agenziji Maltin oħra.

Kummerċjali

·              Matul dan il-perjodu il-ħidma kompliet tiffoka fuq l-oqsma tal-farmaċewtika, tal-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-informatika, it-turiżmu, l-industrija tal-films u divertiment, edukazzjoni u l-promozzjoni tas-sensiela ta’ servizzi li għalihom Malta qed issir dejjem aktar magħrufa fl-Indja.

·              Il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar indirizzaw laqgħa f’Gandhinagar, Gujarat, għall-investituri Indjani  fl-oqsma tal-Informatika, l-enerġija, l-infrastruttura, l-ospitalità, is-settur marittimu u s-setturi tal-importazzjoni.  Bosta mill-investituri li attendew għamlu dan wara kuntatti mal-Kummissjoni Għolja u tħajru jinvestu f’Malta. Il-Prim Ministru kellu wkoll laqgħat ma’ investituri Indjani f’Mumbaj fil-qasam tal-informatika u l-finanzi.

·              Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kellu bosta laqgħat ma’ imprendituri Indjani fil-qasam tal-farmaċewtika.

·              Matul ix-xhur li għaddew il-Kummissjoni Għolja organizzat laqgħat ma' diversi kumpaniji Indjani b’interess f’Malta. Dawn il-kumpaniji ġew imlaqqa’ mal-Malta Enterprise, Trade Malta, mal-Kamra tal-Kummerċ jew entitajiet Maltin oħra, skont l-interess tagħhom.  Il-Kummissjoni Għolja tieħu sehem u tibgħat informazzjoni dwar fieri u konferenzi li jistgħu jkunu ta’ interess kummerċjali għal Malta.

·              Saru wkoll laqgħat ma’ membri tal-Konfederazzjoni tal-Industrija Indjana biex jiġu esplorati opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tal-informatika u l-finanzi fi ħdan il-qafas legali f’Malta għal kumpaniji u operaturi fil-Katina tal-Blockchain u t-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (DLT).

Kulturali

·              Wara l-wirja ta’ xogħlijiet viżivi ta’ Austin Camilleri u żifna mill-kumpanija taż-żfin Moveo mnedija ġewwa Delhi fl-2018, il-Kummissjoni kompliet taħdem biex timmpromwovi t-talent ċinematografiku Malti permezz tal-parteċipazzjoni fil-Festival tal-Films tal-UE fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.

·              Il-Kummissjoni Għolja għenet biex jinstabu sponsors biex tittella’ wirja ta’ artisti għomja Maltin f’Delhi iżda din kellha tiġi posposta sakemm jistabu fondi minn Malta għall-bijetti tal-ajru.

Konsolari

·              Il-Kummissjoni Għolja kompliet tipproċessa għadd kbir ta’ viżi minn applikanti mill-pajjiżi akkreditati (Indja, Nepal, Bangladexx, Sri Lanka) għal żjarat ta’ kummerċ u investiment, turiżmu, studju u xogħol. Il-Kummissjoni Għolja tirċievi l-akbar numru ta’ applikazzjonijiet għall-viżi fix-xahar.  Fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2019 biss ġew ipproċessati 3,387. Dan huwa servizz importanti biex ikomplu jikbru il-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi u pajjiżi oħra.

·              Il-Konsolat offra servizzi li jinkludu tiġdid tal-passaporti, reġistrazzjoni ta’ twelid, żwiġijiet u mewt mar-Reġistru Pubbliku, u applikazzjonijiet għal ċittadinanza.  Bħala l-uniku Konsolat fir-reġjun, dan offra servizz importanti lil numru konsiderevoli ta’ turisti Maltin li spiss jiġu bżonn assistenza konsolari speċjalment f’każ ta’ passaporti mitlufin jew misruqa u problemi oħra li jiltaqgħu magħhom.

·              Ingħatat assistenza lil ċittadini Maltin ġewwa l-Indja, inkluż reliġjużi, li jwettqu xogħol ta’ għajnuna soċjali fil-komunità biex jinħarġilhom passaport Malti kif ukoll għajnuna mal-awtoritajiet Indjani fejn kienet meħtieġa.

·              Il-figuri li jittrattaw ħidma konsolari għall-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huma dawn li ġejjin:

-              Assistenza lil ċittadini Maltin: 3
-              Dokument tal-Ivvjaġġar tal-Emerġenza: 1
-              Reġistrazzjonijiet mar-Reġistru Pubbliku: 3
-              Applikazzjonijiet għal ċittadinanza: 1
-              Mistoqsijiet dwar / applikazzjonijiet u ġbir ta’ Passporti: 14

·              Kompliet tingħata l-għajnuna lil għadd dejjem jikber ta’ koppji Maltin li jżuru l-Indja biex itemmu l-proċess tal-adozzjoni tagħhom inkluż biex jinħarġu d-dokumenti meħtieġa lit-tfal u l-permess ta’ ħruġ lill-ġenituri. Matul dawn ix-xhur saret ħidma intensiva biex jissolva każ ta’ adozzjoni mwaħħal għal żmien twil fil-qrati Indjani. Frott ta’ bosta laqgħat ma’ uffiċjali Indjani ġewwa Delhi u lokalment f’Gorakhpur, l-adozzjoni spiċċat b’wiċċ il-ġid u t-tifla setgħet tingħaqad mal-familja tagħha Malta.

·              L-interessi Maltin imħarsa aħjar f’Mumbaj: L-Exequatur għas-Sinjura Chandra Ruia bħala Konslu Onorarju ta' Malta f'Mumbaj b'ġurisdizzjoni fuq l-istat ta' Maharashtra ffirmat minn E.T il-President tal-Indja Ramnath Kovind, fit-13 ta’ Frar 2019 issanzjona uffiċjalment il-ħatra tas-Sinjura Ruia. L-Exequatur ġie eżattament sena wara l-preżentazzjoni tan-nomina formali tas-Sinjura Ruia grazzi għall-ħidma tal-Kummissjoni Għolja li kellha kemm-il laqgħa ma' rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Indjan dwar din il-ħatra. Il-ħatra ta’ Konslu Onorarju ta’ Malta fil-kapitali finanzjarja tal-Indja huwa pass sinifjikanti fil-promozzjoni tal-interessi Maltin f’din il-belt.

·              Inżamm kuntatt mill-qrib ma’ turisti Maltin fis-Sri Lanka wara l-attakki terroristici li seħħu madwar il-pajjiż f’Ħadd il-Għid biex jinżammu ’l bogħod mill-periklu u biex jerġgħu lura Malta malli jkun possibbli.

Promozzjoni ta’ Malta

·              Ġie deċiż li r-riċeviment li tradizzjonalment jinżamm bħal daż-żmien tas-sena għall-organizzaturi ta’ tiġijiet Indjani flimkien ma’ Blue Marble Destination Management għandu jiġi pospost minħabba l-elezzoni ġenerali Indjana. Saru wkoll preparamenti biex il-Kummissjoni Għolja tieħu sehem f’Jum l-Ewropa.

Oħrajn

·              Saru għadd ta’ laqgħat u kuntatti mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Indjan u l-Ambaxxati akkreditati (Bangladexx, Nepal, Sri Lanka u Maldivi) biex jiġi assigurat il-vot tagħhom għall-elezzjonijiet li Malta qiegħda tikkontesta f’fora multilaterali inkluż l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima u l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. 

·              Kompliet il-ħidma biex istituzzjonijiet edukattivi Maltin bħall-MCAST jistabbilixu rabtiet aktar mill-qrib ma’ istituzzjonijiet Indjani u fost oħrajn jiġu offruti korsijiet mill-MCAST u jinġiebu aktar studenti Indjani jistudjaw Malta.

Seduta  250
07/10/2019

AMBAXXATA TA’ MALTA FIT-TURKIJA - ĦIDMA




10556. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa t-Turkija fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena?

17/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa t-Turkija fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huwa kif gej.

Bilaterali

Bla dubju, l-avveniment l-iktar importanti li seħħ matul il-perjodu msemmi kienet iż-Żjara Statali li l-E.T. il-President is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca għamlet fit-Turkija, fuq stedina tal-President tat-Turkija, l-E.T. Recep Tayyip Erdoðan. Iż-żjara seħħet bejn it-22 u l-24 ta’ Jannar 2019.  L-ewwel ġurnata kienet tikkonsisti b’business forum taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta u l-Viċi President tat-Turkija, E.T. Dott. Fuat Oktay, f’Istanbul. Ipparteċipaw erba’ Ministri tal-Kabinett, Segretarju Parlamentari u madwar 50 intraprenditur u negozjant Maltin, kif ukoll numru mdaqqas ta’ imprendituri Torok.  Kien hemm ukoll diversi laqgħat bejn l-imprendituri taż-żewġ naħat.

L-attività tat-tieni jum seħħet kollha fil-belt kapitali Ankara fejn l-E.T. il-President Coleiro Preca ngħatat l-Unuri Statali minn Gwardja tal-Unur u ltaqgħet mal-E.T. is-Sur Recep Tayyip Erdoðan fil-Palazz Presidenzjali. Dan kien il-qofol taż-Żjara Statali. Saru laqgħat oħra li fihom ipparteċipaw l-erba’ Ministri u s-Segretarju Parlamentari. Matul iż-żjara, l-E.T. il-President ta’ Malta u d-delegazzjoni żaru l-Parlament Tork u ltaqgħu mal-Ispeaker, l-E.T. is-Sur Binali Yýldýrým. Il-President żaret ukoll Anýtkabir, il-Mosolew fejn hu midfun Mustafa Kemal Atatürk, u poġġiet kuruna. L-Ambaxxata  f’Ankara, kif ukoll il-Konsolat Ġenerali tagħha f’Istanbul, kienu impenjati sewwa kemm fit-tħejjijiet u anki waqt iż-żjara. 

Matul l-istess perjodu, l-Ambaxxata żammet, bl-aħjar mod possibbli, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ mgħarraf b’dak kollu li kien qiegħed iseħħ fit-Turkija, minn avveniment u żviluppi politiċi għas-sitwazzjoni fl-ekonomija, l-qasam tal-Jeddijiet tal-Bniedem, Saltna tad-Dritt, u l-Libertà tal-Kelma. 

Saru wkoll kuntatti diversi mal-Awtoritajiet Torok dwar appoġġ bilaterali li ż-żewġ pajjiżi ddiskutew jew wiegħdu li jagħtu lil xulxin f’fora jew oqsma internazzjonali.  Komplew il-kuntatti mal-Awtoritajiet Torok dwar ftehim ta’ koperazzjoni f’oqsma tal-Edukazzjoni u s-Saħħa.

Fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, l-Ambaxxata flimkien mal-Ministeru u r-Rappre¿entanza Permanenti ta’ Malta fi Brussell, segwiet kemm setgħet u irrappurtat dwar l-iżviluppi li kienu qegħdin iseħħu anki fl-isfond tat-temi politiċi attwali fit-Turkija. L-Ambaxxatur jattendi regularment f’Ankara laqgħat għall-Kapijiet ta’ Missjonijiet tal-UE. Dawn il-laqgħat, li jitmexxew mill-Ogħla Rappreżentant tal-UE fit-Turkija jittrattaw temi politiċi attwali fit-Turkija kif ukoll bosta temi oħra marbuta mal-perspettiva Ewropea tat-Turkija u l-politika barranija tal-pajjiż. Dawn il-laqgħat iservu bħala qafas li jikkumplimenta l-ħidma tal-UE u l-Membri Stati tagħha rappreżentati fit-Turkija.

L-Ambaxxatur ipparteċipa flimkien ma’ Ambaxxaturi oħra fi żjarat reġjonali li d-Delegazzjoni tal-UE torganizza kultant żmien fejn l-emfasi tkun fuq proġetti li jkunu ffinanzjati mill-UE. L-Ambaxxatur irrappreżenta anke lill-Onor. Ministru Carmelo Abela fis-Sitt Laqgħa tal-Proċess ta’ Budapest li saret f’Istanbul, segwa kemm seta’ l-operazzjonijiet militari li t-Turkija qiegħda tagħmel lil hemm mill-fruntiera mas-Sirja u l-assistenza umanitarja li t-Turkija tagħti lil madwar 3.5 miljun refuġjat li jgħixu fit-Turkija b’konsegwenza tal-kunflitt fis-Sirja.

Kummerċjali

Saru laqgħat ma’ żewġ kumpaniji tal-avjazzjoni li kienu interessati jespandu n-negozju tagħhom u jirreġistraw il-kumpanija tagħhom fir-Reġistru Malti.  It-taħditiet issa qegħdin f’idejn id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili. Laqgħat simili saru ma’ kumpaniji fis-settur turistiku u marittimu. Dawn il-laqgħat seħħew ftit wara ż-Żjara Statali tal-E.T. l-President Coleiro Preca.

Kull tant żmien, l-Ambaxxatur u l-Konslu Ġenerali kienu wkoll f’kuntatt maż-żewġ Konsli Onorarji li jirrappreżentaw l-interessi ta’ Malta f’Iżmir u Antalja, l-iktar dwar informazzjoni ta’ natura kummerċjali li jkollhom bżonn, jew inkella ħtiġijiet oħra.

Kulturali u/jew Promozzjoni ta’ Malta

L-Ambaxxatur ipparteċipa wkoll fi żjarat f’żewġ reġjuni organizzati għall-Missjonijiet Diplomatiċi akkreditati għat-Turkija minn Ministeri jew Direttorati Torok. Hu tajjeb u jista’ ikun ta’ benefiċċju li jkun hemm preżenza Maltija f’dawn iż-żjarat.

Fuq stedina mill-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università Teknika tal-Lvant Nofsani  f’Ankara, l-Ambaxxatur indirizza studenti li kienu qegħdin iħejju ruħhom għal studji terzjarji fil-belt ta’ Bejpazari.

L-Ambaxxatur attenda ħafna attivitajiet ta’ natura soċjali organizzati minn Ambaxxati oħra, bħal ċelebrazzjonijiet ta’ jiem nazzjonali ta’ pajjiżi oħra. Attenda wkoll avvenimenti importanti organizzati mill-Awtoritajiet Torok u li għalihom kienu mistiedna l-membri tal-Korp Diplomatiku.

Konsulari

Bejn Jannar u April 2019, daħlu fil-Konsolat Malti f’Istanbul 1,617-il applikazzjoni għall-viża, żieda ta’ 13.48% fuq l-istess perjodu tas-sena 2018. Minn dawn, 95 applikazzjoni kienu rrifjutati. Applikazzjonijiet li jidħlu fl-Ambaxxata f’Ankara jkunu riferuti lill-Konsolat.

Il-Konsolat ipproċessa wkoll erba’ applikazzjonijiet għal passaporti ġodda jew biex ikunu mġedda. Il-Konslu Ġenerali, fil-kapaċità tiegħu bħala Kummissarju għall-Ġuramenti, kien xhud ta’ 177 firma fuq dokumenti relatati mal-industrija marittima u mar-reġistrazzjoni ta’ vapuri ta’ sidien Torok fuq ir-Reġistru Marittimu Malti.

Il-Konslu Ġenerali u l-Istaff tiegħu assistew numru ta’ Ministri Maltin waqt waqfiet f’Istanbul fi triqithom lejn pajjiżi oħra. Għen lill-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma u d-delegazzjoni tiegħu waqt konferenza internazzjonali f’Ýstanbul. Il-Konsolat għen ukoll xi Maltin li sabu ruħhom f’xi diffikultà meta kienu għaddejjin mill-ajruport ta’ Ýstanbul. 

Il-Konslu Ġenerali attenda numru ta’ attivitajiet organizzati minn Konsolati oħrajn f’Ýstanbul, partikolarment dawk tal-UE.

F’April, il-Ministeru bagħat, għal żmien temporanju, diplomatiku żagħżugħa f’Ýstanbul biex tgħin lill-Konsolat Ġenerali fil-ħidma tagħhom.

Seduta  250
07/10/2019

17.9.19

Iż-żmien jgħaddi. L-isfidi jibqgħu l-istess.




1.   Illum nieqfu biex niċċelebraw jum nazzjonali.  Jum solenni, wieħed qaddis, wieħed mimli patrijottiżmu.  Fl-istorja ta’ pajjiżna dan il-jum kellu, għal diversi drabi, rikorrenza ta’ liberazzjoni.  Huwa minnu li diversi ser iġibu quddiemhom l-eventi li wasslu għat-tmiem tal-Assedju l-Kbir.  Dak li seħħ fl-1565, xejn inqas minn erba’ mija u erbgħa u ħamsin sena ilu.  Kif, bil-wasla ta’ 8,300 suldat ta’ forza ta’ liberazzjoni żbarkaw fil-Mellieħa t-Torok, li kienu għaddejjin f’assedju, ħarbu.  L-istorja tfakkarna li mietu madwar 3,000 Malti u Għawdxi u 20,000 Tork, fost ħerba sħiħa.

Il-Monument tal-Assedju

2.   Illum ukoll ningħaqdu quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir.  Dak li sar tant sabiħ minn iben denju ta’ dan il-poplu, Antonio Sciortino.  Wieħed li kellu jgħaddi ż-żmien biex isir u b’ċertu diffikultà.  Kien nannuwi, Il-Gross, Carmelo Mifsud Bonnici, li kif ġie elett deputat beda jinsisti li għandu jinbena b’numru ta’ domandi parlamentari.  Kienu hu li, aktar tard, bħala ministru ta’ dan il-pajjiż, ħa d-deċiżjoni li jsir u li jiġi magħżul proprju dan li għandna, u li ngawdu, fl-1927.  Minn dak iż-żmien sallum, għalkemm inbidlitlu l-pożizzjoni, it-tlett figuri tiegħu hemm baqgħu.  Baqgħu t-tlieta ma’ xulxin, mhux mifruda, f’daqqa.  Ir-reżistenza tagħna, flimkien maċ-ċiviltà u r-reliġjon Nisranija baqgħu ħaġa waħda. Wara mijiet ta’ snin taħt ħakmiet oħra, malli kien hemm Parlament tal-Maltin, ħarġet naturali din l-għażla li kienet ilha misrura fina s-snin.  Ħadd, la l-Kavallieri, la l-Franċiżi u lanqas l-Ingliżi ma ħassew dan il-bżonn li ħassejna aħna.

Patrija dmir tagħna

3.   Niġu, xi drabi kkritikati, jew imqegħda f’dawl mhux tant tajjeb, meta aħna fil-Partit Nazzjonalista nitkellmu dwar il-Patrija.  Nifhmu.  Imma l-patrijottiżmu tagħna m’għandux x’jaqsam ma’ dak żbaljat li ċerti partiti fuq il-lemin estrem iħaddnu.  Il-linja tagħna hija waħda bażata fuq ir-raġuni, il-fidi u s-sens nazzjonali.  Kien il-Qaddis Ġwanni Pawlu II li kien spjega tant tajjeb dan il-kunċett, meta qal hekk: “Patriottismo significa amore per tutto ciò che fa parte della patria: la sua storia, le sue tradizioni, la sua lingua, la sua stessa conformazione naturale.  È un amore che si estende anche alle opere dei connazionali e ai frutti del loro genio.  Ogni pericolo che minaccia il bene comune della patria diventa occasione per una verifica di questo amore.”  U iktar ukoll il-quddiem jgħid ukoll: “La patria è il bene comune di tutti i cittadini e come tale è anche un grande dovere.”[1]

Sitta u sebgħin sena ilu

4.   Dan il-jum huwa marbut ukoll ma’ dak li seħħ fl-1943, meta l-Italja ċediet u l-flotta tagħha daħlet fl-ibħra tagħna għall-irdoss.  Dak li seħħ 76 sena ilu jista’ jidher huwa wkoll il-bgħid, imma fir-realtà huwa viċin ħafna tagħna.  Għal min jaqra, jagħraf li dak il-mument ġiet fit-tmiemha l-gwerra għalina.  Is-sagrifiċċji umani u materjali li għaddew minnhom missirijietna kienu determinanti.  Kien hemm, bħal ma rajna qabel, għażla li saret.  Ippreferew il-libertà u d-drittijiet nazzjonali tagħna għal kull ħaġa oħra.  Fis-sekli, il-bnedmin hawn ħassew li l-prinċipju jitlob minnhom li ma jċedux.  Jibqgħu jassiguraw id-dinjità tagħhom, anke jekk kien hemm prezz li jrid jitħallas.  Quddiem il-prezz ta’ telf ta’ ħajjet ħafna, ta’ ħsara fil-wirt u l-proprjetà tagħna ma ċedewx, ma nxtrawx, imma fiċ-ċokon tagħhom ikkumbattew.

Illum ukoll

5.   F’dan, ċertament għandna niftakru li dak li seħħ qabel huwa wirt għalina.  Wieħed li m’għandniex ninsew.  Wieħed li jitlob mingħandna d-dmir li niftakru, u fl-istess ħin inġeddu ġewwa fina.  Il-prinċipji tagħna sawruna f’dak li aħna.  Il-valuri tagħna żammewna f’dak li aħna.  Il-kultura tagħna, il-fidi Nisranija u l-imħabba lejn pajjiżna.  Dawn huma l-prinċipji, pedestalli li għandna nibqgħu nżommu.  Il-linji ta’ ħsieb li ġabuna nifhmu li m’għandniex nintelqu.  Anqas ma għandna ninxtraw, imma nżommu l-pożizzjonijiet tagħna.  F’dan il-jum nifktakru f’ta’ qabilna, u fl-istess ħin nifhmu d-dmir u r-responsabbiltà kbira tagħna li dak li għandna nżommuh.  Għax iż-żmien jgħaddi, imma l-isfidi l-istess jibqgħu.





[1] Memoria e Identità, Giovanni Paolo II, Rizzoli, paġna 84.

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...