4.6.15

RAĦAL IL-ĠDID - UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI.





16365. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l.i qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal il-Ġdid u kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?

22/05/2015

 ONOR. MICHEAL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid hemm 6 persuni jaħdmu. Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 29,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan id-distrett

Seduta  270
01/06/2015

ĦAL TARXIEN – BUS STOPS ĠODDA.





16364. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jindika fejn saru jew se jsiru bus stops ġodda ġewwa Ħal Tarxien tul din is-sena?

22/05/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninsab infurmat illi ma sarux u m’hemmx il-ħsieb li jitwaħħlu bus stops ġodda fil-lokalita’ ta’ Ħal Tarxien fil-futur qrib.

Seduta  270
01/06/2015

IL-FGURA - UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI





16363. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u kemm persuni użaw s-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?

22/05/2015

 ONOR. MICHEAL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura hemm erba’ persuni jaħdmu.
Matul is-sena li għaddiet huwa stmat li kien hemm 14,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw minn dan l-uffiċċju.
Seduta  270
01/06/2015

IL-FGURA – TRIQ HOMPESH – BUS STOP.





16362. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba jistax jkabbar l-bus stop li hemm fil-bidu ta’ Triq Hompesh, il-Fgura billi dik li hemm għalkemm ġdida qiegħda tirriżulta li hija żgħira għall-bżonnijiet tan-nies?

22/05/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat fil-futur qrib.

Seduta  270
01/06/2015

IL-FGURA – TRIQ HOMPESH – BUS STOPS.





16361. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk kemm-il darba iż-żewġ bus stops li hemm fl-aħħar ta’ Triq Hompesh il-Fgura lejn Ħaż-Żabbar humiex se jiġu mibdulha?

22/05/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Huwa mifhum illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għaż-żewġ bus shelters illi l-bus stops tagħhom iġibu l-isem ta’ ”Hompesh”.  Ninsab infurmat illi l-bus shelter illi hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid u għal dan il-għan fil-ġranet li għaddew inħarġet tender sabiex isir ix-xogħol infrastrutturali neċessarju sabiex ikun jista’ jitwaħħal bus shelter ġdid minflok dak illi hemm illum.

Mill-banda l-ohra, il-bus shelter tal-faċċata, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’ hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid u għaldaqstant intalbet kwotazzjoni sabiex il-bus shelter eżistenti jiġi irranġat.

Seduta  270
01/06/2015

3.6.15

X’Wirt Ghandna.



1. Pajjizna mimli b’wirt differenti li hallewlna missierijitna. F’kull rokna ta’ dawn l-gzejjer wiehed jsib parti mill-istorja u l-kultura taghna. Iktar mal-belt jew ir-rahal jkollhom zmen iktar ssib x’tara u x’tapprezza. Fortunatament ghalina wiehed mill-passi l-kbar li saru taht amministrazzjonijiet nazzjonalisti varji kien proprju li nassiguraw li kemm jistgha jkun dak li ghandna ma nitifluhx. Li l-wirt storiku jibqa preservat. Jigi restawrat u jinghata l-glorja li kellu qabel. Xprunajna l-pajjiz sabiex dan jsir u biddilna l-mentalita li konna mmissu qabel b’idejna.

2. Il-Kottonera kienet xhieda principali ta din il-bidla. R-restawr li sar fil-Birgu inizjalment tax-xatt , tal-palazzi, l-knejjes , l-muzew gdid dak Marittimu, l-Palazz tal-Inkwizitur kompla u firex. Biddilna mentalita socjali. L-antik ma baqax dak li ghandu jitkisser jew jitwaqqa imma sar dak li jaghti lura r-ruh li belt kellha. Kwantita kbira ta nies illum jgawdu l-wirt storiku taghna kull imkien. Biss l-process ta bidla beda u kompla b’sahha kbira taht il-partit nazzjonalista. Kompla sabiex assigurajna fondi kbar mill-Unjoni Ewropeja li ahna fihna kemm hija determinanti ghalina bhala poplu. Min jaf l-affarijiet jistgha jixhed proprju li fil-legislatura ta’ qabel s-swar gew restawrati. Dak li nghaddu minn hdejhom qisu ma gara xejn saru bl-impenn u determinazzjoni taghna.

3. Biss il-hidma tal-Gvern ma kienetx solitarja fis-sens li assigurat ukoll li diversi organizzazzjonijiet, knejjes, persuni kkontribwew privatament sabiex jsiru progetti ohra. Ftit jiem ilu kont mistieden appuntu f’attivita fejn socjeta li ghaddejja rrankata tahdem “Wirt iz-Zejtun” ccelebrat hidmitha f’bicca restawr mill-iktar interessanti. Cert li ftit jafu kemm din l-belt ghandha wirt storiku x’toffri. Biss mertu ta’ din l-organizzazzjoni diversi qed jigu introdotti b’intelligenza ghal dak li hemm. Mmexxija minn gabra ta’ persuni motivati u li jharsu l-quddiem qed jitella programm li jixhed li hemm partecipazzjoni demokratika qawwija fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali taghna.

4. L-attivita li mort ghalija kienet l-kxif mill-gdid ta’ mappa tal-parti ta’ isfel ta’ pajjizna  li giet mnaqxa fil-gebel. Il-mappa tinsab fuq il-bieb principali tad-dar tas-Sorijiet  Ulied il-Qalb ta Gesu’, fi Triq San Lucjan, liema post kien uzat fil-passat bhala skola illum huwa kunvent. Ghall-okkazzjoni ngieb is-sur Joseph Schiro li huwa s-segretarju onorarju tal-Malta Map Society li ghamel diskors mill-isbah dwar din l-mappa verament unika. Unika f’pajjizna u fid-dinja. Mill-isbah sija f’dak li gie mnaqqax kif ukoll fl-abbilta kbira ta’ dawk ta’ qabilna li rnexxilhom johorgu mill-gebla maltija testament uniku ta’ kif kienu l-gzejjer taghna qabel kull zvilupp.

5. Fil-fatt kif tajjeb inghad l-mappa tal-gebel turi knejjes u fortizzi fl-inhawi principali tax-xlokk. Skond is-sur Schiro hemm zewg torrijiet dak ta’ San Tumas u San Lucjan u numru ta knejjes, ta’ Hal-Tarxien, Hal-Ghaxaq, l-knisja l-Qadima ta’ San Girgor u dik ta’ Haz-Zabbar. Meta wiehed jhares lejha jissahhar ghax jhossu minghajr ma jrid parti minn dak li ghadda minn fuqna. Jara l-ghajn u jhoss l-id ta’ dak l-bennej mill-aqwa li hareg mappa fuq materjal uniku u li fortunatament ghalina ma ntilifx. Anzi min flok mertu ta’ hidmet din l-ghaqda u ta’ restawratrici maltija Jane Marie Vella regghet hadet nifs gdid.


6. Il-lejla ghalqet b’bicciet ta’ muzika kantati minn Michael Fenech u qari ta tlett poeziji wahda ta Daniel Massa, l-ohra ta Guze Orlando u fl-ahhar l-Ghanja Maltija ta’ nannuwi Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross). Min qara u kanta segwa l-ispirtu nazzjonali u stajt nara passjoni li min kien qed jiehu sehem kien qed jiehu pjacir u fl-istess hin kburi b’dak li kien qieghed jaghmel. Kliem nannuwi “Ghalhekk jien niggieled b’din sahhti, b’dan mohhi, biex dak li  hu tieghek jittiefes le xejn, ghalhekk jien nitfittet, nitmashan, nitqabad, biex int ma tkunx icken milli inti u fl-ghajnejn.” zammewni f’dan nahseb iktar u iktar f’din il-bidla li saret. Is-serata ghaddiet bhal ziffa helwa. Illum hemm pero’ ghad-disposizzjoni ta’ kulhadd dan il-wirt storiku , zejtuni u nazzjonali li taghmlu tajjeb li tmorru taraw u tammiraw.            

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...