7.2.17

PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA – MIRI TAL-MINISTERU


 
30192. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

23/01/2017

  ONOR. HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, qed jaħdem:
1. Fuq sett ta’ konklużjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri dwar t-titjib fil-ħiliet tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol madwar l-UE.
2.  Lejn progress fid-diskussjonijiet dwar il-proposti soċjali għal Direttivi dwar:
·               trattament ugwali
·               it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji.
·               konsiderevoli lill-pakkett dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema u l-Istazzjonar   ta’ Ħaddiema
·               fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-kanċer relatat max-xogħol billi tinnegozja r- reviżjoni tad -Direttiva dwar il-Karċinoġeni.
·               Kif ukoll proposti oħra relatati ma’ Konsumatur, Protezzjoni tad-Data, Sigurta’ tal-Prodotti u Sigurta’ fuq attivitajiet Radjoattivi,

3. F’pajjiżna ser inkunu qegħdin nospitaw numru ta’ Konferenzi mportanti fosthom il-Konferenza Ewropeja bil-għan li nkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra vjolenza abbażi tal-ġeneru , b’mod   partikolari l-vjolenza kontra n-nisa. Barra minn hekk ser inkunu qegħdin nospitaw konferenza Ministerjali fejn ser niddiskutu s-sitwazzjoni eżistenti fuq livell Ewropew fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

4. Jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet, f’Malta ser inkunu qegħdin norganizzaw diversi attivitajiet oħra li jitrattaw temi varji: id-drittijiet tal-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta, prodotti mediċinali, relazzjonijiet industrijali, protezzjoni tad-Data u Sigurta’ u Saħħa fuq il-post tax-xogħol.

5. Hemm ukoll il-parteċipazzjoni fil- Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Impjiegi u Politika Soċjali, fejn it-tema ewlenija hija ‘Making Work Pay’ – Id-dritt ta’ paga ndaqs għall-istess xogħol.

Seduta  478
06/02/2017

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – IMPJEGATI


 
30191. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħtu taħtha, tul is-sena 2016?

23/01/2017

  ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li matul is-sena 2016, l-ammont ta’ persuni li ġew impjegati u ngaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji kien ta’ disgħa u sebgħin (79)persuna.

Seduta  478
06/02/2017

Kompliet Taqa’ l-Porporina


 
1.      Minn fejn taqbad tibda biex tipprova tiddiskuti razzjonalment dak li għaddej fix-xenarju politiku ta’ pajjiżna, ħafna esprimew dubji u perplessitajiet.  Sfortunatament, il-livell politiku f’dawn il-gżejjer niżel waħda tajba.  Hemm il-komportament u l-aġir li ħafna drabi nsibuhom imxerrda f’diversi stejjer.  Tul din il-leġislatura tlajna mill-punt li ser ikollna l-aqwa kabinett fl-istorja u li ser ikollna l-inqas tolleranza għall-atti tal-korruzzjoni.  Minflok illum, wara erba’ snin, qegħdin immissu wisq il-qiegħ.  Ma hemmx mistrieħ u wisq inqas ħitan ta’ kenn.

Fiduċja u kredibilità

2.      Fid-dinja u fil-politika hemm żewġ toroq li permezz tagħhom titlef  mill-fiduċja u l-kredibilità.  L-ewwel għax ħaddieħor jagħmel ħiltu biex jattakkak, ikerrħek, inaqqaslek il-ġieħ u joskura kull ma tagħmel jew tkun wettaqt.  It-tieni, għax inti stess taġixxi b’mod u manjiera li ġġib il-ħtija fuqek innifsek.  Għalkemm il-kavallieri, fl-appuntamenti elettorali, is-soltu t-tnejn jiġu jidhru bil-kurrazza tleqq, l-esperjenza fil-leġislatura toħroġ x’hekk taħtha.  Iż-żmien u l-użu juru jekk hix verament maħduma fil-fidda jew hix ta’ sustanzi oħra imma miżbugħa minn barra.

Għad-dawl tax-xemx

3.      Iż-żmien ibaskat għax jgħaddi lil kull min ikun hemm min-nar tal-inkwiet.  Biss dan jikxef, kważi dejjem, dak li jkun hemm taħt.  Għax iż-żebgħa tinqala’, mentri l-fidda tleqq iktar.  Fil-preżent huwa mill-iktar ċar li dan il-Gvern qiegħed jgħaddi minn din l-esperjenza.  Il-materjal veru qiegħed joħroġ iktar u iktar għad-dawl tax-xemx u jsir xi jsir huwa destinat li jinkixef aktar.  Inqabdet rotta li minnha huwa evidenti li ma hemmx fejqan.  Għax l-istorja politika passata Ewropea u ta’ pajjiżna turi li ladarba taqbad it-triq tal-pjaċiri, tal-klijenteliżmi, allura taqbad magħha dik tal-korruzzjoni.  Waħda ġġib lill-oħra.

Il-bilanċ fil-kalatura

4.      Qatt ma huwa ż-żmien propizju biex dan iseħħ, wisq u wisq inqas illum li f’dawn il-gżejjer, għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, Malta għandha f’idejha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea.  F’dan, meta wieħed iħares lura jagħraf kemm tul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti tħalliet reputazzjoni tajba f’ħidmietna.  Il-mod ta’ kif ġibna ruħna.  Il-ħidmiet tagħna, il-linja li biha ttrattajna fl-istituzzjonijiet Ewropej ilkoll bnew wirt għar-reputazzjoni tajba u b’saħħitha li kapaċi nwettqu l-affarijiet sewwa.  Kreditu li ġie għad-disposizzjoni f’dan il-mument kruċjali.  Fejn qed narawh li qiegħed jikkumbatti biex jipprova jżomm il-bilanċ fil-kalatura tal-iżbalji kontinwi li qegħdin isiru llum.

Baqgħu jaħdmu

5.      Proprju għax tul ħamsa u għoxrin sena nbnew l-istituzzjonijiet demokratiċi li għandna li huwa ċar quddiem għajnejn il-poplu li hemm differenza.  Differenza fl-aġir tal-politiċi, kif ukoll f’dak li huwa sewwa minn dak li m’huwiex.  Għalhekk ġew maħluqa difensuri tas-sewwa bħall-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.  Dawn jaħdmu kienu, u baqgħu jaħdmu sal-ġurnata tallum.  Dak li jitressaq quddiemhom jikkunsidrawh, jeżaminawh u jirrapportaw fuqu.  Hekk għamlu fil-passat, kif jixhdu d-diversi rapporti li ħarġu tul is-snin u hekk għadhom jagħmlu.  Bid-differenza li llum għandhom ferm iktar fejn iservu dmirhom.

Wettaqna s-sewwa

6.      Mhux biss, imma l-amministrazzjoni preżenti sabet ukoll taħt rasha l-preparazzjonijiet li wettaqna aħna.  Kellna, tul l-aħħar leġislatura, il-ħsieb kontinwu li dak li kien qiegħed jiġi mwettaq kien qiegħed isir għal dawn is-sitt xhur.  Jekk, kif inhuwa evidenti, il-mexxejja Ewropej ġew iduru l-Belt u daħlu fil-postijiet storiċi tagħna sabu post mibdul.  Sabu post irranġat, restawrat u meħud lura għall-glorja passata.  Infaqna l-flejjes u ddedikajna l-isforzii tagħna sabiex dan ikun jista’ jsir.  Proprju għax konna konxji li xejn ma jista’ jseħħ f’sentejn li ħarisna u ħdimna sabiex inkunu f’pożizzjoni li nilqgħu tajjeb għal dan il-mument.

Baqa’ ma seħħx

7.      L-amministrazzjoni preċedenti kellha f’rasha li dan huwa mument importanti li minnu, bil-għaqal, nistgħu nieħu ferm.  Imma, meta llum insibu fil-gazzetti u l-mezzi tax-xandir tagħna rapporti varji, rapporti ta’ kwalità u kwantità distinta dwar kif l-aqwa kabinett fl-istorja qiegħed iġib ruħu, nifhmu aħjar kemm dan ma tantx jista’ jseħħ.  Kellna wkoll ma’ dak dak li qiegħed jimmanifesta ruħu f’illużjoni li l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni tgħallem, u allura dawn l-iżbalji mhux ser iwettaqhom.  Kellna l-ħsieb li fl-Unjoni Ewropea x-xenarju ser jinbidel fi ħdan dak il-partit.  Biss, illum ikollna nammettu li dan baqa’ ma seħħx.  Ikollna naċċettaw li ħsibna li l-kwalità u l-materjal uman kien ser ikun ferm differenti milli qegħdin naraw.

Responsabbiltà politika

8.      Iż-żmien, bħal dejjem, jagħti parir  Dawk li ftit snin ilu mlew lill-pajjiż b’kaxxi kbar u b’listi twal ta’ wegħdi, illum qegħdin juru li m’humiex kapaċi jlaħħqu magħhom.  Urewna mod u qegħdin jagħmlu mod ieħor, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-aġir tajjeb u konsiderat fit-tmexxija tal-pajjiż.  Hemm wisq il-ħsieb ta’ nies li daħlu biex jieħdu u jgawdu huma, iktar milli biex iservu lil ħaddieħor.  Il-kwalità u s-sustanza ta’ min għandu r-responsabbiltà politika qegħda toħroġ iktar u iktar.  Qegħda turi li dak li ħafna ħasbu li huwa fidda, fir-realtà m’huwiex.  Qegħda turi li l-porporina waqgħet u l-materjal veru huwa espost għal min irid jarah.



3.2.17

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – ĦADDIEMA INGAĠĠATI IN VISTA TAL-PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA


 
30190. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtha, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Tista’ tindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

23/01/2017

  ONOR. HELENA DALLI: 

Ingaġġ/Kategorija

Salarju

Suġġett
Policy Officer (Ġinevra)
Skala 9
ILO – International Labour Organisation Activities
Policy Officer (Ġinevra)
Skala 9
WPIEI- Working Parties on International Environmental Issues
Policy Officer (New York)
Skala 9
CSW – Committee for the Status of Women.

Seduta  477
01/02/2017

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...