22.11.20

ĦAL TARXIEN - TRIQ JOSEPH BURLO - ART F'IDEJN ID-DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI

17092. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq Joseph Burlo f'Ħal Tarxien faċċata tal-Iskola Maria Goretti hiex f'idejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jekk iva, huwiex previst li jsir xi żvilupp fuqha?

 

03/11/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li jekk l-art inkwistjoni hija barra mill-perimetru tal-iskola, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  397

09/11/2020

WIED IL-GĦAJN - TRIQ SANT'ANTNIN U PJAZZA MIFSUD BONNICI - TRAFFIC LIGHTS

 

 

17129. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights ta' Triq Sant'Antnin u Pjazza Mifsud Bonnici f'Wied il-Għajn jerġgħu jinxtegħlu hekk kif ilhom mitfijin ġimgħatejn?

 

05/11/2020

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Transport Malta li għamlet spezzjoni fuq il-post u sabet li hemm xi ħsarat. Dawn il-ħsarat ġew irrapurtati lill-Infrastructure Malta sabiex Transport Malta tingħata aċċess għal wieħed mill-kuntratturi ta’ emerġenza. Ix-xogħolijiet neċċessarji għandhom jibdew fil-jiem li ġejjien.

 

Seduta  398

10/11/2020

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – BORDIJIET – BENEFIĊĊJI, KUMPENS FINANZJARJU U KUNDIZZJONIJIET VARJI

17191. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16291 u 15338 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

 

09/11/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  400

16/11/2020

WIED IL-GĦAJN – TRAFFIC LIGHTS FI TRIQ SANT’ANTNIN MITFIJA

  

 

17190. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’tiswijiet hemm bżonn li jsiru fit-Traffic Lights li jinsabu fi Triq Sant’Antnin fejn tiltaqgħa ma Triq il-Qaliet u li jara li dawn jsiru għax ilhom tliet ġimgħat wieqfa?

 

09/11/2020

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17129 f’Seduta 398.

 

Seduta  400

16/11/2020.

IL-KALKARA – TRIQ IL-KAPPUĊINI – TISWIJIET U XOGĦOL

17189. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet sabiex issir Triq il-Kapuċċini fil-Kalkara fit-tiswijiet u xogħol li sarilha?

 

09/11/2020

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza, s-sostenibilità u s-sigurezza tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż.

 

Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 470 triq.

 

It-triq indikata hija fost 120 triq residenzjali li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid fl-2020. Ix-xogħlijiet fiha bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fil-jiem li għaddew. Billi t-triq hija twila mhux ħażin, madwar 600 metru minn ħdejn il-Kappella ta’ Santa Barbara u tasal sax-xatt tal-Kalkara, ix-xogħlijiet kienu estensivi u saru f’żewġ fażijiet.

 

F’din it-triq ġew mgħoddijin minn taħt l-art aktar minn kilometru f’servizzi tal-ilma, telekomunikazzjoni u drenaġġ. Saru wkoll bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq li jġibu l-istess tul, tisħiħ tal-pedamenti tat-triq u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. 

 

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  400

16/11/2020

 

SANTA LUĊIJA – IN WORK BENEFIT

 

 

 

17188. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu f’Santa Luċija (Malta) tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

 ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sbatax-il persuna jgħixu Santa Luċija li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

 

Seduta  400

16/11/2020

 

STUDENTI MGĦALLMA L-PORTUGIŻ

 

 

17187. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm fl-aħħar tliet snin, studenti li kienu qed jiġu mgħallma l-Portugiż fl-iskejjel sekondarji?

 

09/11/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Portugiż ma jiġix mgħallem fl-iskejjel sekondarji.

 

Seduta  400

16/11/2020

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...