
Diversi Sirjani ħarbu minn dan il-kunflitt imdemmi u marru f’pajjiżi ġirien u llum hemm kamp għar-rifuġjati ġewwa l-Ġordan, b’ħafna nuqqasijiet u diffikultajiet.
Il-komunità Sirjana, is-Sibt kienet fl-uffiċċju tal-Union Press kif ukoll fiċ-Ċentru tal-Protezzjoni Ċivili. Fiż-żewġ postijiet jagħżlu u jgħabbu ikel, ħwejjeġ u żraben. Meta wasalt kellhom kważi erba’ containers mimlija, li ser jintbagħtu bil-baħar bl-għajnuna ta’ diversi. Ammirajt l-attenzjoni, id-dedikazzjoni u l-qalb ġeneruża li biha sar dan kollu.
Mertu għal dan imur għand is-sinjuri Michael Parnis u Victor Laiviera tal-General Workers’ Union li kienu huma li bdew din l-inizjattiva, flimkien mas-sur Patrick Murgo, Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-poplu Sirjan għaddej minn mumenti iebsa u pajjiżna huwa fuq quddiem sabiex jibgħat l-għajnuna tiegħu.
No comments:
Post a Comment