25.2.14

PERSUNI LI QED JIRĊIEVU L-PENSJONI.


7889. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni u tista’ tindika f’liema kategorija?

13/02/2014

  ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni huwa kif jidher hawn taħt:
                        Pensjoni għall-Irtirar                                                               57,623
                        Pensjoni għar-Romol                                                              15,839
                        Pensjoni għal Invalidita’                                                        4,557

Seduta 123

24/02/2014

KORP TAL-PULIZIJA - KARIGI



7888. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentament kemm hemm persuni membri fil-Korp tal-Pulizija u jista’ jindika f’liema kariga? Jista’ jindika wkoll kemm persuni ngħataw promozzjoni tul dawn l-aħħar 11-il xahar u jista’ jindika f’liema kariga?

13/02/2014

ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Frar 2014 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 1, 939 membru. Dawn huma kif juri fit-tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Il-promozzjonijiet li ngħataw matul dawn l-aħħar 11 –il xahar huma tmienja u temenin (88) kif jidru fit-tabella B li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Seduta 123

24/02/2014

KORP TAL-PULIZIJA – PERSUNI IMPJEGATI MAL-KORP



7887. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni impjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp?

13/02/2014

ONOR. EMANUEL MALLIA: Jien infurmat illi bħalissa hemm mija u wieħed u għoxrin (121) persuna mpjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp. Dawn jinkludu 56 Immigration Officer li jaħdmu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta


Director
1
Assistant Director
1
Officer in Grade 5
1
Officer in Grade 7
1
Principal
5
Assistant Principal
9
Executive Officer
5
Senior Clerk
43
Clerk
10
Messengerial
2
Health Assistant
1
Senior Technical Officer
1
Senior Technician
2
Senior Tradesman
18
Health Attendant B
1
General Hands Group II
7
General Hands Group III
1
Labour Operative Group IV
1
Senior Operative IV
1

Other Industrial Grades

3
Others
2
TAS Trainees
5




TOTAL
121

Seduta 123

24/02/2014

24.2.14

IL-FGURA – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA


7886. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?

13/02/2014

  ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl’uffiċċju distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu żewġ uffiċjali fi grad klerikali.  Ma dawn irid jiżdied ukoll servizz ta’ darba fil-ġimgħa (jew kemm tirrikjedi d-domanda) ta’ Maniger Distrettwali.
In-numru ta’ viżitaturi li żaru l-fergħa tal-Fgura matul l- 2013 kien jammonta għal ftit iktar minn 14,000.

Seduta 122
19/02/2014



RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, GUDJA, ĦAL GĦAXAQ, SANTA LUĊIJA U L-MARSA – PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL



7885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

13/02/2014

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:


Lokalita'
Rġiel
Nisa
Total
ĦAL GĦAXAQ
65
11
76
ĦAL TARXIEN
113
33
146
IL-GUDJA
19
6
25
IL-MARSA
129
17
146
RAĦAL ĠDID
137
47
184
SANTA LUĊIJA
57
12
69
Total
520
126
646


Minn dawn is-646 persuni, 338 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.

Seduta 122
19/02/2014



WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN U L-FGURA – PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL


7884. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

13/02/2014


  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Marsascala, iż-Żejtun u l-Fgura, fl-aħħar ta‘ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:


Lokalita’
Rġiel
Nisa
Total
IL-FGURA
147
38
185
IŻ-ŻEJTUN
188
43
231
MARSASKALA
129
60
189
Total
464
141
605


Minn dawn is-605 persuni, 269 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.

Seduta 122
19/02/2014


SKOLA PRIMARJA TA’ RAĦAL ĠDID - STUDENTI



7883. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?

13/02/2014

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li l-għadd totali ta' studenti fl-iSkola Primarja 'A' u 'B' ta' Raħal Ġdid hu 721. Minnhom 331 huma bniet filwaqt li 390 huma subien.    

Seduta 122

19/02/2014

KONSLI ĠODDA



7882. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il konslu ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?

13/02/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Ninforma lill-Onor.  Interpellant li matul is-sena 2013 ġew maħtura 12-il Konslu Onorarju u Konslu  Ġenerali biex jirrappreżentaw lil pajjiż barra minn Malta.

Dettalji dwar dawn il-Konsli jinsabu hawn taħt :



Konsli Onorarji maħtura matul is-sena 2013
Isem                                                       Belt                                        Pajjiż                                     Ħatra
Gokhan Dogan                                    Antalya                                 Turkija                                   4 ta’ Jannar 2013
Henry Cappello                                   Phoenix                                 Stati Uniti                              22 ta’ Jannar 2013
Victor Tanti                                          Edmonton                             Kanada                                 31 ta’ Jannar 2013
Ricardo Schembri                                Bogotá                                   Kolumbja                              18 ta’ Frar 2013
Arshad Mansoor                                  Manzini                                 Swaziland                             19 ta’ Frar 2013
Rocky J Pesik                                       Jakarta                                  Indonesja                              28 ta’ Frar 2013
Geert      Sciot                                       Korrtenberg                           Belġju                                    17 ta’ April 2013
Claudio Marciano di Scala                                San Marino                           San Marino                           14 ta’ Mejju 2013
Jyandra Ragavoodoo                         Port Louis                              Mauritius                               27 ta’ Mejju 2013
Michele Pons                                        Cagliari                                  Italja                                      28 ta’ Mejju 2013
Stephan Erbe                                        Basel                                      Svizzera                                 20 ta’ Awissu 2013
Alois Sundl                                            Graz                                       Awstrija                                 24 ta’ Diċembru 2013
Konsli Ġenerali maħtura matul is-sena 2013
Victor Grech                                         Melbourne                            Awstralja                               1 ta’ Ottubru 2013

Seduta 122
19/02/2014


AMBAXATTURI ĠODDA

7881. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ambaxxatur ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?

13/02/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Matul is-sena li għaddiet ġew maħtura (20) għoxrin  Ambaxxatur  residenti  u (12) 12-il Ambaxxatur mhux residenti. Il-lista ta' dawn l-Ambaxxaturi ġodda qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta 122

19/02/2014

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - PERSUNI LI RRIŻENJAW JEW ĠEW TRASFERITI



7774. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm-il-persuna rriżenjat jew ġiet trasferita mill-Ministeru tul is-sena li għaddiet u l-bidu ta' din is-sena?
07/02/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żmien  indikat saru 14-il trasferiment li 10 minnhom  ġew mitluba  mill-individwu stess, 2 ġew deployed fil-Ministeru għal Għawdex  u 2 ġew  trasferiti skont l-esiġenzi  tas-servizz. Saru ukoll  34-il trasferiment  minħabba tibdil  fid-Dekasteru  tal-Ministeru. Fl-2013, 32-il uffiċċjal offrew ir-riżenja skond kif stipulat fil-kuntratt ta’ ingaġġ tagħhom li f’każ ta’ tibdil tal-Prim Ministru u/jew  il-Ministru għall-Affarijiet Barranin  huma obbligati li joffru r-riżenja tagħhom. 

Seduta 122

19/02/2014

RAPPORT - IMPLIMENTAZZJONIJIET



7772. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jindika jekk kemm-il darba xi partijiet mir-rapport li ġie minnu kommissjonat tul s-sena li għaddiet taħt t-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġewx implimentati u jekk iva liema?

07/02/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Huma bosta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport tal-Board of Review li diga’ huma fis-seħħ jew qedgħin fil-proċess ta’ implimentazzjoni.
Nibda billi nirreferi għat-taħriġ li ngħata lill-uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-Ambaxxaturi ġodda f’ Ġunju u Lulju li għaddew. Dan it-taħriġ tmexxa  flimkien mal-entita` Malta Enterprise u  għandu jerġa’ jsir skont il-ħtieġa.
F’Awwissu tal-2013, sar tibdil fl-istrutturi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Fost dan it-tibdil, twaqqaf Unit għall-affarijiet kummerċjali u ekonomiċi li jikkollabora ma’ entitajiet oħra Ministerjali u pubbliċi sabiex tissaħħaħ il-ħidma tal-Ambaxxati tagħna f’dan l-aspett u ssir promozzjoni ta’ Malta fil-qasam kummerċjali.
Twaqqaf Joint Stakeholders Working Council mmexxi minn dan il-Ministeru. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kunsill saret fit-18 ta’ Settembru 2013. Dan il-Kunsill jiltaqa’ kull xahar u huwa magħmul minn rappreżentanti minn entitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu lil Malta bħala pajjiż miftuħ għall-investiment u l-kummerċ. F’dan l-għan il-Kunsill qed jieħu ħsieb li jħares lejn il-promozzjoni ta’Malta b’mod sħiħ u li jidentifika dawk l-oqsma jew pajjiżi li huma tal-akbar interess għal Malta.
Ġie mwaqqaf ukoll Legal Unit skond kif  kien irrakkomandat fir-rapport tal-Board of Review. Fost it-tibdil fl-istruttura tal-Ministeru, sar ukoll tibdil tal-mod kif ix-xogħol huwa mqassam bejn żewġ Direttorati Ġenerali – wieħed politiku (Political, EU Affairs and Maltese Living Abroad) li jitratta relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi Ewropej u barranin; u wieħed ta’ natura globali (Global Issues, International Development and Economic Affairs).
Hemm imbagħad il-ħsieb li tiġi ppublikata on-line newsletter li ser tinħareġ fiż-żmien qrib. L-għan tagħha huwa li jittejbu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni fost l-oqsma differenti li jagħmlu parti mill-Ministeru kif ukoll sabiex jingħata tagħrif dwar il-ħidma u l-uffiċjali tal-Ministeru. Din ser tiġi ppublikata darba fix-xahar minn Marzu 2014. Ma’ dan irrid insemmi wkoll xi tibdil li sar fuq il-websajt tal-Ministeru b’diversi links għall-aġenziji oħra tal-Gvern, kif ukoll l-iżvilupp tal-intranet sabiex titjieb il-kommunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru.

Skont rakkomandazzjoni tal-Board of Review, inħass il-bżonn li x-xogħol kollu li jsir fl-Ambaxxati Maltin jiġi skedat u rrekordjat b’mod aktar regolari. Għalhekk ġie introdott sistema ta’ rappurtaġġ li jsir kull xahar fuq bażi ta’ template imfassla minn dan il-Ministeru.
Fuq l-analiżi li sar permezz tar-rapport tal-Board of Review, dan il-Ministeru qiegħed jara kif għandu jagħmel biex isaħħaħ il-preżenza ta’ Malta barra l-pajjiż. Il-Ministeru jinsab fil-proċess li jiftaħ ambaxxata fil-Qatar kif ukoll rappreżentanzi fl-Alġerija, Shanghai, Misurata, Sao Paolo u fl-Emirati Arabi Magħquda.
Ġew ukoll appuntati erba’ Konsli Onorarji ġodda kif jirrakkomanda r-rapport.
Il-Ministeru ngaġġa wkoll żewġ persuni fuq bażi ta’ internships, kif ukoll issuġġerit mir-rapport imsemmi.
Qegħdin isiru diskussjonijiet b’mod regolari kemm interni kif ukoll mal-Uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali sabiex isir it-taħriġ meħtieġ għall-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal meta Malta ser ikollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017.
Filwaqt li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati jew qedgħin fil-proċess t’implimentazzjoni, l-Ministeru jinsab impenjat sabiex jwettaq dawk ir-rakkommandazzjonijiet kollha tal-Board of Review skont il-ħtieġa.

Seduta 122

19/02/2014

20.2.14

ĊENTRI MIFTUĦA - RESIDENTI



7785. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni preżentement residenti fiċ-ċentri miftuħa u tad-detenzjoni?

07/02/2014


ONOR. EMANUEL MALLIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-16 ta' Frar, 2014, kien hemm 1, 213 resident fiċ-ċentri miftuħa.

Seduta 121

18/02/2014

WIED IL-GĦAJN - PJANIJIET



7784. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika x’passi u x’linja politika se tittieħed  sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?  

07/02/2014



ONOR. KARMENU VELLA:  Il-linja politika ta’ dan il-Gvern diga` uriet biċ-ċar illi Wied il-Għajn huwa meqjus bħala parti integrali fil-pjan tal-Ministeru. Fil-formazzjoni tal-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi, Wied il-Għajn ġie identifikat bħala żona turistika u s-sehem tal-istakeholders tal-lokal hu parti integrali mill-formazzjoni ta’ dan il-kumitat li bħalissa qiegħed jaħdem fuq it-tfassil ta’ pjan għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu kemm fl-immedjat kif ukoll oħrajn fit-tul.

Seduta 121

18/02/2014

KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI - ITTRI UFFIĊJALI



7783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il ittra uffiċjali abbażi tal-Artikolu 166a tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ġew preżentati tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta' pajjiżna?
07/02/2014

  

ONOR. JOSEPH MUSCAT:  B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7783:

Qrati ta’ Malta

In-numru ta’ ittri uffiċjali abbażi tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li ġew ippreżentati fil-qrati hawn Malta matul is-sena 2013 kienu dawn:

Fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
378
Fil-Qorti tal-Maġistrati
3053

Qorti ta’ Għawdex


Is-sena l-oħra ġew preżentati 159 ittra skont l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili.

Seduta 121
18/02/2014


18.2.14

LIBRERIJI PUBBLICI - KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJI REĠJONALI




7788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-kotba li ġew mixtrija s-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi intbagħtu lil-libreriji reġjonali u jindika b’liema lingwa huma?

07/02/2014

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li mill-kotba ġodda li nxtraw is-sena li għaddiet għal-libreriji pubbliċi, 920 intbagħtu fil-libreriji reġjonali.   Il-maġġoranza tal-kotba kienu bil-Malti u Ingliż u xi numru żgħir bil-Ġermaniż, Taljan u Spanjol.

Seduta 121

18/02/2014

Ħolm u fantasija politika.



1.         Il-ġimgħa bdiet u kompliet tisma’ diskorsi minn naħa tal-Prim Ministru.  Kliem li għal kull min semagħhom fehem li ma nbidel xejn.  Anzi, diversi ħasbu li kien ingħata diskorsi żbaljati.  Mid-diskorsi li kienu ġew preparati għal qabel l-elezzjoni ġenerali jidher li kien għad fadal xi oħrajn fuq ir-riħ.  Ma nħlewx.  Reġgħu ngħadu bl-istess mod, bl-istess kontenut.  L-istess ħolm, l-istess fantasija li jiġu permessi lil dawk li għadhom ma jafux il-poter x’verament hu.  Jitkellmu f’dinja għalihom u, wara li l-elettorat ikun esprima ruħu, wieħed jippretendi li jipprova jsib saqajh.

2.         Biss, wara dawn il-ħdax-il xahar, il-Prim Ministru baqa’ jinnega r-realtà.  Tant fl-opinjoni tiegħu ppreżenta tajjeb il-pakket, tant ipperswada lilu nnifsu minn dak li kien qiegħed joħlom bih, li issa qed ikollu diffikultajiet biex joħroġ minnha.  Il-ħolma, is-sakra politika tant tidher li qed tinħakem li jrid, għal darb’oħra, jerġa’ jisqina dak li pprova qabel.  Id-differenza hija ċara.  Qabel ried li jibla’ ħaddieħor.  Issa qed isib ruħu f’salib it-toroq u jifhem li dak li tema’ m’huwiex frott tajjeb.  Ħadd, iktar u iktar, bid-deċiżjonijiet żbaljati li ġew meħuda minnu f’dawn ix-xhur.

3.         Il-Gvern immexxi minnu rnexxielu jħawwad sew l-affarijiet.  Dak li kien tajjeb irid jiskartah u jneħħih.  Minfliku qed idaħħal dak li ma jistax jaħdem.  Iż-żmien għaddej u s-sitwazzjoni qegħda, jum wara jum, taggrava ruħha.  L-ekonomija bdiet titmermer.  Il-poplu beda jħoss l-effett ta’ amministrazzjoni ġdida.  Is-suq tax-xogħol beda jmur lura.  L-amministrazzjoni tidher li bdiet tixxotta mill-ideat.  Id-delinkwenza bdiet tgħolli rasha sew.  Soluzzjonijiet ġodda għal dawn il-problemi ma hemmx u dan, għal dawk li jgħixu mal-bnedmin, qed jarawh.

4.         Minn dan kollu qiegħed ilaqqagħna ma’ ħidma fantażma.  Tidher li qed issir, però meta tanalizza ssib li hija biss ħolm u fantasija.  Il-Ħadd li għadda rajnih lill-Prim Ministru jieħu pjaċir jisma’ l-vuċi tiegħu.  Rajnih u smajnih jgħid dak li ilu jgħid u ma li ma jistax jitwettaq.  Ma jistax, għax altru meta twiegħed lil dak u lill-ieħor, u altru meta tiġi biex taffronta s-sitwazzjoni ma’ dawk li dħakt bihom u ħadtilhom il-vot.  F’dawn ix-xhur, il-Gvern għandu ġewwa diversi persuni li qdihom fuq dahar il-poplu, uħud qabdu t-triq li jdaħħlu flejjes li m’humiex jaħdmu għalihom.  Il-konsulenti ma naqsux, b’onorarji inġustifikati.  Li kieku ma hemmx l-Oppożizzjoni, kieku anqas ħadd ma jkun infurmat min huma dawk il-konsulenti u min m’humiex.

5.         Quddiem xenarju xejn tajjeb, il-Prim Ministru kompla għaddej f’din il-linja ta’ ħolm u fantasija matul il-ġimgħa, meta ltaqa’ mal-membri tal-Kamra tal-Kummerċ.  Mid-diskors li sar, kien jidher ċar li kien interessat f’ħaġa waħda biss: dik li tidher barra li ġiet solvuta s-sitwazzjoni ta’ ħaddiema li sabu ruħhom bla xogħol.  Kompla jidħak bih innifsu.  Dan għax ekonomija tajba żżid naturalment il-postijiet tax-xogħol.  Meta tibda titlifhom, dak huwa minnu nnifsu indikattiv li l-affarijiet qabdu triq li ma kellhomx.  U anzi, li tipprova ddeffishom naħa jew oħra, kull ma tkun qed tagħmel huwa min-naħa tagħti kundizzjonijiet mhux tajba lill-ħaddiema u mill-oħra tnaqqas il-flessibilità tal-kumpanija.
6.         Minn dak li ngħad, jidher ċar li programmi ġodda ma hemmx u l-finanzi tal-pajjiż qed jibdew iħossu l-impatt ta’ dan.  Ir-rikorrent kompla żdied u dan ser ikompli jniżżilna ‘l isfel.  Il-pajjiż beda jħoss l-impatt ta’ dak li qiegħed isir.  Beda jifhem li bid-diskors tista’ toħlom, imma l-ħajja mhix ħolma iżda realtà.  Il-politika t-tajba, dik ta’ sens u sustanza titlob iktar.  Tħares li ssolvi l-problemi, mhux taħrab minnhom.  Tħares li ssib sostenn għal min huwa minn taħt, għal min huwa ‘l isfel.  L-Oppożizzjoni qed tagħmel ħilitha biex tiftaħ għajnejn il-Gvern billi tqajmu minn din il-ħolma u joħroġ mill-fantasija.  Imma dan irid jibqa’ rieqed.





ANNULLAMENTI.



7782. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il persuna li otteniet sentenza jew reġistrat sentenza ta' annullament tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u jista' jindika kemm-il waħda għażlet li wara terġa' tiżżewweġ?
07/02/2014

ONOR. JOSEPH MUSCAT: B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru: 7782
Qorti ta’ Malta

Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Maltin li annullaw żwiġijiet tul dawn l-aħħar ħames snin kienu dawn:

Qorti
2009
2010
2011
2012
2013
Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja
71
87
26
12
3
Qorti tal-Appell
56
38
57
40
44

Qorti ta’ Għawdex

Sena
Numru ta’ annullamenti reġistrati
11/02/2009 sal-10/02/2010
6
11/02/2010 sal-10/02/2011
13
11/02/2011 sal-10/02/2012
6
11/02/2012 sal-10/02/2013
2
11/02/2013 sal-10/02/2014
1

Ma nkunux nafu kemm minnhom jerġgħu jiżżewġu.

Seduta 120

17/02/2014

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...