1. F’dawn il-gżejjer hemm memorja storika komuni li lkoll, b’xi mod, nafu biha. Dik li tfakkarna kif pajjiżna għadda u għeleb dak li nsejħu l-Assedju l-Kbir. Fl-iskejjel primarji, b’attenzjoni, diversi kienu jgħaddulna dan sabiex inkunu nafuh, u fl-istess ħin, ma ninsewx. Ftit però għadhom, sal-lum, jinteressahom minn dan l-avveniment kbir u forsi ftit aktar dawk li jinsabu fl-abbiltà li jew jaqraw id-dettalji, inkella li jafu bihom. Ħafna minna naħseb li nafu bil-punti importanti u bil-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-Maltin u l-gwida tal-ftit Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dawk li kienu mmexxija minn wieħed mill-aqwa Gran Mastri li kellhom u li kien jaf sewwa x’inhu jagħmel. Jean Parisot de la Valette (1495-1568) kien il-bniedem li fl-età ta’ wieħed u sebgħin sena mexxa l-ġlieda għad-difiża tagħna.
Dak li seħħ
2. Hemm riċerka varja fuq dak li seħħ u kienu diversi dawk li ħallewlna r-rakkonti tagħhom. Xi drabi jsir u jingħata attenzjoni dwar il-ħruxija tal-aġir sħiħ. Xi drabi wkoll fuq id-determinazzjoni u l-preparazzjoni. F’ħafna naraw li l-Ordni li kienet imkeċċija minn Rodi, fejn xtaqet tmur lura, sabet ruħha hawn. Ħafna jgħidulna kemm ma kenitx l-għażla tagħhom, anke jekk aċċettaw li jkunu hawn. Aċċettaw li jiddefendu u fehmu li sabu ruħhom f’pożizzjoni strateġika li ftit qabel ma kinux fil-fatt fehmu jew ġew wiċċ imb’wiċċ magħha. Jibqa’ żgur il-fatt li minn hemm ’il quddiem, kellhom l-għarfien li dak kien mument determinanti fl-eżistenza tagħhom. Tagħhom u tagħna lkoll magħhom. Wieħed li biddel il-futur ta’ pajjiżna.
Bidliet
3. Mhux biss storikament, militarment u strateġikament, imma wkoll kulturalment u kien il-bażi ta’ indipendenza. Mal-wasla tagħhom daħal ċar li dawn il-gżejjer setgħu jimxu ‘waħedhom’. B’liġijiet tagħhom proprji u wirt kulturali u identità daqstant ieħor. Tifhem ftit iktar dan meta tisma’ l-mużika Barokka li l-Valletta Baroque Festival, b’tant abbiltà kull sena, din inkluża, jtellgħu. Mhux biss mużika mill-isbaħ, xi drabi qatt mismugħa, imma aktar minn hekk fi knejjes u bini li f’dan huwa dak li żmienhom ħallielna. Ordni Reliġjuża unika, li titlob dejjem aktar studju u kunsiderazzjoni. F’dan jibqa’ dejjem iktar importanti li wieħed japprezza sew kemm l-Assedju l-Kbir huwa ġebla tax-xewka tagħna.
Tajjeb li nkunu nafu
4. L-Assedju l-Kbir jibqa’ dawl għalina ta’ dak li aħna u dak li nistgħu nkunu. Punt li jimmerita attenzjoni mhux biss f’dak li seħħ, imma fl-abbiltà li jibqa’ jiġbed sal-lum riċerka, akkademja u kitba varja. F’dan iktar fuq żewġ livelli: l-ewwel f’dak li seħħ verament; u t-tieni fil-lezzjonijiet li wieħed jislet minnu. Dak li missejt miegħu waqt li qrajt reċensjoni tal-istoriku Ferdinand Mount (1939) dwar il-ktieb The Great Siege of Malta (2025) tal-istoriku Marcus Bull (1962). Fih numru ta’ dettalji u naħseb li huwa ġabra mill-iktar ‘aġġornata’ u miktuba f’termini tal-preżent. Tajjeb li jinqara u fl-istess ħin wieħed jgħarbel mill-ġdid. Il-kuraġġ, id-determinazzjoni u l-eroiżmu li akkumpanja lil dawk il-persuni. Ma konniex inkuu dak li aħna bħala Ewropej kieku l-gżejjer tagħna nħakmu.
Preparazzjoni
5. Ma hemmx dubju li l-Gran Mastru mhux biss kien il-mexxej, imma wkoll kien dak li kellu moħħ ċar ħafna u kien jaf fejn irid jasal. Iktar fl-esperjenza li kien ġabar bħala Kavallier u ċertament iktar minn dak li kienu għaddew minnu meta kienu f’Rodi. Dak li ġarrbu hemm u t-telfiet tagħhom messewh. F’dak li l-awtur jikkwota l-ġudizzju tal-Kavallier Francisco Balbi di Correggio: “... if it had not been for the foresight and preparations made by the Grand Master, not one of us would have survived.” (Li kieku ma kienx għall-viżjoni, il-preparazzjoni u l-ħsieb fit-tul tal-Gran Mastru, ħadd minna ma kien jibqa’ ħaj.) Argument li jmiss direttament f’dak li jikkonkludi Marcus Bull ma’ dak li jara Ferdinand Mount. Wieħed jattribwixxi s-suċċess għax-xorti u l-ieħor għal ħidmet dan il-bniedem.
Jixraqlu
6. F’dan, Ferdinand Mount jikteb hekk: “The knights’ determination to defend a barren Island they had never wanted to occupy may seem irrational, yet their actions were not only suicidally brave but perfectly sensible: a not unknown combination in human carry-on. Crazy, yes, but lucky? I don’t think so.” (Id-determinazzjoni tal-Kavallieri li jiddefendu gżira niexfa li qatt ma riedu jokkupaw tista’ tidher irrazzjonali, imma azzjonithom ma kenitx biss kuraġġuża ħafna imma perfettament loġika: kwalità u ġabra ta’ aġir uman li nafu bih. Ġenn, iva, imma xorti? Le, ma naħsibx.) Il-Kavallieri ġġieldu b’għaqal u b’attenzjoni. Żammew armata iktar minnhom u rebħulha. Imma kienu jafu x’inhuma jagħmlu u kienu determinati proprju għax kellhom mexxej li kien mimli doni u ispirat fis-sewwa.
Proprju f’dan
7. Għalhekk, f’dan kollu nibqa’ naħseb li dan il-bniedem, Jean Parisot de la Valette, ħaqqu ferm iktar attenzjoni fil-proċess storiku u kulturali tagħna. Ma twelidx hawn, iżda proprjament iben Ewropew u Mediterranju f’kull sens sħiħ. Bniedem li serva, ma beżax u qiegħed pedament nazzjonali li għadna nieħdu benefiċċju minnu. Fil-gżejjer nagħtuh rispett u hemm toroq imsemmija għalih. Almenu l-Belt hemm statwa sabiħa u imponenti tiegħu. Waħda li ftit huma dawk it-turisti li ma jiqfux jarawha u jeħdulha ritratt. Proprju fuq dan li s-sena l-oħra nsistejt, mertu tal-interpellanzi parlamentari mal-Ministru tal-Kultura, sabiex tiġi restawrata u wara numru ta’ xhur, sal-aħħar tas-sena sar dan. Issa iktar li tajna bixra ġdida u legali li ddikjarajna l-Belt Valletta bħala l-Kapitali tal-pajjiż fil-Kostituzzjoni, jixraqlu aktar.
Voltaire
8. Lill-magħruf filosfu Francois-Marie Arouet, magħruf aħjar bħala Voltaire (1694-1778), Ferdinand Mount jiċċitah li mitt sena wara jiddikjara: “Rien n’est plus connu que la siege de Malte.” (Ma hemm xejn aktar magħruf mill-Assedju ta’ Malta). Waqt li f’dan nirrikonoxxi lid-diversi akkademiċi Maltin li kitbu u għadhom jistudjaw dwar dan, għandna wkoll nirringrazzjaw lil storiċi bħal Mount u Bull, li jiktbu huma wkoll dwar dak li seħħ. F’dan iktar proprju għandna nagħmlu ħilitna sabiex kull student fil-klassijiet primarji u sekondarji, anzi kull ċittadin ta’ pajjiżna, għandu jkun jaf u jingħata kotba li jfakkruna f’dan kollu. F’dan nittama li nkunu nistgħu lkoll niddikjaraw li kulħadd għandu jkun jaf.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Ferdinand Mount. Show all posts
Showing posts with label Ferdinand Mount. Show all posts
15.1.26
16.10.25
WARA T-TARIFFI ... NISTENNEW U NARAW L-IŻVILUPPI
Fl-1516 Erażmu ta’ Rotterdam (li miet fl-1536) ippubblika l-ktieb “Istitutio Principis Christiani” (L-Edukazzjoni tal-Prinċep Nisrani). Intenzjonat sabiex jgħaddi numru ta’ pariri lil min jrid jirrenja poplu b’prinċipji nsara. Fost d-diversi huwa jinsisti li min jmexxi jrid ikun attent sabiex ma jimponix taxxi jew tariffi iebsa fuq l-bnedmin. Dan għaliex piżijiet bħal dawn jagħmlu l-ħajja aktar diffiċli u kumplikata. Jagħti wkoll il-parir sabiex jekk verament hemm bżonn, dawn għandhom jiġu imposti fuq dawk l-prodotti li huma l-aktar lussużi. Dawk l-oġġetti li jinxtraw minn dawk li għandhom l-flus u allura dawk li jifilħu jħalsu għal dawk l-piżijiet ekonomiċi.
Diskussjoni
Fil-ħarġa ta’ Awwissu ta’ din is-sena tal-“London Review of Books” hemm reċensjoni mill-iktar interessanti tal-kittieb Ferdinand Mount (1939) dwar proprju dan is-suġġett. Jitratta taħt it-titlu “Biff-Bang” żewġ kotba. L-ewwel dak ta’ Ben Chu (1979) “Exile Economics: If Globalisation Fails” (Mejju 2025) u t-tieni ta’ Robert Lighthizer (1947) “No Trade is Free: Changing Course, taking on China and helping American Workers.” (Awwissu 2023). Fih jiddiskuti minn sfond storiku kif diversi ħaddmu u ġustifikaw fil-passat l-użu tat-tariffi fuq prodotti ġejjin minn stati oħra. Parti f’ħafna mill-politika nazzjonali tagħhom skont iċ-ċirkostanzi u l-alleanzi. Anki fil-ħsieb li dan seta’ jgħin aktar lill-ekonomija interna billi żżomm l-oħrajn barra. Dan għaliex l-ħsieb kien li jekk jidħlu prodotti aktar irħas fil-pajjiż minn barra jispiċċaw joqtlu l-industrija lokali.
Id-dinja
Fiż-żewg kotba — l-aktar fl-ewwel wieħed — hemm analiżi storika u f’dik tat-tieni, aktar ġustifikazzjoni ta’ ħidmet l-President Amerikan attwali Donald Trump. Fl-ewwel nsibu li kif jgħid Mount: “Through the Middle Ages, there seems to have been a presumption that unimpeded, if not untaxed, trade was a good thing.” (Fil-Medjuevu, jidher li kien hemm presunzjoni li negozju mħux ostakolat jew intaxxat, kienet ħaġa tajba.) Aktar tard senjatament taħt Enriku Tmienja tal-Ingilterra u Eliżabetta daħlet aktar il-linja li pajjiż kbir irid jkollu protezzjoniżmu fil-forma ta nazzjonaliżmu fuq il-prodotti tiegħu. Hekk ħasbu u baqgħu għal sekli jaħsbu li b’dan l-mod għandu jikber u jitkattar l-kummerċ.
Iżda d-dinja nbidlet...
Wara sekli kellna l-GATT (General Agreement on Tariffs and Trade) u wara l-WTO (World Trade Organisation) ... istituzzjonijiet fejn diversi tariffi spiċċaw. Infetaħ kapitlu ta’ negozju liberu u li fih beda proċess li nidentifikaw aħjar bħala globalizzazzjoni. Stati ssudaw lilhom infushom. Oħrajn irnexxilhom ukoll inaqqsu l-faqar fost l-popli tagħhom. Iżda wħud ma kinux biżżejjed attenti għal dak li kien għaddej u d-diffikultajiet li kienu qed jinħolqu lil setturi varji. Il-kompettitività ta’ prodott f’pajjiż kien qiegħed jirbaħ skont r-regoli tal-kummerċ liberu f’oħrajn. Proċess li f’ċertu dimensjoni għaddejna aħna wkoll minnu. L-istat li jiġi identifikat speċjalment fil-ktieb ta’ Lighthizer kien — u li għalih ħa l-iktar benefiċċju intelligenti — kien u huwa ċ-Ċina. Sar progress kbir u li ħafna f’pajjiż kbir bħall-Istati Uniti baqgħu ma aċċettawx.
Il-miżuri tal-lum
Kif segwejna, għalkemm bħalissa hemm xi forma ta’ stabbiltà, din it-tieni Presidenza ta Donald Trump għamlet mit-tariffi użu politiku wkoll. Aktar ma jiżdiedu, hemm il-ħsieb li dan il-pajjiż jieħu lura saħħa politika u finanzjarja. Iżda r-realtà hija ftit differenti. Ma hemmx dubju li d-dazji triplaw u issa daħlu madwar tmienja u għoxrin biljun dollaru fil-kaxxa. Biss, fuq in-naħa l-oħra, il-piż qiegħed jgħaddi naturalment fuq il-poplu. Ferdinand Mount jgħidilna: “It is slowly dawning on the American public that, at the end of these tedious tussles, they are likely to be paying around 15 % more for their imports (18.2%is Chu’s latest average figure, up from a mere 2-4% under Biden, and the highest level since 1934). Trump is already trying to soften the blow by hinting at some form of cashback from the Treasury to the US Taxpayers which would only make the whole exasperating carousel seem more pointless still.” (Qiegħed, ftit, ftit, jidħol f’moħħ l-pubbliku Amerikan li, fl-aħħar ta’ dawn l-kwistjonijiet komplikati, se jkunu qed iħallsu madwar 15% iktar fuq dak li jiġi impurtat (18.2% hija dak li Chu jikkalkula, u dan minn 2/4% taħt Biden, u l-għola mill-1934). Trump diġà qiegħed jipprova jnaqqas mill-impatt ta dan u qiegħed jara kif iħallas f’xi forma ta’ pagament lill-poplu mit-Teżor lil dawk li jħallsu t-taxxi li ser tagħmel l-pożizzjoni iktar eżasperanti u bla sens.
F’ħafna sens
Il-ktieb ta ‘ Robert Lighthizer fil-realtà jiftaħ aktar l-għajnejn dwar dak li qiegħed iwassal lil Donald Trump f’dan l-konflitt bl-użu tat-tariffi. Dan l-aktar fl-analiżi ta’ ħidmet ċ-Ċina u l-iżvilupp veloċi tagħha. Huwa jiddikjara li kien żball li tħalli lil dan l-pajjiż fil-WTO u jigi trattat daqs kull pajjiż liberu (free market) ieħor. Huwa jikkonkludi: “The result was that millions of well-paid jobs in US manufacturing disappeared, as more and more work was out sourced and offshored. China flooded every market with cheap goods and the wages of American workers stagnated or sank.” (Ir-riżultat kien li miljuni ta’ impjiegi mħallsa tajjeb fil-manifattura Amerikana sparixxew, u aktar u aktar xogħol ġie mgħoddi lil oħrajn. Iċ-Ċina mliet s-swieq tad-dinja bil-prodotti rħas u l-pagi tal-ħaddiem Amerikan waqfu jew niżlu ’l isfel.)
L-Arloġġ
Ħafna f’dan jaħsbu li l-arloġġ tista’ iddawwru lura u dawn huma l-pariri u l-ideat li l-President Donald Trump qiegħed isegwi. Forma ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-passat fejn dawn kienu hemm. Fejn kien hemm min seta ħaseb li b’daqshekk l-pajjiż se jistana jew jibqa’ b’saħħtu ekonomikament. F’dan però hemm l-verità li l-pożizzjoni nbidlet. Daret sew u drat taħdem mingħajr tariffi. Il-libertà fil-kummerċ tikber u tissoda f’ħafna pajjiżi u popli. Aktar ma wieħed f’dan jaqra u janalizza wieħed jifhem li f’xi mument dawn it-tariffi jerġgħu jitneħħew. Il-kompetizzjoni titlob li kull poplu jkun kapaċi li jibni l-kundizzjonijiet interni t-tajba sabiex dak li jiġi prodott ikun fost l-aqwa u l-aktar kapaċi li jinxtara. Prezz u kwalità li jirbħu fuq linji li jistgħu jidhru temporanjament tajba iżda ċertament mhux fit-tul. Aħna f’dan se nintlaqtu bit-tariffi li ġew imposti. Irridu però nifhmu li pajjiżna jrid f’dan iż-żmien jassigura li l-industrija tagħna tikber biex tkun kapaċi tirbaħ — sija aktar fis-swieq tallum u f’dan tibni l-kapaċità f’dak ta’ għada. F’dak il-jum meta t-tariffi jitneħħew mill-ġdid.

Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
1. Hemm bnedmin li f’dawn iż-żminijiet qed jieħdu sehem iktar sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Dawk li qabel ma setgħux jidħlu jagħml...